Illum previous editions

illum 8 march 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/475087

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Il-Ħadd 08 ta' Marzu 2015 | illum 13 l-uniku wieħed li ndoqqha f 'Għawdex kien għallimieli Ġużi Gatt u Ruben Żahra u flok ħlas talabni ngħallimha lil xi ħadd. U hekk għamilt. Għallimtha lil ċertu Gorg Bonello bil-kundizzjoni li jgħallimha lil xi ħadd hu, iżda m'għallimha lil ħadd u bqajt indoqqha waħdi. Pietru Pawl mitluf għal kollox dwar l-imħabba kbira ta' ħajtu - il-folklor. Beda jdawwarni minn kamra għall-oħra, bil-garaxx inkluż biex jurini kif jaħdem dawn l-instrumenti li huma ferm interessanti. Iż-żaqq hi magħmulha minn gidi maskili minħabba l-anatomija ta' kif inhi magħmulha ż-żaqq u s-sider. Fil-fatt, iż-żaqq li jdoqq kienet ta' gidi maqtul minnu stess. Tkellem ukoll dwar il-flejguta u l-bedbud li jsiru mill-qasab, "irid jinqata' sitt xhur qabel u jinħadem fis-sajf biex jinxef u jkollu ħoss tajjeb." Innutajt ukoll li kellu instrument bi speċi ta' but iswed u qalli li dan jissejjaħ kurjulun u ħafna jużawh biex isejħu lis- summien għax għandu eżatt il-ħoss tas-summien, iżda hu jużah għall-akkumpanjament fid-daqq tiegħu. "Filfatt jien nagħmillu t-toqba ftit aktar ħoxna ħalli jinstema' aktar u l-but nagħmlu mit-tajers tal- karozzi." Urieni wkoll kif issir iż- żafżafa li fosthom uża injam meħud mill-vapur 'Għawdex' qabel ġie mgħerreq, idawwar dan l-injam, jorbothom bil-ġild u anke joħloq labar apposta mdawrin biex ikun jista' iħithom u wara juża l-ġild tal-gidi għax irid ikun irqiq kemm jista' jkun biex tagħmel ħoss sabiħ meta jdaħħal u joħroġ il-qasba minn dik li tidher forma ta' 'barmil'. "Aktar ma tkun irqiqa l-ġilda, aktar joħroġ ħoss sabiħ. Fl-antik ġieli kien jintuża ġild tal-qattus li jkun miet." U wieħed irid jammira l-kaxxa lussuża li anke kapaċi jagħmel fejn titpoġġa ż-żafżafa. Meta tlabtu jgħidli kif tgħallem jagħmel dawn l-instrumenti, qalli li ġieli kien jixtri wieħed imbagħad jagħmel bħalu bil-mod tiegħu u joħroġ l-istess ħoss jew xi ħoss li jrid. Ġieli juża d-diversi kotba li għandu dwar kif isiru dawn l-instrumenti u jaħdem fuqhom b'materjal li jiddeċiedi hu, u joħroġhom perfetti. Urieni karabazza li l-injam li magħmulha bih għandu 400 sena minn xorok ta' bużnannuh. Sadattant Pietru Pawl kuljum mit- Tnejn sas-Sibt wieħed isibu d-Dwejra jdoqq bħala busker folkloristiku fejn it-turisti kollha jkunu jridu jieħdu ritratt miegħu li jilbes il- kostum tal-passat u jixtru wkoll il-casettes li jagħmel bil-mużika tiegħu. "Anke is-sandli nagħmlu jien fejn il-qiegħ nagħmlu mit-tajers tal-karrozzi." Filfatt wieħed ikun jista' jara l-linji tat-tajers fil-qiegħ. Iżda, jiddispjaċih ħafna li filwaqt li t-turisti barranin u Għawdxin tant jieħdu gost bih id-Dwejra fejn kollha jieħdu ritratti miegħu u jixtru l-casettes, l-Għawdxin jiddieħku bih u jgħidulu miġnun. Pietru Pawl qalli li jħossu diżappuntat li l-folklor u t-tradizzjonijiet Maltin u Għawdxin qed noqtluhom, "Il-folklor ma jindaqqx bis- synthetizer, iżda permezz ta' instrumenti folkloristiċi. M'aħniex nieħdu ħsieb it- tradizzjonijiet u importanti li nżommu dak li kellna u ma nħalluhx jinqered." Qabel tlaqt tani kunċert ta' diversi daqqiet folkloristiċi b'diversi instrumenti, bl-aktar wieħed li jħossu komdu bih, l-argunett, li għandu mitejn sena. Wasal ukoll sabiex sab mezz kif isewwih bl-inqas flus possibbli. Dan għamlu billi għall-washers tal-molol tan-noti, flok juża l-washers propji, li jiswew ħafna flus, juża biċċiet tal-wajers. Il-laqgħa tiegħi ma' Pietru Pawl kienet waħda li ma ninsiha qatt- speċjalment li tani żewġ CDs minn tiegħu li jibqgħu jfakkruni fih. Pietru Pawl il-busker tad-Dwejra SEJĦA GĦAL APPLIKAZZJONIJIET JOB COACHES' GĦALL-PROĠETT TAL-FSE 3.113, 'SUPPORTED & SHELTERED EMPLOYMENT TRAINING FOR DISADVANTAGED GROUPS, INCLUDING RDPs' TRAINING FOR DISADVANTAGED GROUPS, INCLUDING RDPs' MPO Reference No: MPO98/2005/09 ETC Permit No: 97/2014 Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) qed tfittex persuni motivati u lesti biex jidħlu għal impenn ta' xogħol ma' persuni b'diżabbilta`. Il-persuni magħżula se jkunu impjegati bħala 'job coaches' biex jagħtu taħriġ, għajnuna u appoġġ lill-persuni b'diżabbiltajiet differenti. Huma se jkunu impjegati fuq bażi ta' kuntratt definit taħt il-proġett tal-Fond Soċjali Ewropew 'Supported and sheltered employment training for disadvantaged groups including RDPs' sal-aħħar ta' Ġunju 2015. Matul ix-'Sheltered Employment Training', il-Korporazzjoni se tagħti taħriġ lill-persuni b'diżabbiltajiet differenti bil-għan li dawn itejbu l-ħiliet tagħhom biex jidħlu f'impjieg. Il-programm se jinkludi taħriġ prattiku f'setturi differenti tas-suq tax-xogħol u żjajjar f'postijiet differenti tax-xogħol. L-applikanti għandhom ikollhom minn tal-anqas tlett 'O' levels (minn gradi 1 sa 5 jew A sa C) u sena esperjenza ta' xogħol ma' persuni b'diżabbilta`, JEW l-'MCAST Foundation Certificate in Care' jew ekwivalenti f'termini ta' livell u kontenut tal-kors, JEW minn tal-anqas tlett snin esperjenza ta' xogħol ma' persuni b'diżabbilta`. L-applikanti għandhom ikunu litterati fit-teknoloġija tal-informatika u kapaċi jikkomunikaw tajjeb kemm bil-Malti, kif ukoll bl-Ingliż. L-esperjenza ta' xogħol trid tkun verifikata b'ittra ta' referenza jew b'kopja tal-Formola tal-Bidu tal-Impjieg tal-ETC. L-ismijiet ta' żewġ persuni li jistgħu jitkellmu għall-applikanti għandhom ikunu sottomessi mal-ittra t'applikazzjoni. Persuni interessati għandhom jibagħtu ittra t'applikazzjoni, flimkien ma' CV dettaljata, bil-posta reġistrata jew bl-idejn lil: Il-Kap tad-Dipartiment People Management & Corporate Services Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ Uffiċċju Prinċipali Ħal Far BBG 3000 L-applikanti għandhom jikkwotaw il-kodiċi HR/19/15 fl-ittra t'applikazzjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Korporazzjoni sa mhux aktar tard minn nhar L-Erbgħa 18 ta' Marzu 2015. L-applikazzjonijiet kollha se jiġu rikonoxxuti u se jkunu trattati bl-akbar kunfidenzjalita`. Is-CVs tal-applikanti se jinżammu mill-ETC għal referenza futura. Dawk l-individwi li ma jixtiequx li s-CV tagħhom tinżamm mill-ETC għandhom jibagħtu ittra fuq l-indirizz t'hawn fuq u jirċievu lura s-CV tagħhom wara l-proċess ta' reklutaġġ. Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalità ta' Ħajja Aħjar Proġett ko-nanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Ko-nanzjament: 85% Fondi UE, 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek Uħud mill-instrumenti tradizzjonali li għamel

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 march 2015