Illum previous editions

illum 8 march 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/475087

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

Il-Ħadd 08 ta' Marzu 2015 | illum 15 quċċata għal Moira – tgħidli li dan kollu ma jfissirx li m'għandniex nirrispettawhom, u naraw li meta jkunu fuq xogħolhom, iż-żwiemel għandhom ikunu ttrattati tajjeb, f 'kundizzjonijiet xierqa – "irridu nipproteġuhom speċjalment meta jkunu fuq xogħolhom! Iż- żwiemel intelliġenti ħafna u bħal kull annimal ieħor ħaqqu l-istess rispett." Għalkemm aktar qabel semmejna r-riperkussjonijiet li ġġib magħha pożizzjoni bħalma ħadet Moira, iżda "Kull deni ħudu b'ġid! Bħalissa jkollok il- bibien miftuħa u nara liema ħa nagħżel. Il-bibien fetħuhomli sew, anke wara l-pożizzjoni tiegħi fil- kampanja SHout. Ħafna apprezzaw li jien ma bżajtx nitkellem u li l-opportunitajiet żdiedu mhux naqsu – ma stennejthiex. Kulħadd beżżgħuni ħabba xogħol, ħabba t-televiżjoni, ħabba n-nies – iżda jien ma bżajtx! Ma nafx għala għandi nibża'. Fuq kollox qed naqbeż għad-dritt ta' għasfur li ħaqqu jgħix." Fost dak kollu li l-Maltin jassoċjaw ma' Moira hemm ukoll id-dehra u s-sbuħija. Imma Moira, kemm tagħmel biha s-sbuħija? "Ta' 43 sena, l-pożizzjoni tiegħi u x-xogħol kollu li nagħmel – is- sbuħija u l-mod ta' kif nidher tiġi l-aħħar. Tant hemm x'tagħmel għall-annimali bla vuċi li dawn huma affarijiet materjali – aktar ma nikber u nimmatura, dawn l-affarijiet aktar jonqsu fil-lista tal-prijoritajiet tiegħi. Qabel programm tant inkun mgħaġġla u mħassba bil-produzzjoni li nara f 'idejn l-isponsors kif qed nidher, għax tkun l-inqas ħaġa fuq moħħi. Mhux qed ngħid li nassumi li xorta ħa nidher tajjeb jekk ma nagħtix kas, imma tant inkun moħħni f 'affarijiet oħra li din tkun l-inqas ħaġa fuq moħħi." It-tbegħid tagħha mill-importanza ta' dak li hu estetiku ssaħħu meta l-konverżazzjoni taqa' fuq id- djamanti. Tgħidli li għalkemm tagħraf kemm jista' jkun rigal sabiħ għal min jirċevih, djamant ma jagħmilx wisq biha. Il-konverżazzjoni daret, fost l-oħrajn ukoll, fuq in-nies f 'ħajjet Moira. Niftakru lil Moira wkoll tiċċelebra r-rebħa ta' koppji tal- istess sess mad-dħul tal-Unjoni Ċivili. "Inħobbhom – għandi ħafna ħbieb tal-qalb li huma gay. Ma nitlifx tieġ wieħed minn tagħhom – li issa qegħdin jiżdiedu! Iċċelebrajt magħhom fir-rebħa tagħhom, u issa nittama li jkunu jistgħu jiċċelebraw miegħi fir-rebħa tiegħi." Ħaġa li nnutajt f 'Moira Delia hija li għalkemm għandha daqstant affarijiet għaddejjin f 'ħajjitha, titkellem b'passjoni kbira fuq kull waħda minnhom. Moira Delia Għandha 43 sena Omm Gianni ta' 17-il sena Ilha fuq it-televiżjoni minn meta kellha 18-il sena Attivista tal-annimali Preżentatriċi u produttriċi Ritratt: Ray Attard skipps biex insalva 'l qtates

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 march 2015