Illum previous editions

illum 8 march 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/475087

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

8 illum | Il-Ħadd 08 ta' Marzu 2015 ILKAŻ li se naraw illum, l-44 wieħed f 'din is-sensiela ta' "Omiċidji Mhux Solvuti", huwa dak ta' żagħżugħ Libjan, Amer Hisham Ali Mohammed ta' 24 sena, li nqatel bi 13- il daqqa ta' stallett fl-1996 f 'Tigné. Il-Pulizija kienu viċin li jsolvu dan il-qtil, imma minkejja dan ma kellhomx dik il-prova biżżejjed biex il-persuna suspettata tiġi akkużata. Inqatel minħabba t-twemin tiegħu? Il-każ ta' Amer Hisham Ali Mohammed kellu l-karateristiċi kollha ta' qtil tipiku stil Għarbi. Numru ta' daqqiet bi stallett b'dik fatali tkun tiċrita f 'għonq il-vittma. Fil-fatt Ali Mohammed kien instab maqtul b'dan il-mod nhar it-Tlieta, 20 ta' Awwissu 1996 fil-Ponta ta' Tignè. Mill-investigazzjonijiet li kienu għamlu l-Pulizija ma kinux eskludew li dan kien qtil seta' kien jew bi tpattija jew minħabba twemmin estrem li kien iħaddan Amer Hisham Ali Mohammed. Għaxar xhur qabel il-qtil ta' dan iż-żagħżugħ Libjan, kien seħħ il-famuż qtil "terroristiku" ta' Fathi Shqaqi li kien inqatel b'tiri ta' arma tan-nar f 'Tas- Sliema fis-26 ta' Ottubru 1995. Amer Hisham Ali Mohamed kien membru attiv tal- Moviment Fundamentalista Iżlamiku. Amer Hisham kien spiss ikunu fl-inħawi tal- Ponta ta' Tigné u dan peress li kien imur hemm biex jitlob waħdu. Għaldaqstant min qatlu, jew kien miegħu, jew segwih u ħatfu. Li rriżulta huwa li l-qtil seħħ mhux fejn fil-post eżatt fejn Amer kien imur jitlob, imma aktar 'il ġewwa. Għaldaqstant il-Pulizija jemmnu li ż-żagħżugħ Libjan ittieħed fuq il-post bil-forza. Li ma setgħux jaslu għalih l-investigaturi, kien jekk kienx hemm aktar minn persuna waħda li ħatfu lil Amer Hisham Ali Mohammed jew jekk kienx qattiel wieħed u b'hekk il-vittma kien mhedded bl-istallett. Kien stabbilit li l-qtil seħħ bejn id-9pm u l-10pm. B'hekk jekk Ali Mohammed kien imur jitlob qabel inżul ix-xemx, dak magħruf bħala "Al-Maghrib", allura seta' nħataf, inġarr mill- post fejn kien u ttieħed f 'parti oħra minn fejn ma kinux jidhru mit-triq. Min-naħa l-oħra, jekk dakinhar huwa mar jitlob f 'dak magħruf bħala "Al-Esha", allura seta' lanqas kien għadu beda jitlob peress li dan it-talb isir wara nżul ix-xemx u kif il-ħmura kollha ta' nżul ix-xemx tkun għebet għall-kollox. Dan ifisser li f 'Awwissu jkun bejn wieħed u ieħor bejn id-9.00 p.m. u l-10.00 p.m. kif ġie stabbilit. Però, skont uffiċjal li tkellimt miegħu, il-post fejn instab il-kadavru kien diżabitat u ma kien hemm xejn dawl u l-probabbilità ż-żagħżugħ ma kienx se jmur f 'post mudlam biex jitlob. B'hekk mhux eskluż li Ali Mohammed kien jaf lill-qattiel jew qattiela tiegħu u dawn marru flimkien fuq il-post biex jitolbu, iżda minflok wettaq jew wettqu omiċidju. Dahru lejn il-qattiela Kif Amer kellu dahru lejn il-qattiela, forsi anke waqt li kien qed jitlob, huwa kien aggredit bi stallet. Id-daqqiet, madwar 13-il waħda, kienu vjolenti bl-aktar gravi jkunu tnejn f 'għonqu li waħda minnhom laqtitlu l-pajp tan-nifs, u tnejn oħrajn fl-istonku. Daqqa oħra gravi kienet f 'ġenbu fejn l-aggressur, wara li tah id-daqqa, baqa' jnawwar l-arma tant li din il-ferita kienet l-aktar waħda fonda u wiesgħa. Jidher li minkejja li kien maħsud Amer Hisham ipprova jiddefendi lilu nnifsu. Dan jirriżulta minn diversi feriti f 'idejh. Minkejja li kien ferut gravi, huwa rnexxielu jimxi madwar żewġ metri sakemm waqa' qalb ħaxix ħażin u miet. Qabel il-qattiela ħarbu minn fuq il-post ħallew l-arma tad-delitt qrib il-katavru ta' Amer Hisham, għalkemm ma kienx eskluż li din setgħet waqgħathilhom bil-fixkla peress li l-vittma ipprova jirreżisti. Il-Pulizija informati b'telefonata anonima Kienet telefonata anonima għand il-Pulizija li wasslet għas-sejba tal-katavru ta' Amer Hisham. Nhar l-Erbgħa, 21 ta' Awwissu għall-ħabta tas-7am fil-Kamra tal-Kontroll tal- Pulizija daħlet telefonata fejn min ċempel informa lill-Pulizija li fuq il-blat wara l-impjant tar-Reverse Osmosis ta' Tignè kien hemm raġel mitluq fl-art wiċċu 'l isfel f 'għadira demm u li x'aktarx li dan kien mejjet. Fi ftit ħin waslu fuq il-post il-Pulizija tad-Distrett u dawk mid-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali fejn dehru diversi uffiċjali għoljin fosthom l-eks- Kummissarju George Grech. Ix-xena li sabu l-Pulizija quddiemhom mill-ewwel eleminaw kull suspett li dan id-delitt seta' kien hemm involviment ta' xi Maltin. Il-mod kif inqatel – diversi Mill-Qorti Ħbiet id-droga fil-parti ġenitali tagħha TFAJLA ta' 24 sena mir- Repubblika Ċeka kienet ikkundannata tmien snin ħabs u mmultata €20,000 wara li ammettiet li importat 900 gramma kokaina f 'Malta billi daħħlitha fil-parti ġenitali u l-istonku tagħha. Lucie Azuka, ammettiet flok għaddiet ġuri li fit- 13 ta' Lulju 2014, hija kienet ħatja ta' pussess, assoċjazzjoni u traffikar tal-kokaina meta daħħlet 73 kapsola ta' droga wara li kienet għadha kemm tasal Malta fuq titjira tar-Ryanair minn Madrid. Dakinhar, hija kienet imwaqqfa minn uffiċjali tad- Dwana u minn tfittxija li saret fuq it-tfajla nstabu droga fi ħwejjiġha, ġol-istonku tagħha u anke f 'kondom fil-parti ġenitali. Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn wara li tteħditilha X-ray, tneħħewlha l-kapsoli li kellha fl-istonku. B'kollox instabu fuqha 73 kapsola li kien fihom 901 gramma kokaina b'purità ta' 45% b'valur ta' €57,513. Waqt l-interrogazzjoni tagħha, t-tfajla kienet ammettiet ukoll li kien hemm żewġ okkażjonijiet oħra fejn daħħlet id-droga kokaina mingħajr ma qabduha. ŻEWĠT irġiel, fosthom wieħed li huwa akkużat bil-qtil tax-xufier tat-taxi Matthew Zahra, ingħataw kumpens ta' €700 kull wieħed talli kawża li kienu involuti fiha damet 23 sena biex inqatgħet. Il-Qorti semgħet kif fl-14 ta' Diċembru 1990, Raymond Bonnici, ta' 55 sena mill-Marsa, u Ronald Urry, ta' 50 sena, minn Raħal Ġdid, kienu tressqu l-Qorti akkużati b' serq ta' ċekk b' valur ta' Lm93.35. Il-każ ġie konkluż f 'Novembru 2013 - 23 sena wara. Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras illiberat liż-żewġt irġiel mill-akkużi misjuba kontriehom wara li l-każ ġie preskritt. Il-Qorti Kostituzzjonali, ppreseduta mill-Prim Imħallef Silvio Camilleri u l-Imħallfin Giannino Caruana Demajo u Noel Cuschieri semgħu kif bejn ċertu seduti kien hemm dewmien ta' ħames snin. L-imħallfin kellhom kliem iebes fil-konfront kemm tal-akkużati, kemm tal- prosekuzzjoni kif ukoll tal-maġistrat li kien sema' l-kawża. DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Amer Hisham Ali Mohammed - il-vittma Libjan jinqatel bi 13-il daqqa ta' stallett Wieħed mis-suspettati Serqa ddum tkarkar 23 sena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 march 2015