Illum previous editions

illum 8 march 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/475087

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 08 ta' Marzu 2015 | illum 25 SPORTSillum SPORTSillum Ritratt: James Galea MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Hibernians ................ 3 Pietà ........................ 1 HIBERNIANS komplew bil-mixja tagħhom lejn ir-rebħ tal-kampjonat meta b'mod meritat għelbu lill- Pietà Hotspurs bl-iskor ta' 3-1. B'hekk sa issa għadhom mhux megħluba f 'dan il-kampjonat mill-aqwa li qed ikollhom, fejn kollox qed jindika li huma se jittrijonfaw bil-kbir f 'Mejju li ġej. Dan hekk kif qed igawdu vantaġġ ta' xejn inqas minn tmien punti fuq Birkirkara li jinsabu fit-tieni post tal-klassifika. Kien Clayton Failla li tefa' lill-Pawlisti fil-vantaġġ meta wara 9 minuti logħob, avvanza fil-kaxxa mix-xellug u għeleb lil Miguel Montfort permezz ta' xutt b'saħħtu. Hibernians rduppjaw l-iskor man-nofs siegħa logħob meta minn freekick ta' Andrew Cohen mil- lemin, għola tajjeb Andrei Agius li tefa' wara Montfort permezz ta' daqqa ta' ras tajba. Il-Hotspurs naqsu l-marġni tal-iskor fis-56 minuta permezz ta' Jurgen Pisani li x-xutt sabiħ tiegħu mix-xellug ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper li lbieraħ kien qed jieħu post il-goalkeeper titolari Henry Bonello, Jurgen Borg. Tliet minuti biss wara, Pietà Hotspurs kienu għoddhom ġabu l-iskor indaqs meta Claudio Frances mill-viċin naqas milli jsib ix-xibka għal ftit. Madanakollu tliet minuti fuq il-ħin miżjud Hibernians issiġġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet gowl fil-logħba meta wara li Marcelo Dias għadda pass tajjeb lejn Tarabai mil- lemin, huwa għadda tajjeb lejn il-plejer internazzjonali, Jean Paul Farrugia, li żmarkat tefa' wara Miguel Montfort. Hibernians - Borg, Pearson, Lima, Soares, Cohen (Bezzina 83'), Kristensen, Failla, Agius, Dos Santos, Mbong (Dias 65'), Jorge da Silva Pereira (Farrugia 83') Pietà - Montfort, K. Micallef, Grech, Fortunato dos Santos, Pisani, Rodrigues da Silva, Da Silva (Ricardo Costa 66'), Attard, Cesare (Agius 46'), Frances, L. E. Micallef (Nnaemeka Newuche 66') JURGEN PISANI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Skorja l-uniku gowl għal Pietà Hotspurs f'dan il-konfront Fit-2 ta' Diċembru tas-sena li għaddiet laħaq l-ammont ta' 100 logħba bil-flokk tal-Hotspurs Huwa plejer importanti tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena Tkompli l-mixja ta' Hibernians lejn ir-rebħ tal-kampjonat Andrei Agius jiċċelebra wara li skorja t-tieni gowl ta' Hibernians fir-rebħa ta' 3-1 kontra Pietà Hotspurs

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 march 2015