Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/475087
illum | Il-Ħadd 08 ta' Marzu 2015 Fondi tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Il-parteċipazzjoni minn SMEs Maltin fl-aħħar post FREDERICK ATTARD FTIT huma dawk l-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs) Maltin li lesti li jippruvaw jiksbu aċċess għall-fondi tal-UE għall- innovazzjoni u riċerka. Statistika turi li Malta tiġi l-aħħar post minn fost il- pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fejn għandu x'jaqsam is-sehem ta' SMEs lokali f 'opportunitajiet tal-UE. "Dawk l-SMEs lokali li jinvestu f 'riċerka għandhom bżonn jifhmu li l-innovazzjoni tista' tkun parti integrali fl-iżvilupp tan-negozju tagħhom. Għaldaqstant, li naraw ftit jew l-ebda parteċipazzjoni minn SMEs fil-programmi ta' fondi tal-UE għar-riċerka hija xi ħaġa li lilna tħassibna ħafna," jispjega Anton Theuma, Direttur ta' Paragon Europe, kumpanija Maltija li tgħin kumpaniji lokali internazzjonali jiltaqgħu ma' kumpaniji oħra bħalhom fl- Ewropa sabiex jikkollaboraw flimkien f 'proġetti tal-UE u jiksbu finanzjament għal riċerka u innovazzjoni. Theuma qal li ħafna drabi hawn Malta naħsbu li l-innovazzjoni tiswa ħafna flus, u li trid tkun ikkumplikata jew oriġinali. "Iżda li, ngħidu aħna, tadatta l-opportunità għal suq partikolari hija innovazzjoni wkoll." Tkellem ukoll dwar il- alta Water Week li se tittella' aktar tard dan ix-xahar bejn it-23 u 27 ta' Marzu. "Ftit jafu li fil- qasam tal-ilma, Malta tinsab fuq quddiem ħafna f 'aspetti bħalma huma l-immaniġġjar u l-użu mill-ġdid, u l-pajjiż għandu ħafna esperjenza x'jaqsam ma' pajjiżi oħra dwar kif nistgħu nkunu innovattivi f 'dan is-settur. Is-snin li ġejjin mistennija jaraw ħafna fondi Ewropej għal proġetti marbuta mal-qasam tal-ilma u jekk kumpaniji Maltin ma jidħlux għal dawn il-fondi, xi ħaddieħor joħodhom". Intant skont stħarriġ li sar dan l-aħħar il-kumpaniji Maltin isibuha diffiċli li jiksbu aċċess għal fondi għall-proġetti nnovattivi tagħhom. Kważi 70% ta' dawk li tkellmu jsibuha dejjem iżjed diffiċli li jiksbu finanzjament mill-banek. L-istess riċerka turi li nofs il-kumpaniji biss ikkunsidraw fondi tal-UE jew investituri privati bħala sorsi alternattivi għall-fondi. Dwar dan il-fatt Anton Theuma qal li l-SMEs Maltin jridu jinvolvu ruħhom aħjar u jaħdmu iżjed mill- qrib ma' stakeholders oħra fuq livell lokali bil-għan li jaħdmu flimkien u jaħtfu opportunitajiet fl-UE. "Hemm bżonn li jkunu iżjed proattivi u jfittxu li jikkollaboraw ma' kumpaniji simili barranin li magħhom ikunu jistgħu jħarsu lejn opportunitajiet ġodda. SMEs Maltin kapaċi jkunu innovattivi ħafna u jekk megħjuna kif suppost, kapaċi jiksbu suċċess fuq livell Ewropew." Id-direttur ta' Paragon temm jgħid li l-SMEs lokali m'għandhomx għalfejn iħossuhom intimidati mis- suq kompetittiv għall-fondi Ewropej. "Ħafna SMEs mhumiex speċjalizzati iżda għal kuntrarju ta' dak li ħafna jistgħu jaħsbu, dan mhux bilfors nuqqas. Fuq livell Ewropew dan kapaċi jkun vantaġġ kompetittiv għaliex minbarra li kapaċi nkunu tajbin f 'kollox b'mod ġenerali, fuq livell Ewropew dan jista' jkun fattur li jagħmilna interessanti fuq livell ta' suq Ewropew." Anton Theuma direttur ta' Paragon Europe