Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/475087
Il-Ħadd 08 ta' Marzu 2015 | illum 27 SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Mosta ........................ 1 Qormi ........................ 3 Qormi rritornaw għar- rebħ meta għelbu lill-Mosta bl-iscore ta' 3-1, biex b'hekk komplew ikabbru l-problemi għall-Blues. Qormi fetħu l-iscore wara biss minuta u nofs logħob meta Alfred Effiong għadda lejn Alex Nilsson li permezz ta' xutt fil-baxx għeleb lil Omar Borg. Qormi komplew jattakkaw u fil-11-il minuta Leighton Grech għadda tajjeb lejn Gustavo Villalobos b'dan ikollu x-xutt angulat tiegħu jgħaddi ftit barra. Sitt minuti wara freekick insidjuż ta' Marcelo Roberto Lima De Mattos għal Qormi ntemm ftit barra mil-lasti ta' Omar Borg. Mosta rrispondew fil-25 minuta permezz ta' Ryan Grech li iżda kien sfortunat meta ra t-tentattiv tiegħu jistampa mal-mimduda. Kienu Qormi li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fit-tieni taqsima meta xutt angulat minn tarf il-kaxxa ta' Alfred Effiong għadda ftit għoli. Il-Blacks and Yellows komplew fuq l-offensiva u fil-51 minuta Leighton Grech għadda l-ballun lejn Gustavo Villalobos bix- xutt ta' dan jiġi mblukkat parzjalment minn Omar Borg, bil-ballun jispiċċa għand Alfred Effiong li mid-distanza tefa' ftit għoli. Fis-66 minuta Mosta ġabu l-iscore indaqs meta Gary Roberts qabeż difensur avversarju u permezz ta' xutt minn ġol-kaxxa għar- rokna tax-xibka tefa' wara Matthew Farrugia. Qormi marru fil-vantaġġ fid-89 minuta meta Alfred Effiong għadda tajjeb lejn il-BOV Player tal-Logħba Leighton Grech li mill- viċin tefa' wara Omar Borg. U fil-ħin miżjud Qormi ssiġġillaw ir-rebħa meta Alfred Effiong rebaħ il- ballun mingħand player ta' Mosta, u Ousman Koli fit-tentattiv tiegħu li jikklerja l-ballun tefa' l-ballun fil-lasta tiegħu stess biex b'hekk rajna auto-goal klassiku. Mosta - Borg, Farrugia, Grech, Roberts, Magro, Falzon, Ossok, Koli, Ekani (Fortune 58'), Z. Brincat (Zammit 56'), Nicoise Dawood (Pulo 83') Qormi - Farrugia, Lima De Mattos, Effiong, Gauci, Vella (Pisani 77'), Levnaic, Bondin, Berntsson, Villalobos (Portelli 90'), Grech, Nillson (Edafe Uzeh 72') Referi - Marco Borg MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Birkirkara ................... 4 Sliema W .................... 2 F'KONFRONT li offra spettaklu lil dawk preżenti Birkirkara kkonvinċew bil-kbir u kisbu rebħa tajba ta' 4-2 kontra Sliema Wanderers. L-Istripes għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mill-bidu u wara biss erba' minuti logħob minn freekick tal-player internazzjonali Zach Muscat, il-ballun spiċċa f 'saqajn Ryan Camenzuli li minn ġol-kaxxa tefa' wara Glenn Zammit. Iżda l-Istripes ma tantx damu jifirħu meta erba' minuti biss wara l-Wanderers ġabu l-iscore indaqs meta minn cross ta' Mark Scerri, irċieva tajjeb il-captain Alex Muscat li permezz ta' first-timer tremend minn ġol-kaxxa spara fix-xibka, biex b'hekk skorja l-ewwel goal tiegħu wara numru ta' xhur barra mill-azzjoni minħabba injury serja fil-cruciate ligament. Il-logħba kompliet tisbieħ u fl-14–il minuta l-Istripes reġgħu marru fil- vantaġġ permezz ta' freekick mill-isbaħ ta' Rafael Pompeo Rodrigues Ledesma li ntemm fir-rokna tax-xibka wara Glenn Zammit. U tliet minuti biss wara kellna naraw goal ieħor minn Sliema Wanderers biex ġabu l-iscore indaqs permezz ta' freekick dirett tal-ex player ta' Bologna u Parma fl-Italja, Andrea Pisanu. Iżda t-team immexxi minn Paul Zammit reġa' mar fil-vantaġġ fit-23 minuta meta minn cross ta' Rafael Pompeo Rodrogies Ledesma lejn il-player żagħżugħ ta' Birkirkara li qed ikollu staġun mill-aqwa Ryan Camenzuli, dan tal- aħħar tefa' ġewwa permezz ta' daqqa ta' ras tajba mill- viċin, biex b'hekk skorja doppjetta personali. Fil-31 minuta Birkirkara tilfu okkażjoni tad-deheb li jiskorjaw ir-raba' gowl fil-logħba meta xutt tal- captain Paul Fenech ġie milqugħ tajjeb minn Glenn Zammit, u mir-rebound Ryan Camenzuli kien għoddu skorja hat-trick personali iżda naqas milli jagħmel dan meta mill-viċin tefa' ftit barra. Fit-73 minuta Sliema Wanderers spiċċaw jilagħbu b'10 players meta tkeċċa għalihom il-player Marko Potezica wara foul professjonali fuq Rafael Pompeo Rodrigues Ledesma li kien ġej waħdu quddiem il-goalkeeper, Glenn Zammit. Birkirkara ssiġġillaw ir- rebħa fid-90 minuta meta wara li l-goalkeeper Glenn Zammit ħareġ barra minn postu biex jgħin lil sħabu biex jippruvaw iġibu l-iscore ndaqs, l-Istripes rebħu l-ballun, Edward Herrera għadda tajjeb lejn Paul Fenech bil-captain Karkariż jikkrossja b'mod perfett lejn is-sostitut Nassir Ahmed Maachi li mill-viċin tefa' f 'lasta vojta permezz ta' daqqa ta' ras. BIRKIRKARA Haber, Herrera, Vukanac, Latini Mazzetti, Dos Santos Gonzaga (Bissi da Silva 66'), Rodrigues Ledesma (Ahmed Maachi 90'), Fenech, Z. Muscat, R. Muscat, Camenzuli (Zammit 77'), Zerafa SLIEMA W. Zammit, A. Muscat, Ribeiro Dos Santos, Mintoff (Obagbemiro 78'), Scerri, Mifsud (Friggieri 85'), Pisanu, Gatt Baldacchino, Potezica, Dos Santos Calcado, B. Muscat (Cilia 32') Referi - Trustin Farrugia Cann LEIGHTON GRECH Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Ingħaqad ma' Qormi mingħand Birkirkara f 'Jannar li għadda Fil-karriera tiegħu lagħab ukoll ma' Hibernians u Vittoriosa Stars RYAN CAMENZULI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Skorja doppjetta personali f 'din il-logħba Qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Birkirkara fejn qed isib ix-xibka b'mod regolari Huwa prodott tan-nursery ta' Birkirkara u dejjem lagħab mal- Istripes Jiġi ħu l-eks stilla ta' Birkirkara, William Camenzuli KLASSIFIKA KAMPJONAT BARCLAYS PREMIER Tim L PTI Chelsea 27 63 Manchester City 28 58 Arsenal 28 54 Manchester Utd 28 53 Liverpool 28 51 Tottenham H. 28 50 Southampton 28 49 Stoke City 28 42 Swansea City 28 40 West Ham United 28 39 Newcastle United 28 35 Crystal Palace 28 30 West B. Albion 28 30 Everton 28 28 Hull City 28 27 Sunderland 28 26 Aston Villa 28 25 Queens P. Rangers 28 22 Burnley 28 22 Leicester City 27 18 KLASSIFIKA KAMPJONAT BOV PREMIER Tim L Pti Hibernians 25 39 Birkirkara 25 31 Valletta 24 25 Floriana 25 24 Balzan 25 21 Sliema W. 25 18 Mosta 25 14 Pietà H. 25 12 Zebbug R. 24 12 Qormi 25 12 Naxxar L. 24 11 Tarxien R. 24 11 KLASSIFIKA KAMPJONAT SERIE A TIM Tim L PTI Juventus 25 58 Roma 25 49 Napoli 25 45 Lazio 25 43 Fiorentina 25 42 Sampdoria 26 42 Genoa 24 36 Torino 25 36 Inter 25 35 AC Milan 25 34 Palermo 25 34 Sassuolo 25 29 Empoli 25 28 Udinese 24 28 Verona 25 28 Chievo 25 25 Atalanta 25 23 Cagliari 25 20 Cesena 25 19 Parma 23 10 Ritorn għar-rebħ għal Qormi u tixgħel il-bozza l-ħamra għal Mosta Birkirkara jikkonvinċu u jegħlbu lil Sliema Wanderers RIŻULTATI Is-Sibt 7 ta' Marzu Kampjonat Barclays Premier QPR vs Tottenham H. 1-2 FA Cup Is-Sitt Rawnd Bradford C. vs Reading 0-0 Aston V. vs WBA 2-0 Il-Ħadd 8 ta' Marzu 17:00 Liverpool vs Blackburn R. It-Tnejn 9 ta' Marzu 20:45 Manchester U. vs Arsenal Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 7 ta' Marzu Sampdoria vs Cagliari 2-0 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 8 ta' Marzu 12:30 Cesena vs Palermo 15:00 ChievoVerona vs Roma 15:00 Empoli vs Genoa 15:00 Parma vs Atalanta 15:00 Udinese vsTorino 20:45 Napoli vs Inter It-Tnejn 9 ta' Marzu 19:00 Lazio vs Fiorentina 21:00 Juventus vs Sassuolo Ritratt: Joe Borg