Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/475087
30 illum | Il-Ħadd 08 ta' Marzu 2015 Kif għażilt il-waterpolo fost numru ta' sport iehor? L-ewwel sport li kont nipprattika kien it-tennis. Kont nifforma parti mit-timijiet nazzjonali tal-juniors sakemm kelli 13–il sena, imbagħad weġġajt irkopptejja u kelli nieqaf nilgħab. It-tieni sport tiegħi kien il-waterpolo. Minħabba li weġġajt irkoppti, il-waterpolo kien perfett minħabba li dan kien sport li ma jħalli l-ebda' impatt fuq il-muskoli u l-ġogi. Kif tiddeskrivi l-aħħar staġun tiegħek ma' Sliema? Kelli tlugħ u nżul. Bdejt ix-xitwa tajjeb, imbagħad il-forma tiegħi naqset u spiċċajt l-aħħar erba' logħbiet tajjeb. L-irwol tiegħi nbidel. Kien l-ewwel staġun tiegħi li ġejt utilizzat bħala l-aħħar difensur f 'kull ħin. Ippermettili ngħidlek li fl-aħħar staġun iddiżappuntajtu bil-kbir bħala tim. Għaliex taħseb li ġara dan? Personalment naħseb li kull plejer seta' jagħti iktar, u l-fatt li l-kowċ ġdid Ungeriż wasal ġimagħtejn qabel il-kampjonat tas-sajf ma għenx. Jieħu ż-żmien biex plejer jadatta ruħu għall-kowċ ġdid u għas-sistemi tiegħu. Taħseb li fl-istaġun li ġej se jirnexxielkom ikollkom staġun aħjar li fih issikktu lill-kritiċi tagħkom? Dak huwa l-objettiv tagħna. Aħna jisimna Sliema u n-nies jistennew minna li nirbħu t-tazzi. Aħna wkoll nistennew lilna nfusna li nirbħu, u nittamaw li flimkien matul dan l-istaġun inkunu aħjar. Int għamilt ukoll żmien qasir (tliet xhur) tilgħab waterpolo l-Kanada. X'kienet l-esperjenza tiegħek hemmhekk u għaliex ġejt lura Malta? Ma mortx il-Kanada speċifikament biex nilgħab il-waterpolo. Mort biex nesperjenza l-ħajja mat-tfajla tiegħi f 'pajjiżha. Kont nilgħab biex inżomm ruħi attiv fil-logħba u nesperjenza l-logħba Kanadiża tal-waterpolo. Kienet verament esperjenza sabiħa nilgħab ma' Toronto Golden Jets. Irnexxielna naslu sal-finali u din kienet l-ewwel darba għal Toronto. Ġieli kien hemm interess minn xi klabb ieħor lokali tal-waterpolo biex tingħaqad miegħu? Fit-tmiem il-kuntratt tiegħek dejjem ikun hemm klabbs li jistaqsuk jekk tkunx trid tingħaqad magħhom, iżda Sliema dejjem kienu l-prijorità tiegħi. X'wasslek biex tibqa' ma' Sliema tul dawn is-snin kollha? In-nannu tiegħi kien president ta' Sliema ASC għal iktar minn 20 sena. Barra minn hekk missieri kien jilgħab ma' Sliema u għalhekk jien trabbejt fil-klabb. Il-familjari tiegħi huma kollha partitarji kbar ta' Sliema. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mat-taħrig u l-loghob tal- waterpolo? M'hemmx kombinazzjoni perfetta. Nibda x-xogħol tiegħi kmieni filgħodu li jħallili ftit ħin mal-familja qabel nitlaq lejn il-gym jew dritt għat-taħriġ filgħaxija. Meta jkollna sessjonijiet ta' taħriġ filgħodu nibda x-xogħol tiegħi ftit wara. X'tikkummenta fuq ir-riżultati mill-aqwa li kellkom bħala tim nazzjonali fl-aħħar xhur? Ovvjament ninsab kuntent ħafna bir-riżultati li rnexxielna niksbu bħala tim. Ittrenjajna tajjeb ħafna. Żidna wkoll żewġ sessjonijiet ta' taħriġ żejda filgħodu biex b'hekk stajna nieħdu sehem fil- kompetizzjonijiet kollha u naqtgħu figura tajba kif filfatt għamilna. Konna ppreparati tajjeb ħafna. Madankollu kien hemm kritika li l-avversarji li lgħabtu kontrihom f 'dawn it-tournaments ma kinux tal-ogħla livell? Kif tirribatti din il- kritika sa ċertu punt kostruttiva? Dejjem se ssib persuni li jaħdmu kontrik – dik hi l-ħajja. Jien ma naqbilx ma' dawn il-kummenti. F'kull tournamnet ikun hemm ftit timijiet li jkunu inqas b'saħħithom minnek, iżda daqskemm ikun hemm ħżiena ikun hemm tajbin. Naħseb li l-fatt li rbaħna kontra New Zealand u l-Afrika t'Isfel li jilagħbu fil- Kampjonat Mondjali tal-waterpolo ma kinitx sfida faċli għalina. X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal-kowċ tat-tim nazzjonali Karl Izzo u dan kif għenek matul il-karriera tiegħek fil-waterpolo? Ir-relazzjoni tiegħi ma' Karl hija tajba ħafna. Huwa jaf li jien inħobb ħafna nilgħab għat-tim nazzjonali u huwa propju għalhekk li lgħabt uħud mill-aqwa logħob tiegħi kemm ili nilgħab waterpolo mat- tim nazzjonali. Inħoss li Karl Izzo jemmen fija. U dik mal-kowċ il-ġdid tagħkom Paul Privitera? Għandi wkoll relazzjoni tajba ħafna ma' Paul Privitera. Paul huwa kowċ iddixxipplinat ħafna. Huwa jitratta lil kull plejer b'mod ugwali li hija xi ħaġa li l-plejers togħġobhom ħafna f 'kowċ. Huwa jħobb li jara lill-plejers tiegħu jieħdu gost jilagħbu l-logħba li toħroġ l-aħjar mill-plejers. Ninsab eċitat ħafna li matul dan l-istaġun se naħdem ma' Paul bħala l-head coach, kif wara kollox jinsab it-tim kollu. Paul kien plejer rispettat ħafna ma' Sliema qabel ma rtira , u għalhekk għandek parti kbir mit-tim li jħares b'ammirazzjoni lejh speċjalment bħala mexxxej. Kif taħseb li dan il-kowċ se jkun qed jgħin biex terġgħu tirritornaw fejn tassew jixraqilkom fil-warterpolo lokali? Paul se jkun ma' Sliema matul is-sena kollha mix-xitwa sat-tmiem tas-sajf. Paul se jħarriġna bl-aħjar mod possibbli u probabilmnet se jkollu lilna l-plejers fl-aħjar forma possibbli għall-kampjonat tas-sajf li huwa l-ikbar priorità għalina matul dan l-istaġun. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-logħba tal-waterpolo? Ġaladarba nibqa' nieħu gost nilgħab il-waterpolo, se nibqa' nilgħab. Nittama biss li bħala Sliema nerġgħu nibdew nirbħu l-unuri. Li ma tirbaħx ma' Sliema hija xi ħaġa li tikkawża uġigħ. Tinsiex li l-klabb tal-waterpolo tas-Sliema huwa l-iktar wieħed ta' suċċess f 'Malta, naħseb mhux biss fil-waterpolo iżda fl-isport lokali kollu. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil-waterpolo. Ħudu gost ilgħabu l-logħba tal- waterpolo. Ittrenjaw kemm fix-xitwa kif ukoll fis-sajf. Sakemm kelli 15 –il sena jien qatt ma kont nittrenja fix-xitwa. Kont nilgħab waterpolo għal biss ħames xhur matul is-sena. Illum il-ġurnata l-folja nqalbet. Dan hekk kif illum it-tfal jistgħu jittrenjaw kemm fix-xitwa kif ukoll fis-sajf. Ħudu vantaġġ minn dan kollu! SPORTSillum Mark Meli – bla dubju wieħed mill-aqwa elementi li pproduċa l-waterpolo lokali f'dawn l-aħħar snin, fejn huwa wieħed mill-iktar plejers importanti kemm ta' Sliema ASC kif ukoll tat-tim nazzjonali tal-waterpolo. Kellu diversi oerti minn klabbs lokali tal-waterpolo, iżda dejjem wera lealtà u priorità assoluta lejn Sliema ASC. "Dejjem se ssib persuni li jaħdmu kontrik – dik hi l-ħajja. Jien ma naqbilx ma' dawn il-kummenti. F'kull tournament ikun hemm ftit timijiet li jkunu inqas b'saħħithom minnek, iżda daqskemm ikun hemm ħżiena ikun hemm tajbin. Naħseb li l-fatt li rbaħna kontra New Zealand u l-Afrika t'Isfel li jilagħbu fil-Kampjonat Mondjali tal- waterpolo ma kinitx sfida faċli għalina" "Inħoss li Karl Izzo jemmen fija" Sliema ASC huwa l-prijorità CRISTIAN ANTONY MUSCAT