Illum previous editions

illum 8 march 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/475087

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

Il-Ħadd 08 ta' Marzu 2015 | illum 3 JOHN BUSUTTIL IRRAĠUNI għaliex Charles Micallef St John iddeċieda li ma jikkontestax l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fil-Gżira kienet għax ma riedx jaċċetta lil Graziella Schembri bħala kandidata nazzjonalista. Schembri hi aktar magħrufa bħala Graziella Attard Previ minħabba l-karriera twila televiżiva tagħha. Iżda Micallef St John iddeċieda li anke jekk ismu se jibqa' jidher fuq il-karta tal-vot, hu mhux se jkun qed jikkontesta u rriżenja mill- kumitat tal-Partit Nazzjonalista. Ir-raġuni tiegħu tkun li Graziella Attard Previ kienet attivista Laburista fil-passat. Dwar dan il-fatt, din il-gazzetta ħadet il- kummenti tas-segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said li minn naħa tiegħu ikkonferma r-raġuni tar- riżenja ta' Charles Micallef St John. Said żied jgħid li Graziella Schembri fil-fatt mhux biss hi kandidata fl-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali, iżda hi wkoll kandidata approvata għall-Elezzjoni Ġenerali kif ukoll l-President tal-Forum Opportunitajiet Indaqs tal- partit. Sadattant anke Għawdex, fir-raħal t'Għajnsielem, inħolqu xi problemi meta l-eks Viċi Sindku u Kunsillier tal- Partit Nazzjonalista, Stephen Mercieca ma tħallix jikkontesta mal-Partit Nazzjonalista u minflok se jikkontesta bħala kandidat indipendenti. Dwar għaliex ma tħalliex jikkontesta, Chris Said qal li hemm diversi raġunijiet. "Aħna rridu nbiddlu l-uċuħ għall- futur. Iżda hemm fattur ieħor importanti – fejn kellna żewġ kandidati (wieħed minnhom Stephen u ieħor ġdid) li qalulna li huma lesti jikkontestaw jekk ma jikkontestax l-ieħor. Aħna ma stajnix nagħżlu wieħed minn ieħor, u b'hekk ġie deċiż li ma joħorġux it-tnejn. Hi ħasra li nies bħalhom ma tawnix għażla. Wieħed irid jifhem li qatt ma stajna nagħżlu wieħed minn ieħor. Jew it-tnejn jikkontestaw, inkella t-tnejn ma jikkontestawx." Dwar li Stephen ħareġ indipendenti, Said qal li kellu kull dritt jagħmel dan u ammetta li f 'dan ix- xenarju jista' jkun hemm riskju li l-partit jispiċċa bla maġġoranza peress li f 'Għajnsielem il-Partit Nazzjonalista s-soltu jġib kważi erba' kwoti iżda tliet snin ilu, bis-sistema ta' votazzjoni, Il-PN irnexxielu jtella' biss tliet siġġijiet minn ħamsa. Dan ifisser li jista' jiġri li jekk Stephen Mercieca jitla', l-ebda' partit ma jkun ġab il- maġġoranza u l-Kunsill jispiċċa pupu f 'idejn Mercieca. Eks sindku ieħor li ismu ma dehrx fil-lista tal-kontestanti hu Peter Bonello - is-Sindku ta' San Ġiljan. Qed jissemma' li dan twarrab biex postu jieħdu l-kandidat u impjegat tal-Partit Nazzjonalista - Karl Gouder, li wara li tilef postu fil-Parlament, jieħu postu bħala sindku ta' fortizza oħra Nazzjonalista. Diċeriji jgħidu li l-Partit Nazzjonalista qed jimbotta lil Gouder għal sindku. Iżda meta mitlub jikkumenta, s-Segretarju Ġenerali qal li Peter Bonello għażel hu li ma jikkontestax biex jiftaħ spazji għal uċuħ ġodda. "Għalkemm qalilna li jekk ma nsibux sostitut għalih, kien lest li jerġa' jikkontesta. Iżda aħna bħala partit mhux qed nimbuttaw lil ħadd u jekk Gouder jitla' bħala sindku sta għalih u għan-nies li jivvutawlu." Chris Said qal ukoll li f 'San Ġiljan dejjem kellu maġġoranza, iżda qal ukoll li f 'San Ġiljan ikun hemm l-inqas numru ta' nies li joħorġu jivvutaw, fejn tliet snin ilu kienet biss ta' 40%. Ir-raġuni għaliex kunsilliera Nazzjonalisti ma kkontestawx . . . Micallef St John ma riedx lil Graziella Attard Previ għax eks Laburista Charles Micallef St. John Peter Bonello Stephen Mercieca Bżonn ta' Suq Uniku għall-Kontenut Diġitali – Roberta Metsola "NITTAMA li Malta tkun wieħed mill-pajjiżi li jaħdmu għal riforma vera ta' dan is-settur u jappoġġa s-sejħa tagħna biex jieqfu t-tariffi tar-roaming sa' Diċembru ta' din is-sena." Dan qalitu l-MPE Roberta Metsola meta ngħaqdet ma' Membri tal-Parlament Ewropew minn diversi partiti politiċi, li bagħtu ittra lill-Ministri tat- Telekomunikazzjoni kollha tal-UE u appellaw biex dawn ma jaċċettatawx li tiġi posposta d-data li fiha għandhom jieqfu t-tariffi tar-roaming għat-telefonija ċellulari. Metsola spjegat li mossi minn xi Gvernijiet maħsuba speċifikament li jtawlu ż-żmien biex jieqfu t-tariffi tar-roaming għat-telefonija ċellulari madwar l-Unjoni Ewropea huma inaċċettabbli, u huma daqqa ta' ħarta lill-konsumaturi madwar il-kontinent. "Is-sena li għaddiet, il-Parlament Ewropew adotta rapport li fih appella biex it-tariffi tar-roaming jieqfu sal-15 ta' Diċembru ta' din is-sena. Issa qegħdin naraw attentati minn Gvernijiet biex jippruvaw itawwlu l-proċess għal numru itwal ta' snin. Dan juri nuqqas ta' ambizzjoni. It-tariffi tar-roaming jiffurmaw parti minn mudell kummerċjali li m'għadux japplika għall-ġurnata tal-lum u li m'għandux postu fl-Ewropa konnessa li qed ngħixu fiha." Roberta Metsola temmet tgħid li hemm bżonn li niżguraw li l-Ewropa jkollha Suq Uniku għall-Kontenut Diġitali. "Hemm bżonn li nkunu determinati li niżguraw li kwalunkwè leġiżlazzjoni li jkollna tkun aġġornata għar-realtà taż- żminijiet li qegħdin ngħixu fihom."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 march 2015