Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/475087
JOHN BUSUT TIL GĦADA jagħlaq sninu l-Partit Laburista jmexxi l-Gvern ta' Malta. Sentejn ġewwa minn ħamsa li hemm biex dan il- Gvern jattwa dak li wiegħed u jattwa l-programm elettorali. Wara nuqqas ta' kważi 25 sena mill- gvern (apparti bejn l-1996 u l-1998) ingħata l-fiduċja biex imexxi lil Malta b'maġġoranza assoluta. Finanzjarjament Malta baqgħet miexja fuq binarji pożittivi u hija ekonomikament b'saħħitha. Dan dejjem skont iċ-ċertfikati li qed jagħtu lil Malta l-gwardjani u aġenziji globali fuq l-ekonomija u l-finanzi bħal 'Fitch' u 'Standard & Poor'. Din il-gazzetta ħadet l-opinjoni ta' diversi stakeholders fil-pajjiż, bħal unjins, studenti, mexxejja ta' minoranzi, tobba, turiżmu, kummerċ u opinjonisti dwar kif mar fl-eżami l-Gvern Laburista fejn jidħlu l-ekonomija, saħħa, xogħol, edukazzjoni u trejdunjiniżmu, jekk għamilx biżżejjed u x'għandu jsir iżjed. Tony Zarb – GWU Hu fatt ċar li sentejn ta' Gvern Laburista ħa ħsieb li jtejjeb l-interessi tal- ħaddiema, speċjalment dawk vulnerabbli li kienu jaħdmu bil-prekarjat. Ħa diversi miżuri biex il- prekarjat jinqered minn pajjiżna. Anke l-familji tal-ħaddiema gawdew mill- fatt li l-Gvern irnexxielu jżomm baxx l-għoli tal-ħajja u b'hekk il-ħaddiem kellu iżjed flus fil-but. Dan jgħinu biex jgħix aħjar, jonfoq iżjed u jkun qed jgħin fl- ekonomija tal-pajjiż ukoll. Ma nistax ma nsemmix l-introduzzjoni tal-childcare b'xejn li għenet mhux ftit lil ħaddiema femminili li gawdew direttament minn din il-miżura. Anke bħala unjin, għall-kuntrarju ta' qabel, qed insibu l-bibien tal-Gvern miftuħin beraħ kollha għal kull tip ta' diskussjoni. Jesmond Bonello – UĦM Il-UĦM tħoss li dawn l-aħħar sentejn kienu ftit diżappuntanti minħabba l-fatt li kien hemm numru ta' aspettativi mill-ħaddiema li sal-lum għadhom ma twettqux. Jekk kien hemm ħaddiema li kienu fil-prekarjat sal- lum dawn għadhom fl- istess sitwazzjoni, kemm jekk huma tal-kuntrattur kif ukoll jekk dawn huma msejħa self-employed. Diversi ħaddiema tal-Gvern u tal-entitajiet pubbliċi, inklużi wkoll ħaddiema tal- Pulizija u tal-Forzi armati, qegħdin ibatu numru ta' diskriminazzjonijiet magħhom. Dawn jinkludu wkoll diversi trasferimenti bla ebda kriterja. Il-UĦM tara li l-Gvern dawn l-aħħar sentejn ħa numru ta' inizjattivi tal- UĦM fosthom iċ-childcare centres b'xejn li qegħdin jagħtu frott. Mandanakollu mhux qegħdin naraw li qed ikun hemm inizjattivi u għajnuna biżżejjed lill- industrija. Il-UĦM tħoss li l-Gvern naqas fil-livell tad-djalogu soċjali mal- imsieħba soċjali tant li llum f 'diversi drabi, konsultazzjoni qed tiġi ridotta għall-sempliċement informazzjoni. Gabi Calleja – MGRM Fir-rigward tad-drittijiet ta' persuni LGBTI diġà twettqu ħafna mill-miżuri li l-Gvern kien ikkommetta li jimplimenta. Naħseb li l-inizjattivi kemm leġiżlattivi kif ukoll ta' politika li ħa dan il-gvern, iwassal biex ħafna mill- għanijiet tal-MGRM jiġu attwati u f 'ċerti każi jmorru anke lil hinn mill- aspettativi tagħna. Dawn jinkludu t-twaqqif tal- Kunsill Konsultattiv LGBTI; il-bidliet fil-liġi biex persuni Trans ikunu jistgħu jiżżewġu lil persuna tas-sess oppost; l-introduzzjoni tal-emendi kostituzzjonali biex ikunu inklużi protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' orjentazzjoni sesswali u identità tal-ġeneru; l-introduzzjoni ta' politika ġdida kontra l-ibbulljar fl-iskejjel - li tagħmel referenzi speċifiċi għall-ibbulljar fuq bażi ta' orjentazzjoni sesswali u identità tal- ġeneru; l-abbozz ta' liġi li bħalissa qed jiġi diskuss fil-Parlament dwar L-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru u l-karatteristiċi sesswali; Statement of Intent iffirmat mill-Ministru Helena Dalli fl-okkażjoni tal-Ġurnata Internazzjonali kontra l-Omofobija u t-Transfobija (IDAHO) f 'Mejju tal-2014; emenda fil-liġi dwar ir- relazzjonijiet industrijali li toffri protezzjoni li persuni trans fuq il-post tax-xogħol u tagħtihom aċċess għal sick leave waqt it-tranżizzjoni; Abbozz ta' Policy dwar l-inklużjoni ta' studenti trans, gender variant u intersex fl- edukazzjoni; Miżuri biex dawk li qed ifittxu l-ażil jingħataw protezzjoni jekk huma persegwitati minħabba l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru tagħhom; Il- parteċipazzjoni tal-Ministru Helena Dalli f 'konferenzi importanti għal moviment LGBTI Ewropew bħalma huma l-kunsill ġenerali ta' Transgender Europe, il- konferenza annwali ta' ILGA-Europe, l-Intersex Forum u l-Konferenzi tal- IDAHO. Joe Muscat – GTA Matul dawn l-aħħar sentejn, it-turiżmu għal Malta kien rekord, għaliex ġew irreġistrati l-figuri ta' 1.6 miljun għas-sena 2013 u ċ-ċifra ta' 1.7 miljun turist għas-sena 2014. Naturalment dak kollu li jkun qiegħed jiġri turistikament f 'Malta jaffettwa wkoll lil Għawdex. Għaldaqstant, din iż-żieda, ħalliet effetti pożittivi wkoll fuq l-andament tat-turiżmu f 'Għawdex, li kemm matul l-2013 u l-2014 irreġistra żidiet fin-numru ta' turisti. Dan l-andament pożittiv irriffletta ruħu kemm fuq is-suq barrani kif ukoll dak mis-suq domestiku. Interessanti huwa l-fatt taż-żieda li ġiet reġistrata fuq it-tul tal-vaganza li l-Maltin qattgħu f ' Għawdex fejn is-sena l-oħra din laħqet it-2.12 iljieli. In-numru ta' turisti barranin u dawk Maltin li qagħdu fil-lukandi u guest houses f 'Għawdex qabżet il-81,000 persuna. Dawn barra dawk it-turisti kemm barranin u lokali li raqdu f 'akkommodazzjoni bħal farmhouses u appartmenti li għad m'għandnix statistika dwarhom. Hu ovvju li dawn iż-żidiet ħallew impatt pożittiv anke fuq stabbilimenti oħra turistiċi f 'Għawdex bħalma huma r-ristoranti. Finalment dawn ir-riżultati pożittivi jawguraw tajjeb għal din is-sena, għaliex aħna qed nantiċipaw li s-sena 2015 se tkun sena oħra pożittiva. Frank Portelli - Kirurgu u opinjonista Kieku ma kienx għall-ħidma kontinwa ta' tobba, nurses u paramediċi, l- pazjent qiegħed ħafna agħar milli hu llum. Sptar Mater Dei, il-flagship tas-sistema tas- saħħa f 'Malta, għalkemm hu kbir fiżikament b'ħafna spazju moħli f 'kurituri, fl-istess ħin hu żgħir wisq għall-bżonnijiet tal- popolazzjoni ta' Malta. Żid ma' dan il fatt li hemm nuqqas kbir fil-kura primarja u għandek dak li tista' ssejjaħlu l-Perfect Storm. Żewġ fatturi kbar bħal żewġ maltempati deħlin f 'xulxin. Numru kbir ta' pazjenti 10 illum | Il-Ħadd 08 ta' Marzu 2015 Wara sentejn taħt Gvern Laburista . . . Malta miexja fuq binarji pożittivi