Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/475087
qed imorru Mater Dei meta dawn jistgħu jiġu trattati fil-kura primarja mit-tabib tal-familja jew f 'poliklinika jew ċentru tas-saħħa. Imbagħad għandek nies anzjani jew dawk li għandhom bżonn kura fit-tul li jibqgħu f 'Mater Dei għax m'hemmx post għalihom fi sptar ta' rijabilitazzjoni jew tal- anzjani. Ħadd ma solviha - għax m'hawnx pjan ħolistiku. Anzi agħar, għax il-ħin kollu nbiddlu d-direzzjoni. L-ewwel St Lukes se nagħmluh ċentru finanzjarju – imbagħad abbandunajnih bħala sptar u użajna parti minnu għal Malta Enterprise u affarijiet oħra. L-Isptar Boffa kien se jsir lukanda u issa hemm bidla fil-ħsieb. Zammit Clapp kien se jsir għall-kanċer imbaghad inbidlet ukoll l-idea. Hemm bżonn li npoġġu bilqiegħda flimkien u nippjanaw ħolistikament mingħajr politika partiġġjana. "Nissuġerixxi li nibdew billi nsaħħu l-kura primarja. Studji juru li hemm bżonn ta' 300 tabib u naturalment nurses u paramediċi sabiex tagħmel sistema ta' kura primarja. Din tnaqqas il-piż minn fuq Mater Dei b'50%. Din trid issir biex ikollna suċċess. Sptar St Lukes jista' jsir kumpless kbir għall-anzjani u faċilment jista' jieħu 1,000 persuna. Ovvjament trid issir rijabilitazzjoni tal-post. Iżda dan ifisser flus minfuqa tajjeb. Hekk ma jkunx hemm bżonn ħafna tobba u nurses, iżda ħafna ħaddiema tal-kura tas-saħħa. Dan għaliex il-pazjent jista' jibqa' taħt il-kura tat-tabib tiegħu biex ikun hemm kontinwità f 'min jieħu ħsiebu. Barra hekk St Luke's isir speċi ta' villaġġ fejn fih ikun hemm ħwienet, ġonna u banek eċċ. U hekk Mater Dei jista' jibda jaħdem kif suppost Nemmen ukoll li dak il-bini ta' park tax-xjenzi fiż- żona tal-Mater Dei għandu jintuża għall-pazjenti. Dan għax hemm postijiet oħra fejn tagħmel parks tax- xjenzi. Għadna lura. Hemm bżonn nibdew naħdmu bis- serjetà. Gayle Lynn Callus – KSU Effettivament, il- Kunsill Studenti Universitarji iservi ta' pont bejn l-istudent u l-Gvern bl-għan ewlieni li jħares l-akbar interess ta' kull student fl-Università ta' Malta. Għaldaqstant hu inevitabbli li din tkun relazzjoni b'saħħitha, xhieda tar-rieda li kemm il-Gvern kif ukoll il-Kunsill huma devoti lejn it-tisħiħ tas- sistema edukattiva fis-sens wiesgħa tagħha. Din ir- relazzjoni ma taħdimx jekk il-kontribut ma jkunx ġej miż–żewġ naħat. Il-vuċi tal-istudent trid tasal għand il-Gvern, u l-Gvern hu fid-dmir li jisma', jgħarbel u jirrappreżenta - filwaqt li jwettaq it-tibdil meħtieġ. Fid-dawl ta' dan kollu, nemmen li dan il-kliem jixhed ir-realtà. Il-Kunsill ħadem tajjeb mal-Gvern, u bil-kontra; nixtieq u nistenna li dan ikompli. Uħud mill-inizjattivi li ħdimna fuqhom huma fost l-oħrajn l-Avviż Legali 76 tal-2014, fejn il-Gvern ikkunsidra dak li l-Kunsill kellu xi jgħid sakemm intlaħaq kompromess. In- negozjati tal-qbil kollettiv huma eżempju ieħor ċar fejn minkejja l-ostakli, ilħaqna punt ta' konverġenza. Il-Kunsill ilmenta fl- introduzzjoni tal-istipendji għal min jirrepeti; kif ukoll kien kemmxejn kawt meta kkummenta dwar it-tibdil fl-amministrazzjoni tal- ismartcard speċjalment fejn jidħlu kontrakontrolli. Barra minn hekk, l-Uffiċju għall-Politika Soċjali ħa sehem dirett tul il-perjodi ta' konsultazzjoni li sejjaħ il-Gvern, dwar ir-riforma fil-liġijiet dwar id-droga tal- abbuż u l-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u Karatteristiċi tas-Sess, fost oħrajn. Il-konvinzjonijiet tal- istudenti ġew rappreżentati f 'dokumenti mħejja mill- istess Uffiċju u ntbagħtu lill-Ministri rispettivi. Min-naħa l-oħra, l-Uffiċċju tal-Edukazzjoni qed jaħdem bis-sħiħ biex jikkomunika b'mod kostruttiv rigward l-Att tal-Università ta' Malta. Nista' ngħid li għadna fid-dlam dwar il-wegħda tal-Gvern li jibni parkeġġ b'aktar minn sular wieħed– nappella biex dan jipproċedi f 'sintonija mall-pjan tar- Rettur għall- Universita'. Propju ftit tal-jiem ilu, il- Kunsill iltaqa' mal- Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali biex jiddiskuti l-Vot16, djalogu rikorrenti f 'dawn il-jiem qabel l-elezzjonijiet. Lura fil-bidu tat-terminu tagħna, il-KSU laqa' b'entużjażmu l-introduzzjoni ta' liġi li tixhed il-valuri soċjali ta' żmienna, qed nirreferi għal- liġi tal-Unjonijiet Ċivili. Dan witta t-triq biex inkomplu nsaħħu s-sinsla soċjali ta' pajjiżna – il-ġustizzja soċjali - fejn ma nistaqsux: int min int? jew x'int? iżda: X'kapaċi tagħmel? Il-KSU jħaddan id-diversità! It-trasport huwa wkoll impenn li ħadna bis-serjetà. Nhedejna ħafna skemi min-naħa tagħna. Bi kburija inħabbar li l-fond ta' €10,000 dedikat biex iħeġġeġ lill-istudenti jirkbu tal-linja, tqassam kollu (iktar minn €12,000). Din l-iskema tat skont ta' 50% fuq biljett ta' 90 jum lil kull applikant. Dan il-fond ma kienx jkun possibli mingħajr l-għajnuna tal-Awtorità Maltija għat- Trasport Pubbliku. Nieħu l-opportunità biex nappella l-Gvern, partiti politiċi kif ukoll l-awtoritajiet konċernati biex jingħaqdu flimkien u jikkunsidraw il-possibilità biex tiġi organizzata Konferenza Nazzjonali dwar it-Trasport u l-Aċċessibiltà. X'qed nistennew? Żgur, aktar investiment fir-riċerka u l-isport fi ħdan l-Università ta' Malta!" Michael Briguglio – Kummentatur Politiku Il-Gvern Laburista introduċa riformi bżonnjużi bħall-aċċess universali għac-childcare u drittijiet ċivili. Għandu miri speċifiċi fil-qasam edukattiv u jagħraf li s-soċjetà hija karatterizzata minn diversità, per ezempju, fil-familja. Pajjiżna mhux se jibqa' dipendenti fuq iż- żejt u għadu jgawdi l-istess stabbilità ekonomika li kienet teżisti taħt Gvern preċedenti, minkejja t-taqlib u l-kriżijiet ekonomiċi f 'pajjiżi oħra qrib Malta. Min-naħa l-oħra, jidher li pajjiżna huwa wisq dipendenti fuq il- kostruzzjoni, u jidher li ser isir wisq dipendenti fuq forzi barranin fil-qasam tal-enerġija. In-nuqqas ta' meritokrazija u ta' trasparenza jikkaraterizzaw oqsma varji ta' governanza. Fil-qasam ambjentali, speċjalment fejn jidħol żvilupp, dan il-Gvern mhux qed jagħti importanza għas- sostenibbilità u l-kwalità tal-ħajja. Jidher li qed jimxi paripassu mal-interessi ta' żviluppaturi kbar. Il- poplu ma vvutax lill- Partit Laburista fil-Gvern dan ifakkarna fil-gvern preċedenti kull meta jiġi kritikat. Il-Ħadd 08 ta' Marzu 2015 | illum 11 Ritratt: Ray Attard pożittivi u hi ekonomikament b'saħħitha