Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/475087
28 illum Il-Ħadd 08 ta' Marzu 2015 SPORTSillum ANDREW Grech - bla dubju fost l-aqwa atleti li produċiet l-atletika lokali f 'dawn l-aħħar snin u li nhar il-Ħadd 22 ta' Frar, spiċċa bħala l-ewwel atleta Malti fil-Maratona ta' Malta. Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-istess atleta fejn tana dawn il- kummenti: "Wara li fl-2012, 2013 u 2014 spiċċajt fit- tieni post fil-Malta Full Marathon kien imperattiv li nqassamha tajjeb u nkisser dan it-tabù billi nidħol l-ewwel Malti. Kelli preparazzjoni tajba ħafna dan l-istaġun fejn irbaħt it-tlielaq kollha li ħadt sehem fihom. Kelli training camp ġewwa Papendal fl-Olanda f 'Novembru li għadda fejn bl-għajnuna tal-kowċ tiegħi Has Kesra kellna aċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali tal- Isports u għamilna testijiet siewja fejn ħarġu riżultati tajbin ħafna rigward kemm nista' ntejjeb iktar fil- ħinijiet tiegħi. Fil-bidu ta' Frar bl- għajnuna tal-Kumitat Malti għall-Olimpjadi, kelli training camp ieħor flimkien ma' grupp ta' atleti oħra tal-middle u long distance ġewwa Font Romeu fi Franza li jinsab kważi 2,000 metru 'l fuq mill-art. Hemmhekk stajna nitħarrġu darbtejn kuljum kemm fuq it-trakka, fuq il-muntanji kif ukoll ġewwa l-istess kumpless sportiv, dejjem skond il-programm tal- ġurnata. It-temp nhar il-Ħadd 22 ta' Frar ma tantx kien tajjeb biex wieħed jirreġistra ħin tajjeb. Għaldaqstant flimkien mal-kowċ tiegħi ddeċidejna li mmorru għal tattika iktar kawtela u nżid il-pass lejn l-aħħar tat- tellieqa. Tista' tgħid li għamilt il-maġġoranza tal-ħin ma' Jonathan Balzan u kien fis-37km li ddeċidejt li nagħmel l-attakk deċisiv, li bqajt bih sal-aħħar tal- maratona. Kienet rebħa emozzjonanti ħafna minħabba diversi fatturi, fosthom li s-sena l-oħra kont f 'pożizzjoni ferm tajba kemm biex nidħol l-ewwel Malti kif ukoll b'ċans tajjeb li nikser ir-rekord nazzjonali, iżda spiċċajt diżidratat u l-ħolma tiegħi ntemmet ħesrem. L-istaġun li għadda xorta waħda kien tajjeb ħafna fejn ksirt ir- rekords personali f 'kull distanza li għamilt li huma t-3,000mtrs, 5,000mtrs u 10,000mtrs kif ukoll spiċċajt biex ksirt ir-rekord nazzjonali tan-nofs maratona ġewwa Copenhagen fid- Danimarka fil-World Half Marathon Championships f 'ħin ta' siegħa u 10'10" u kkwalifikajt għall-European Team Championships ġewwa Tbilisi f 'Georgia. Fir-Road Running League organizzat mill-MAAA ġejt l-ewwel Malti u t-tieni overall. Din is-sena l-affarijiet komplew fuq l-istess nota fejn tejjibt il-ħin tiegħi fid-distanza tal-10,000 metru u qiegħed fl-ewwel post fir-Road Running League. L-għanijiet għal dan l-istaġun huma dawk li nirbaħ l-aħħar tellieqa tal-kampjonat biex inkun irbaħtu għall-ewwel darba kif ukoll li nikkwalifika għal-Loghob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ġewwa l-Iżlanda u l-European Team Championships ġewwa l-Azerbaijan, fejn iż- żewġ avvenimenti se jsiru f 'Ġunju li ġej. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-familja tiegħi u lill-klabb Mellieha AC kif ukoll lill-kowċ Has Kesra tal-għajnuna li dejjem sibt, lill-MOC, MAAA u lill-KMS u Iill-isponsors tiegħi Nanox Nutriceuticals, Nyoo, Medcomms Ltd, Eurosport ta' Birkirkara, Kristal Water, u lill-Malta Challenge Marathon tal- appoġġ tagħhom," temm jgħid Andrew Grech. L-atleta Andrew Grech fl-azzjoni waqt il-Vodafone Malta Full Marathon "Ridt inkisser it-tabù tat-tieni post u nidħol bħala l-ewwel Malti" – Andrew Grech Aston Villa jiksbu t-tieni rebħa f 'ġimgħa u jagħmluha għas-seminali tal-FA Cup META lbieraħ intlagħbu żewġ logħbiet mis-sitt rawnd tal-FA Cup, Aston Villa kisbu t-tieni rebħa f 'temp ta' ġimgħa meta ġewwa darhom f 'Villa Park għelbu l-isfida ta' West Bromwich Albion bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Fabian Delph u Scott Sinclair fil-51 u fil-85 minuta rispettivament. Tajjeb ngħidu li WBA spiċċaw il-logħba b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Claudio Yacob wara li rċieva żewġ karti sofor f 'temp ta' biss erba' minuti. Fil-logħba l-oħra, Bradford City u Reading temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' mingħajr gowls, biex issa jkollna replay tal-istess konfront ftit tal-jiem oħra. Intant, fl-unika logħba valida mill-Kampjonat Barclays Premier li ntlagħbet fl-Ingilterra lbieraħ, Tottenham Hotspurs barra minn darhom kisbu rebħa tajba ta' 2-1 kontra Queens Park Rangers biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn doppjetta tas-soltu, Harry Kane. Min-naħa l-oħra l-gowl waħdieni għal QPR wasal minn Sandro fis-76 minuta. Mill-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Sampdoria ġewwa darhom fil-Marassi kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Cagliari bl-iskor ta' 2-0. Iż-żewġ gowls għalihom waslu minn Lorenzo Silvsetri u Samuel Eto'o biex b'hekk skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk tal-Blucerchiati. Cagliari temmew il-konfront tagħhom b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Danilo Fernando Avelar fit-82 minuta, wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Fabian Delph jiskorja l-ewwel gowl mit-tnejn ta' Aston Villa fil-51 minuta