Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/475087
Il-Ħadd 08 ta' Marzu 2015 | illum 17 ILKAP tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ftit tal-ġimgħat ilu waqqaf numru ta' policy fora fil-Partit Nazzjonalista biex jaġġornaw il-politiki tal- partit. Dan hu importanti mhux biss għall-Partit Nazzjonalista imma wkoll għall-pajjiż biex inti jkollok minn fejn tagħżel anke fit- triq 'il quddiem tal-pajjiż f 'diversi oqsma. Ftuħ għal kulħadd Il-Kap tal-Oppożizzjoni afdali t-tmexxija u l-kordinament ta' dawn il-policy fora u ħaseb b'mod ċar u preċiż biex dawn ikunu miftuħin għal kulħadd, hu min hu, hu ta' liema fehma politika hu, biex kulħadd ikun jista' jieħu sehem fit- tfassil tal-politika ta' partit politiku ewlieni. Din l-inizjattiva li nistiednu membri tal-pubbliku sabiex jaqsmu magħna l-esperjenzi u l-proposti tagħhom qed twassal għall-ġenerazzjoni ta' ideat, proposti u soluzzjonijiet. L-isbaħ ħaġa hi li dawn qed jiġu ġenerati min-nies stess, nies bħalek, li jkunu ffaċċjaw jew qed jiffaċċjaw sfidi fil-ħajja tagħhom. Inti min inti, għandek tħossok komdu tipparteċipa fil-policy fora M'hemmx għalfejn tkun membru tal-Partit Nazzjonalista biex tipparteċipa bl-ideat tiegħek. Jekk għandek proposta jew inti ffaċċjat b'sitwazzjoni li taħseb li l-politiċi għandhom jindirizzaw jew qed tara kwistjoni li tixtieq tfittex is-soluzzjoni għaliha, allura għandek tħossok komdu tipparteċipa fil-policy fora. L-għan aħħari tal-policy fora huwa li flimkien infittxu soluzzjonijiet sabiex intaffu l-piż li ċerti setturi qed ibatu. Huwa wkoll meħtieġ li bħala partit politiku nagħrfu kif miżuri amministrattivi u leġiżlattivi, flok iħaffulek il-piż u jiffaċilitawlek l-aċċess għall-opportunitajiet, jispiċċaw ixekkluk aktar. Għalhekk, biex tipparteċipa fil-policy fora ħaġa waħda biss għandek bżonn: li tkun tassew tgħożż is-soċjetà Maltija. Tipparteċipa għaliex flimkien ma' oħrajn trid tkun parti mill-ġejjieni li tridu jkun aħjar. Nisimgħu aktar milli nitkellmu Illum spiċċat il-paċenzja li toqgħod tisma' l-prietki, aktar u aktar meta l-predikatur huwa persuna fil-politika. Illum il-politika hija tan- nies u jagħmluha n-nies. Dan huwa l-akbar akkwist li għamlet is-soċjetà Maltija fl- iżvilupp tagħha matul is-snin. Illum il-politiku huwa int ukoll, għax tista' tikkontribwixxi int ukoll fit-tfassil tal-politika. Int kapaċi tagħraf l-isfidi, l-ostakli u l-kawżi tagħhom u kapaċi wkoll li, flimkien ma' oħrajn f 'diskussjoni, tasal għas-soluzzjonijiet. Għalhekk il-policy fora jfittxu li joħolqulek opportunità li biha int tista' twassal il- messaġġ tiegħek biex tgħix aħjar. Workshops fuq sena biex nolqtu l-oqsma kollha Dan l-aħħar, bil-policy fora varajna programm ta' laqgħat ta' diskussjoni fuq sena sħiħa. Għażilna li minn issa nagħtuk l-opportunità tara l-pjan ta' attivitajiet tal-policy fora għal din is-sena sabiex tagħżel int fejn u kif tipparteċipa. Huwa programm varjat. Se niddiskutu setturi differenti. Matul din is-sena se niffukaw fuq it-tiġdid soċjali, l-ekonomija, il-ġustizzja, is- saħħa, l-ambjent, il-kultura u l-kreattività, l-edukazzjoni, Għawdex, u ż-żgħażagħ. Persuni fil-faqar, qiegħda u pensjonanti Fl-ewwel workshop li għamilna fi Frar, numru sabiħ ta' nies ġew id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista u qasmu magħna l-ideat tagħhom dwar il-faqar, il- persuni li huma qiegħda u l-pensjonanti. Ipparteċipaw nies ta' kull età li ġejjin minn ħafna setturi differenti. Id-diversità fl-esperjenzi tagħhom kienet iċ-ċavetta tas-suċċess ta' dan l-ewwel workshop li kellna. Ma nistax ninsa s-sinċerità li esprimiet pensjonanta meta spjegatilna d-diffikultajiet li jgħaddu minnhom l-anzjani. Ġegħlitna naħsbu ħafna fuq kif nistgħu ngħinu lill- pensjonanti jżommu livell ta' għixien dinjituż. Kienet ukoll tagħlima tajba għal kulħadd meta żagħżugħ qasam magħna kif wasal sabiex ikollu n-negozju tiegħu, jimpjega n-nies u jkompli l-istudji tiegħu. Però, fid-determinazzjoni tiegħu ffaċċja wkoll il-povertà. Il-bżonn li noħolqu impjiegi mħallsin tajjeb It-tieni workshop, imbagħad, kien esperjenza oħra differenti għaliex ħafna mill-parteċipanti kienu jirrappreżentaw gruppi ta' ħaddiema u anke sidien ta' negozji. Kienet diskussjoni prattika, franka u mingħajr kantunieri. Iddiskutejna r-rispett li jippretendi l-ħaddiem u l-ħtieġa li l-ħaddiem u s-sid tan- negozju nagħrfuhom bħala żewġ uċuħ tal-istess munita. Dan il-policy forum irrikonoxxa li dak li jridu l-ħaddiema huwa rispett u li nfittxu niżviluppaw ekonomija ta' valur li toħloq impjiegi mħallsin tajjeb. Inkomplu nibnu l-komunità kreattiva Nhar il-Ġimgħa li ġej, 13 ta' Marzu, imiss it-tielet laqgħa, din id-darba tal-policy forum dwar il-kultura. Se niddiskutu l-kultura u l-arti, l-ekonomija kreattiva u l-media. Jiena nemmen li l-ekonomija kreattiva Ewropea għandha potenzjal qawwi u rrid li l-Maltin ikollhom l-opportunità jipparteċipaw f 'dan il-potenzjal. Nixtiequ ngawdu mis- sehem tiegħek ukoll Nixtieq li nwassallek dan il-messaġġ: irridu politika mfassla mill-ħafna, mhux kontrollata mill-ftit. Biex tieħu sehem fit-tfassil tal-politika tal-Partit Nazzjonalista tista' tidħol fis-sit pn.org.mt/policyfora għal aktar informazzjoni, tibgħat email fuq policyfora@ pn.org.mt inkella ċċempel fuq 25965265. Il-kontribut tiegħek biex infasslu politiki tajbin hu importanti u nixtiquh. Chairperson tal-policy fora tal-Partit Nazzjonalista Kif Naħsibha THERESE COMODINI CACHIA Politika mfassla mill-ħafna; imfassla minnek ukoll jaqblux dwar id-dħul tal- Pensjoni tat-Tieni Pilastru fis-sistema ta' pajjiżna . Il-kelliema l-oħra ffokkaw dwar il-fatt li Pensjoni tal-Istat mhux ser tibqa' sostenibbli u adekwata fil-futur. Ghaldaqstant hemm bżonn li żgħażagħ ikunu edukati f 'dan il- qasam sabiex jibdew ifaddlu kmieni minn meta jibdew jaħdmu billi jippartecipaw f 'pensjoni supplimentari. B'dan ikunu ċerti li meta jirtiraw, ikunu jistgħu jgħixu ħajja ta' kwalità. Hija verità li minħabba li r-rata tat-twelid naqset sew, din ser ikollha effett fuq is-sostenabblità tal- pensjonijiet. Iżda ma nistgħux nieqfu hawn. Wasal iż-żmien li mill- proposti ngħaddu għall-fatti konkretti; mingħajr biża' jew favuri. L-ewwelnett għandna npoġġu kollox fil-perspettiva tiegħu. Irid isir dak kollu possibbli biex nassiguraw li l-Pensjoni tal-Istat tibqa' sostenibbli u adekwata għal ġid ta' kulħadd. Biex dan ikun possibbli hemm bżonn, fost ħwejjeġ oħra, li nikkunsidraw xi il-miżuri. Fosthom hemm li mmorru lura għall-1974 u nintroduċu mill-ġdid s-sistema ta' Ring Fencing; inżidu r-rata tal-bolla fuq perjodu ta' ħames snin. Hemm bżonn li jsir infurzar aktar rigoruż, l-ewwel biex titħallas il-bolla minn min inkun qed jaħdem; u t-tieni biex l-benefiċċji jingħataw lil min jistħoqqlu. Jista' jkun pass għaqli kieku l-infurzar tal-ligi jsir minn uffiċjali stazzjonati f 'uffiċċji distrettwali. Bosta mill- abbuzi isiru fit-toroq tagħna u jistgħu jkunu indirizzati Ma' dawn il-miżuri, l-amministrazzjoni trid tibqa' taħdem biex iżżid l-impiegi. Il-partiċipazzjoni tan-nisa, tal-pensjonanti u l-immigranti fid-dinja tax-xogħol huwa għodda importanti biex jiżdied id- dħul. Wara dan kollu hemm bżonn nirriflettu dwar il- membri tas-soċjetà tagħna. Irridu nkunu nafu kif persuna tista' tgħid li hija fqira, u mill-banda l-oħra x'għandu jkollu bniedem biex tgħid li hu sinjur. Malta sejra tajjeb fil-qasam tal-impjegi u fl-ekonomija fuq livell ġenerali – mela l-ġid qiegħed jinħoloq. Dan il-ġid, iżda, qed jitqassam sew u fuq kulħadd? Jidher bil-provi li dan mhux il-każ. Ħafna mill-ġid qed imur għand parti waħda mis- soċjetà - bil-konsegwenza li l-fqar qegħdin jiżdiedu, u qed jiftaqru aktar. Bl- istess mod, s-sinjur dejjem qed jistagħna aktar. F'isem is-solidarjetà u l-ġustizzja soċjali, din il-prattika trid tieqaf immedjatament għall- ġid ta' kulħadd. Qabel ma nispiċċa ma nistax ma nitkellimx dwar nuqqas li spikka ħafna waqt il-konferenza. Huwa ta' dispjaċir u diżappunt għall-Alleanza tal-Għaqdiet tal-Pensjonati li għal darb'oħra, il-mistednin li tkellmu, ftit li xejn indirizzaw il-problemi li qed jiffaċċjaw il-pensjonati kurrenti. Dan kien nuqqas serju meta tiftakar li aħna nirrappreżentaw 'il fuq minn 85,000 ruħ. Nisperaw li f 'aħħar jasal iż-żmien fejn jingħatalna iċ-ċans li nsemmgħu leħinna - għax hekk titlob il-ġustizzja. Fuq nota pożittiva, l-Alleanza tilqa' b'ferħ il-kummenti li għamel dan l-aħħar l-Onor. Prim Ministru fejn stqarr li ser jibda jindirrizza il-problema tal-pensjonijiet f 'pajjiżna. Aħna lesti li nagħmlu l-parti tagħna kemm-il darba niġu mitluba biex nipparteċipaw.