Illum previous editions

illum 8 march 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/475087

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 illum | Il-Ħadd 08 ta' Marzu 2015 PIETRU Pawl, magħruf aħjar bħala Ta' Perelli hu min-Nadur. Hu miżżewweġ u għandu bint li taħdem bħala nurse. Għal dawn l-aħħar 26 sena, Pietru Pawl hu sinonimu mal-mużika folkloristika. Mhux biss idoqqha iżda anke joħloq u jagħmel instrumenti mużikali folkloristiċi hu stess, mingħajr għajnuna ta' ebda' makkinarju sofistikat. Kollox magħmul manwalment u jagħtihom il-ħoss li jixtieq hu. Fil- fatt kapaċi jagħmel 14-il instrument – li kollha se jkunu għall-wiri fir-raħal ta' Santa Luċija fil-Ġimgħa Folkloristika li se tittella' f 'Għawdex bejn id-19 u t-22 ta' Marzu. Fil-fatt hu diġà lesta dawn l-instrumenti:- Iż- żaqq, il-flejguta, suffara tal- pluvieri, iċ-ċuqlajta, tambur u tamburlin, il-karabazza, il-bedbut, il-korsolin, iż-żummara, ir-rubbaba, l-imgħasqa, il-qarn, il-bronja u l-bagalja. Pietru Pawl joqgħod f 'żona ġmiel in-natura, eżatt fuq ir-riħ ta' Binġemma b'taħtek xenarju meraviljuż tar-Ramla l-Ħamra. Dħalt id-dar ta' Pietru Pawl fejn madwarek issib biss instrumenti mużikali Maltin, b'kitarri tal-għana mwaħħlin mal-ħajt, diversi żafżafi minn taċ-ċaqquf bħal dawk bl-injam, magħmulha minnu u kull tip ta' tamburi u tamburlini, flejguti, ċuqlajti u anke ż-żaqq magħmula mill-gidi. U hawn Pietru Pawl beda mhux biss jurini kif jindaqqu, iżda wkoll kif jagħmilhom. Ngħid il-verità bqajt skantat bil-mod kif tgħallem jagħmel dan ix- xogħol u anke jdoqqhom. Għalhekk iddeċidejt li naqsam din l-esperjenza magħkom il-qarrejja. Laqgħani bil-ħoss tal-Bronja li hi speċi ta' sea shell kbira fejn fl-antik kien jitla' wieħed fuq waħda mill-ħafna mtieħen li kien ikun hemm Għawdex . Biha kien iwassal messaġġ minn mitħna għall-oħra li r-riħ ikun tajjeb biex jiġi mitħun il-qamħ. Pietru Pawl, li illum jgħodd 65 sena u pensjonant, kien jaħdem mal-Gozo Channel u bħala Naduri kien wieħed iffissat fuq il-Karnival - "dak li kien veru spontanju" qalli b'ċertu dieqa. "Il-Karnival fin-Nadur qerduh għal kollox, għax biex tagħmel disko m'għandekx bżonn jiġi l-Karnival. Il-Karnival imissna żammejnih tradizzjonali, li nilbsu ħwejjeġ grotteski u bid-daqq folkloristiku, xarba tajba u divertiment madwar in-Nadur kollu." Pietru Pawl kien dejjem jieħu sehem fil-Karnival tan-Nadur u meta żżewweġ fl-1989 talab lil martu biex tilbes xi ħaġa tal-Karnival, u kkuntentatu, "Iżda wara qaltli li ddejqet. Għalhekk iddeċidejt li ma nilbisx iżjed, iżda ddeċidejt li nibda ndoqq f 'kull karnival. Filfatt għamilt hekk kull sena mill-1989 sas-sena l-oħra. Din is-sena l-uniku darba li ma daqqejtx għax il-ħwienet li kont indoqq fihom f 'dawn l-aħħar 18-il sena għalqu u issa ħlief trakkijiet b'ħoss qawwi tad-disko m'hemmx." Staqsejtu kif tgħallem il-mużika u kif tgħallem idoqq. Qalli li kien imur jitgħallem għand wieħed li għallmu n-noti bin-numri, flok do-re-mi eċċ bin-numri 1-2-3, "imbagħad maż- żmien bdejt indoqq bl-udit, li nisma' sirt kapaċi indoqqu. L-instrumenti tgħallimthom waħdi - indoqqhom u noħroġ il-ħoss folkloristiku minnhom, fejn iż-żaqq li jien Personaġġi Għawdxin Pietru Pawl ta' Perelli L-uniku Għawdxi li jagħmel • instrumenti folkloristiċi u jdoqqhom Issibu kuljum id-Dwejra • fejn it-turisti jifirħu bih u l-Għawdxin jiddieħku bih L-uniku Għawdxi li jdoqq • iż-żaqq magħmula mill-gidi illum@mediatoday.com.mt John Busuttil Pietru Pawl l-uniku li baqa' jdoqq iż-żaqq Uħud mill-instrumenti tradizzjonali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 march 2015