Illum previous editions

illum 8 march 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/475087

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

CHRISTA BOFFA "ILMAĠĠORANZA tal- kundizzjonijiet li jikkawżaw il-mard fil-kliewi jistgħu jkunu evitati. Il-mard tal- kliewi hu mard kroniku u għalhekk l-enfasi għandha tkun fuq il-prevenzjoni permezz ta' check-ups regolari." Dan qalu Paul Calleja, il-Kap Infermier fit-Taqsima Mard tal-Kliewi fl-Isptar Mater Dei li minn naħa tiegħu saħaq ħafna fuq l-importanza tal-prevenzjoni. Il-Kliewi – organu tant żgħir, iżda ta' tant importanza għall-benesseri tagħna, fihom kważi daqs ponn il-waħda, jinstabu bejn wieħed u ieħor fuq ġenbejk, u ta' spiss tisma' lil min, biex juri kemm jgħożż lil xi ħadd, jgħid li lest li jagħtih waħda minn tiegħu. Il-kliewi jneħħu t-tossini u l-ilma żejjed mid-demm. Barra minn hekk jikkontrollaw il-pressjoni tad- demm, jipproduċu ċ-ċelloli ħomor tad-demm u jżommu l-għadam b'saħħithom. Jikkontrollaw ukoll il-melħ u l-ilma fid-demm sabiex il-pressjoni tad-demm tibqa' l-istess. Hu għalhekk li organu ta' daqstant importanza joħloq problemi kemxejn serji meta jieqaf jaħdem sew. Huwa importanti b'hekk li wieħed jieħu ħsieb il-kliewi tiegħu, speċjalment jekk, fost l-oħrajn għandek pressjoni għolja, issofri mid-dijabete, għandek xi ħadd fil-familja li jbati mill-mard tal- kliewi jew għandek piż żejjed. Aktar ma taqbad il-mard tal-kliewi malajr, aktar faċli li tipprevjeni li l-kliewi tiegħek jieqfu jaħdmu kompletament. Il- prevenzjoni hija importanti, b'mod partikolari għaliex il-mard kroniku tal-kliewi ma juri l-ebda sintomu. Persuna tista' titlef sa 90% tal-funzjoni tal-kliewi tagħha qabel ma biss tibda tħoss xi sintomu partikolari. Biex titqajjem kuxjenza dwar kemm għandna nieħdu ħsieb il-kliewi tagħna, nhar il-Ħamis 12 ta' Marzu jiġi ċċelebrat Jum il-Kliewi – jum li għandu l-għan li jżid il- kuxjenza dwar l-importanza tal-kliewi, x'impatt għandhom il-mard tal-kliewi, u kemm hu importanti li nieħdu ħsiebhom. L-ILLUM tkellmet ma' Hannah Cremona, attivista, li fl-2009 nehdiet l-ewwel attivitajiet sabiex titqajjem kuxjenza dwar il-mard tal- kliewi hawn Malta. Hi saħqet li attivitajiet bħal dawn iħeġġu lill-pubbliku għall-iżjed skrinjar tal-kliewi kemm fiċ-ċentri tas-saħħa kif ukoll fl-ispiżeriji. "Mill-2009 'l hawn saru ħafna inizjattivi differenti, fosthom inizjattiva bħalma kienet it- tnehdija ta' ktieb ta' riċetti bnini għal pazjenti li diġà għandhom mard fil-kliewi. Dan il-ktieb kien possibbli grazzi għal James Muscat, Dr. Mario Caruana u Prof Emanuel Farrugia – li ħolqu riċetti bnini għal din id- dieta li fiha wieħed ikun jista' jiekol biss affarijiet speċifiċi." Inizjattivi oħra li qajmu kuxjenza dwar il-mard tal- kliewi b'mod ġenerali. Fl-2012 saret mixja li fiha nġabru fondi għal Malta Transplant Support Group – u li b'hekk qajjimna ħafna kuxjenza dwar id-donazzjoni tal-organi. Fil-fatt, wara din l-inizjattiva kien hemm żieda fl-ammont ta' applikazzjonijiet biex issir id-donor card. Tkellimna wkoll ma' James Muscat, il-Viċi-President tat-Transplant Support Group Malta, li hu donatur ħaj. Muscat saħaq li d-donazzjoni tal-kliewi huwa argument importanti wkoll. Qal li għalkemm bosta jiddiskrivuh bħala eroj, u li għamel ġest nobbli meta ta kilwa lill-ħabib tiegħu – għalih ħass li kien dmiru – "id- donazzjoni ta' organu huwa l-akbar rigal fil-ħajja. Ma jiswa xejn, iżda permezz tiegħu tista' ssalva ħajja". Ħadna wkoll il-kummenti ta' kelliema mis-Segretarjat Parlamentari tas-Saħħa li saħqet li d-Direttorat tal- Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, flimkien mad-Dipartiment għas-Saħħa Primarja jorganizza kampanji ta' edukazzjoni dwar il-melħ, il-pressjoni għolja u d-dijabete. "Jingħata wkoll servizz ta' konsultazzjoni minn nutrizzjonisti dwar dieta bilanċjata għal min jixtieq inaqqas ir-riskju ta' mard. L-introduzzjoni tal-lifestyle clinics ġewwa wħud mill-bereġ mifruxa ma' Malta u Għawdex mistennija tgħin biex fil- prattika n-nies tibda tħaddem dak li tisma' dwar l-istili ta' ħajja aħjar." Il-kelliema spjegat li bħalissa d-Dipartiment tas-Saħħa jinsab fil-fażi konklussiva tal-preparamenti għat-tnehdija ta' White Paper li ser titratta d-donazzjoni tal-organi u t-tessut, bil- fażi ta' diskussjoni pubblika mistennija tibda fil-ġimgħat li ġejjin. "L-għan aħħari huwa li jiġu mħarsa għal kollox id- drittijiet u l-obbligi ta' dawk li jagħtu kif ukoll l-oħrajn li jirċievu donazzjoni ta' organi." Intant l-attivitajiet ta' din is- sena kollha għandhom l-għan li jkompli jħeġġu lill-pubbliku jilqa' għall-mard minn qabel. Fost l-attivitajiet organizzat se jkun hemm lekċers, moniteraġg taz-zokkor u tal-pressjoni tad-demm, u mixja li permezz tagħhom l-organizzaturi jittamaw li l-Maltin u l-Għawdxin ikomplu jagħrfu l-importanza tal-kliewi tagħhom u jitgħallmu jieħdu ħsiebhom. 6 illum | Il-Ħadd 08 ta' Marzu 2015 Il-Jum Dinji tal-Kliewi . . . e Malta Environment & Planning Authority (MEPA) is responsible for land use planning and environmental regulation in Malta. e overall objective of this Request for Information is the provision of Direct Action Services for the Removal of Illegal Development as Directed by MEPA. e Request for Information document can be downloaded from the MEPA website on the following link: http://www.mepa.org.mt/info-requests. Sealed responses are to be delivered by recorded delivery (ocial registered postal service) to: Director Corporate Services, Malta Environment & Planning Authority, St Francis Ravelin, Floriana or by e-mail to tenders@mepa.org.mt by Friday, 27th March, 2015 before 1000 hrs (Central European Time). Any questions concerning this Request for Information should be addressed to the Director of Corporate Services on email tenders@mepa.org.mt by not later than Friday, 13th March, 2015 before 4.00p.m. is is not a call for tenders and MEPA reserves the right not to consider any of the information received in the response to the Request for Information, or parts of. Late submissions will not be considered REQUEST FOR INFORMATION FOR THE PROVISION OF DIRECT ACTION SERVICES FOR THE REMOVAL OF ILLEGAL DEVELOPMENT AS DIRECTED BY MEPA (RE-ISSUE) (Ref: RFI02/2015) Il-maġġoranza tal-mard fil-kliewi jista' jkun evitat dwar kemm għandna nieħdu Fil-fatt, wara din l-inizjattiva clinics ġewwa wħud mill-bereġ clinics ġewwa wħud mill-bereġ clinics Min jixtieq aktar informazzjoni dwar il-Malta Transplant Support Group jista' jidħol fuq is-sit http://www.transplantsupport.com.mt.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 march 2015