Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/475087
4 illum | Il-Ħadd 08 ta' Marzu 2015 SHout b'filmat biex ifakkru r-realtà tal-kaċċa fir-rebbiegħa ILFILMAT xukkanti ta' 30 sekonda juri filmati reali tal-kaċċaturi jokkupaw b'arroganza l-kampanja, jisparaw fuq għasafar rari u protetti, u jattakkaw b'mod vjolenti u jabbużaw persuni innoċenti. Kelliem għall-kampanja, Mark Sultana qal, "Il-kaċċaturi qed jinħbew wara maskra bil- kampanja tal-'iva', imma dan il-filmat jikxef dik il-maskra. Juri l-impatt reali u xokkanti tal-kaċċa fir-rebbiegħa fil- kampanja, fuq l-għasafar u b'mod speċjali fuq kull min jazzarda jgawdi l-kampanja matul ir-rebbiegħa. Aħna ma nsejniex dawn l-inċidenti, u hu importanti li l-pubbliku ma jinsix dan meta jivvota fil-11 t'April. SHout żvelaw ukoll l-ewwel poster tal-kampanja li juri l-atti ta' vandaliżmu u l-qtil li jseħħ matul l-istaġuni tal-kaċċa fir-rebbiegħa. Mark Sultana qal "Il-poster tal-kampanja serva bħala tfakkira għalina lkoll tal-intolleranza, vandaliżmu u l-qtil li hu assoċjat mal-kaċċa fir-rebbiegħa u għala l-vot tal- 'le' huwa daqshekk importanti fir-referendum." Il-kampanja wkoll ġabret rapport tal-iktar eżempji estremi ta' vjolenza, vandaliżmu u qtil ta' għasafar protetti matul l-aħħar għaxar snin. Ir-rapport juri erbatax-il inċident ta' vjolenza sinjifikanti fuq in-nies, sittax-il inċident ta' vandaliżmu fuq is-siġar, riżervi naturali jew propjetà kif ukoll disa' inċidenti serji ta' theddid u abbużi kontra membri tal-pubbliku u voluntiera. Mark Sultana qal, "Din il-wirja ta' attitudni vjolenti, vandaliżmu u theddid hi tassew xokkanti u sservi biex tfakkar x'ċertu sezzjonijiet tal-komunità tal-kaċċaturi huma kapaċi jagħmlu. Filwaqt li r-rapport għandu l-aktar eżempji estremi, ma nistgħux ninsew li membri tal-pubbliku ġenerali ta' spiss huma suġġetti għal abbuż verbali u intimidazzjoni waqt l-istaġun tal-kaċċa fir- rebbiegħa." Il-filmat juri l-impatt ikrah tal-kaċċa fir-rebbiegħa fuq l-għasafar, waqt li juri li wħud mill-iktar inċidenti xokkanti tal-qtil illegali fis-snin riċenti. Kelliema tal-kampanja Moira Delia qalet, "Ma ninsewx il-kuċċard rari li sfaw fil-mira matul il-lejl waqt li kienu qed jistrieħu, użaw it-torċijiet biex ikunu jistgħu jisparaw fuqhom. Ma nistgħux ninsew il-fjammingi, iċ-ċikonji u l-kaċċatur bil-balaklava li nqabad jispara fuq l-għasafar fis-santwarju tal-għasafar Foresta 2000. Dawn l-inċidenti huma biss il-ftit li jidher minn barra u juri li għandna nivvutaw 'le' biex b'hekk l-għasafar ikunu jistgħu jtiru fuq Malta bla periklu fi triqithom lejn l-Ewropa biex ibidu l-bajda u jiżdiedu fin- numru." Jitwaqqaf tribunal għal Sanzjonijiet Kummerċjali TWAQQAF tribunal għal Sanzjonijiet Kummerċjali fejn kumpaniji li jkomplu jippersistu fl-użu ta' prattiki tal-prekarjat se jkunu blacklisted. Ħabbar dan il-Prim Ministru Joseph Muscat li qal minn issa 'l quddiem kumpanija tista' mhux biss titlef il-kuntratt li jkollha mal- Gvern iżda ma tkunx tista' tieħu sehem f 'kuntratti oħra ta' servizz mal-Gvern għal perjodu stabbilit. Muscat qal li min jinqabad jippersisti fil-prekarjat se jkun blacklisted minn sitt xhur sa sentejn u b'hekk jitlef il- kuntratt li jkollu mal-Gvern u ma jkunx jista' jipparteċipa f 'kuntratti oħra. B'dan il- mod il-Gvern qed jibgħat sinjal b'saħħtu immens biex jiġġieled il-prekarjat. Il-Prim Ministru qal li fl-aħħar sentejn il-Gvern daħħal diversi miżuri biex jiġġieled il-prekarjat minn minoranza żgħira ħafna li qed tippersisti b'din il-prattika. "Il-Gvern qed joħroġ aktar flus biex dawk li jaħdmu fl-oqsma tas-sigurtà, it-tindif u l-oqsma kollha klerikali permezz ta' kuntratti pubbliċi jingħataw livell ta' għajxien ġust. Fil-qasam tas- saħħa biss, il-Gvern se joħroġ mal-ħames miljun ewro fis-sena aktar biex isewwi l-anomaliji fil-pagi." Muscat temm jgħid li fl-għoti tal-kuntratti l-isfida tal-Gvern se tkun li jidħol il-kriterju tal-kwalità u mhux jibqa' biss dak tal-orħos prezz. Tkellem ukoll il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna li qal li l-Gvern aġġixxa sentejn qabel id-dħul ta' Direttiva Kommunitarja f 'dan il-qasam u se jwaqqaf Tribunal għal Sanzjonijiet Kummerċjali. Qal ukoll li l-Gvern qed iwettaq ukoll parti mill-Programm Elettorali. Minn naħa tagħha l-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal- Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli qalet li l-Gvern mill-bidu nett beda jindirizza l-prekarjat b'regolamenti biex jikkontrollaw din il-problema. Hi semmiet li fid-Dipartiment tax-Xogħol żiedu l-ispetturi u żdiedu l-ispezzjonijiet. Mark Sultana u Moira Delia, tnejn mill-kelliema fil-kampanja SHout