Illum previous editions

illum 8 march 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/475087

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

Il-Ħadd 08 ta' Marzu 2015 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Imejl: illum@mediatoday.com.mt S entejn ilu konna xhieda ta' rebħa deskritta bħala waħda storika mill-Partit Laburista -Elezzjoni Ġenerali tal-2013 – rebħa li rat lil Partit Laburista jirbaħ b'maġġoranza ta' 36,000 vot. Bħalma jiġri f 'kull anniversarju ieħor, tajjeb li nħarsu lura u nosservaw x'sar u x'ma sarx tul dawn is-sentejn ta' Gvern Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Il-kampanja li wasslet għall- elezzjoni kienet ikkaratterizzata minn numru ta' wegħdiet– wegħdiet li xi wħud rajnihom isiru realtà, xi wħud le, u xi wħud li għalkemm qatt ma ssemmew, saru realtà xorta. Il-Gvern Laburista, wara 25 sena fl-Oppozizzjoni, tela' fil-Gvern b'entużjażmu li jindirizza kwistjonijiet li kien ilu snin jitfa' pressjoni fuqhom. Nistgħu ngħidu li kull waħda minn dawn id- deċiżjonijiet wasslet għal tifħir min-naħa, u kritika minn oħra – speċjalment minħabba n-natura kontroversjali tal-oqsma li dan il- Gvern qiegħed jiffoka fuqhom. Bl-islogan 'Malta Tagħna Lkoll', Gvern Laburista ried jagħmilha ċara sa minn qabel l-elezzjoni li kellu l-ambizzjoni li ma jħalli lil ħadd barra. Forsi fost l-akbar passi mittieħda minn dan il-Gvern kien hemm dik tad-dħul tal-Unjoni Ċivili bejn koppji tal-istess sess – deċiżjoni li bla sorpriża ta' xejn wasslet għal bosta kontroversji. Naraw ukoll id-dipenalizzazzjoni tad-drogi – suġġett li f 'Malta kien dejjem wieħed evitat. Pass storiku ieħor għal Malta kien il-ħatra tat-tieni President Mara fl-istorja ta' Malta – pass 'il quddiem, hekk kif il-parteċipazzjoni tan-nisa fil- politika xorta għadha waħda baxxa lokalment. Il-Programm taċ-ċittadinanza Maltija b'investiment. Kontroversja qawwija oħra hekk kif il-Gvern ħabbar proposta li eventwalment wasslet il-possibilità għall-barranin li jixtru ċ-ċittadinanza Maltija – kontroversja li mhux biss kienet fuq fomm il-Maltin biss, iżda anke fuq fomm bosta Ewropej. Maż-żmien, u mal-qawmien ta' kontroversji oħra, din battiet u llum naraw investiment qawwi f 'bosta setturi grazzi għad- dħul li ġej minn dan il-programm. Dħul kbir għall-pajjiżna ġej ukoll mis-settur tat-turiżmu, hekk kif fl- 2014 kien hemm żieda ta' 7.8% fuq is-sena ta' qabel fin-numru ta' turisti li jżuru l-Gżejjer Maltin. Wara bosta snin, rajna wkoll Gvern Laburista li naqqas il- kontijiet tad-dawl u tal-ilma b'25%. Din kienet deċiżjoni li ntlaqgħet sew mill-poplu Malti u Għawdxi. Iżda fl-istess ħin naraw Gvern li ma rnexxilux jissodisfa l-wegħda li jibni powerstation ġdida sa sentejn wara l-ħatra tiegħu. Dan huwa Gvern li wkoll jirċevi kritika qawwija dwar il-laxkezza li għandu dwar politiki tal-ambjent u l-ippjanar. Ma tonqosx ukoll il-kwistjonijiet relatati mas-servizz tas-saħħa, mal-waiting lists, mas-sodod fil-kurituri – li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar naraw kemm hi diffiċli li tasal għal xi tip ta' soluzzjoni. Minkejja dawn il-kwistjonijiet, u oħajn magħhom sondaġġi jindikaw li Joseph Muscat xorta waħda huwa aktar favorit mal-Maltin mill- mexxej tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. Naraw ukoll li l-Partit Laburista xorta ġab il-maġġoranza tal-voti fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Din tmur kontra n-norma ta' bosta pajjiżi Ewropej, hekk kif is-soltu l-poplu juża l-vot ta' dawn l-elezzjonijiet biex iċanfar lill-Gvern Nazzjonali dwar kwistjonijiet li bosta drabi jkunu ftit li xejn għandhom x'jaqsmu mal-UE. U x'hemm imħejji fil-futur? Fil-futur qarib naraw Gvern li indirizza kwistjoni sensittiva għall-Maltin u Għawdxin – il-Kaċċa tar-Rebbiegħa. Ir- referendum tal-11 ta' April jidher li jinstab fuq fomm kulħadd – li iżda l-Gvern Laburista ddeċieda li jibqa' newtrali dwarha. Fuq livell aktar internazzjonali hemm ukoll l-organizzazzjoni taċ-CHOGM f 'Malta f 'Novembru li ġej – li jitfa' għal darb'oħra l-ħarsa tal-pajjiżi li kienu parti mill-Commonwealth fuq Malta. Dawn huma biss mill-uħud li nistgħu nbassru. Mill-bqija, li nistgħu nagħmlu huwa li nistennew u naraw – u għeluq anniversarju ieħor nerġgħu nħarsu lura u nerġgħu nikkummentaw. Sentejn ta' Malta Tagħna Lkoll

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 march 2015