Illum previous editions

illum 8 march 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/475087

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

Il-Ħadd 08 ta' Marzu 2015 | illum 7 Id-dinja tiċċelebra Jum il-Mara . . . Reporter, jixxandar għada t-Tnejn fid- 8.40pm fuq TVM2, b'ripetizzjoni fuq TVM, fl-21.45PM F'għeluq is-sentejn mill-elezzjoni, Reporter jiddiskuti dak li wettaq s'issa l-Partit Laburista fil- gvern immexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat. REPORTER jiddiskuti sentejn ta' Gvern Laburista Mara għandha tingħata l-istess opportunitajiet VERONICA LYNN MIZZI JEKK qatt kien hawn sena fix-xena politika li fiha n-nisa kienu protagonisti, din bla dubju kienet is-sena 2014. Din is-sena rat l-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, li fiha kien hemm numru rekord ta' kandidati nisa li ġew eletti u li għaldaqstant, issa qegħdin fil- Parlament Ewropew. B'hekk, għall-ewwel darba hemm maġġoranza femminili fil- Membri Parlamentari Ewropej Maltin. F'din l-istess sena, kien hemm ukoll il-ħatra tat-tieni President mara fl-istorja tar- Repubblika ta' Malta, li turi li l-mixja twila lejn l-ugwaljanza bejn is-sessi, sa fl-aħħar qed tħalli l-frott tagħha. B'dan il-mod, jekk mara hi kapaċi daqs raġel, għandha tingħata l-istess opportunitajiet, f 'kwalunkwè kariga u pożizzjoni. Però l-mixja hi waħda twila u li fadal xi jsir fiha. L-ILLUM tkellmet ma' tliet nisa dwar Jum il-Mara u l-avvanzi tan-nisa fis-soċjetà. Therese Comodini Cachia "Fatti minflok paroli" F´din l-aħħar sena, l-fatti fil-politika wrew li n-nies lesti jagħtu l-fiduċja tagħhom lin-nisa sabiex jirrappreżentawhom. Ir-riżultat fl-elezzjoni tal-MPE – fejn erbgħa minn sitt deputati huma nisa – jitkellem waħdu. Però, fil-ħajja soċjali, il-fatti juru li l-vjolenza domestika ma naqsitx u n-nisa baqgħu fost l-aktar f 'riskju ta' faqar. Insibu verament ftit li kważi xejn nisa maħturin f´karigi għolja governattivi jew f 'entitajiet governattivi. Minkejja dan, nisimgħu kemm-il darba politiċi jgħidulna li madwar il-mejda tad-deċiżjonijiet hemm bżonn il- perspettivi kollha. Fl-ambjent soċjali kulħadd jitkellem kontra l-vjolenza domestika iżda din għadha realtà. Agħar minn hekk, hija realtà li ħafna drabi nagħlqu għajnejna għaliha speċjalment meta nkunu nafu lil xi ħadd u ma noffrulhiex wens. Fil-politika rridu tassew nieħdu bis-serjetà l-paroli tagħna u nwettquhom. Il-Kap tal- Oppożizzjoni, Simon Busuttil, għadu kemm għamel shadow cabinet nofsu nisa. Simon Busuttil ta sinjal qawwi li rridu nittraduċu l-paroli f 'fatti. Għalhekk, il-Gvern għandu wkoll ikompli fuq dan is-sinjal. Ejja jkollna ferm aktar nisa fuq bordijiet u f 'ħatriet governattivi. Ejja naħdmu flimkien kontra l-vjolenza fuq in-nisa u fuq il-bniet permezz ta' strutturi sostenibbli li jagħtu servizz lil kull mara u tifla li tiġi bżonnhom. Inutli nparlaw fit-8 ta' Marzu imbagħad nibqgħu għaddejjin l-istess. Renee Laiviera Dwar dan, Renee Laiviera, li hi l-Kummissarju tal- Kummissjoni Nazzjonali għal-Promozzjoni tal- Ugwaljanza (NCPE) qalet li l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-oqsma kollha tas-soċjetà, inkluż fit- teħid tad-deċiżjonijiet, hi importanti biex ikun hemm aktar ugwaljanza fit-tmexxija u tisħiħ tad- demokrazija fis-soċjetà. Kemm fl-UE kif ukoll f 'Malta, hemm nuqqas ta' rappreżentanza ta' nisa f 'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet. Għalhekk qed isir aktar sforz biex tkompli titqajjem iżjed kuxjenza biex aktar nisa jidħlu għal pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet u ta' tmexxija. F'dan ir-rigward, l-inizjattivi li qed jittieħdu mill-NCPE, kif ukoll l-impenn tal-Gvern li jkompli jaħdem għal aktar ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, qed ikomplu jgħinu biex tiżdied ir-rappreżentanza tan-nisa f 'dawn il- pożizzjonijiet. F'Malta għamilna progress sinjifikanti meta kienet innominata mara għall-kariga ta' President tar-Repubblika, kif ukoll meta fl- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta' Mejju tas-sena l-oħra kienu eletti erba' nisa għas-sitt siġġijiet. Iżda minħabba li n-nisa għadhom m'humiex rappreżentati biżżejjed fil-Kunsilli Lokali u fil-Parlament, inħeġġu lill-partiti politici u lis-soċjetà inġenerali biex jinkoraġġixxu aktar nisa jikkontestaw l-elezzjonijiet. Fl-istess waqt, ikomplu jissaħħu l-istrutturi meħtieġa li jgħinu biex ikun hemm aktar ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma u fil-livelli kollha tas-soċjetà. Marlene Mizzi "Kwoti - Edukazzjoni – Ugwaljanza" L-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, kienu tal-ewwel għan-nisa u għal Malta, hekk kif minn pajjiż mingħajr l-ebda rappreżentanza femminili fil- Parlament Ewropew, Malta, issa, hija l-pajjiz bl-ogħla persentaġġ ta' rappreżentanza femminili mit-28 stati membru. Personalment, ninnota bi pjaċir li dan ir- riżultat seħħ mingħajr ma ġiet imposta xi tip ta' sistema ta' kwota fuq l-elettorat. Din kienet l-għazla ħielsa u ewlenija tal-elettorat Malti, li għazel l-aħjar kandidati li setgħu jirraprezentawh fil-Parlament Ewropew. Kellu jkun li l-maġġoranza kienu nisa! Dan ir-rizultat wera wkoll li ninsabu mexjin aktar u aktar lejn l-ugwaljanza fl-isferi ogħla ta' teħid ta' deciżjonijiet. Madanakollu, nemmen li hemm lok għal aktar avvanz. Nemmen li l-ugwaljanza, issir reali meta ma jkunx hemm aktar bżonn li tiġi ċċelebrata Jum il-Mara. Dan jista' jsir biss permezz ta' investiment fl-edukazzjoni, biex b'hekk kull persuna, irrispettivament mil-ġeneru tagħhom, ikollhom l-opportunitajiet kollha, biex jilħqu l-ambizzjonijiet tagħhom, kif ukoll biex jirnexxu, u l-ħolm tagħhom issir realtà. Dan huwa dak li rridu ghas-soċjetà tagħna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 march 2015