Illum previous editions

illum 8 march 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/475087

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 illum | Il-Ħadd 08 ta' Marzu 2015 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 3 73 49 75 72 47 6 45 COLLIS Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Valletta VIVIEN Pharmacy, Triq Patri Magri, Marsa LANTERN Pharmacy, Misraħ il-Keb- bies, Santa Venera ST. Helen Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara REMEDIES Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigord, Ta' Xbiex J.V.'S Pharmacy, Wied is-Swieqi, Swieqi THE Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Sliema IKLIN Pharmacy, Triq Geronimo Abos, Iklin ST. Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, Mosta EL Medina Chemist, Triq il-Fliegu, Qawra FLEMING Pharmacy, 61, Triq Ħaż- Żabbar, Paola VICTORY Pharmacy, 32, Triq il-Vi- torja, Isla CILIA'S Pharmacy, 303, Triq Haż- Żabbar, Fgura BRITANNIA Pharmacy, 5, Triq l-Baj- ja s-Sabiħa, Birżebbuġa KIRKOP Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Kirkop MENELO Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Siġġiewi BAĦRIJA Pharmacy, Triq Raddet ir- Roti C/W Triq l-Iskola, Baħrija AZZOPARDI Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Victoria ST. John's Pharmacy, 85, Triq l-In- dipendenza, Xewkija L-OGĦLA: 13˚Ċ L-INQAS: 8˚ Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab b'xi ħalbiet tax-xita iżolati li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita RIĦ: Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir l-aktar mill-GrigalI BAHAR: Moderat li jsir ħafif għal moderat TEMPERATURA TALBAĦAR: 15 °C L-OGĦLA: 13˚Ċ L-INQAS: 7 Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab b'xi ħalbiet tax- xita iżolati li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita iżolati VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita RIĦ: Grieg it-Tramuntana forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir mill- Grigal forza 4 BAĦAR: Ħafif għal moderat li jsir moderat IMBATT: Ftit li xejn Chris Said dwar l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali . . . Id-dejn tal-Gvern naqas b'€178 miljun FITTLIET xhur li għaddew, minn tmiem Ottubru sa tmiem Jannar, id-dejn tal- Gvern Ċentrali naqas b'€178 miljun. Dan ħareġ minn stqarrija tal-Gvern li tgħid ukoll li l-istatistika tirrifletti l-fatt li f 'Novembru l-Gvern kien €94 miljun minn fuq fil-kontijiet tiegħu, filwaqt li f 'Jannar kien hemm bilanċ favur il-Gvern ta' €12-il miljun. Il-Gvern qal li t-tnaqqis fil-livell tad-dejn qed iseħħ minkejja li, skont l-Oppożizzjoni, bħalissa l-Gvern qed jonfoq b'mod esaġerat u li d-dejn qed jisplodi. Ir-realtà hija li, minn Marzu 2013 'l hawn, id-dejn tal-Gvern Ċentrali kien ikkontrollat meta mqabbel maż-żieda qawwija waqt il-kampanja elettorali fi tmiem l-aħħar amministrazzjoni. Il-Gvern temm jgħid li dan it-tnaqqis fid-dejn mhux qed isir b'miżuri ta' awsterità, imma jirrifletti politika favur tkabbir ekonomiku li jżid id-dħul tal-Gvern, filwaqt li jnaqqas id-dipendenzi fuq l-ispiża pubblika. Fix-xhur li ġejjin, il- Gvern ser ikompli jħaddan din il-politika pożittiva li permezz tagħha qed inaqqas id-defiċit u jkompli jkabbar il-ġid. F'Għawdex ninsabu ras imb ras Ikompli minn paġna 1 "Ma niskanta xejn jekk lokalitajiet li kienu tal-PN jispiċċaw mmexxija mill-PL u viċi-versa." Hekk qal Chris Said meta kkummenta dwar il-gżira Għawdxija li żied jgħid li f 'Għawdex m'hemmx partit favorit u li ż-żewġ naħat jinsabu ras imb ras. Mistoqsi jekk kienx qed jirreferi għal-lokalità tax- Xagħra, li tista' tintrebaħ min- Nazzjonalisti u Żebbuġ li jista' jintrebaħ mil-Labour, Said qal li ma jiskanta xejn x'jista' jiġri għax kollox hu miftuħ beraħ. "Ix-xenarju f 'Għawdex inbidel għal kollox." Fl-elezzjonijiet tal-11 t'April, f 'Għawdex se jkun hemm elezzjoni għal tmien lokalitajiet, liema lokalitajiet igawdu sostenn Nazzjonalista hekk kif sitt lokalitajiet minn tmienja sal-lum għandhom sindki Nazzjonalisti. Fiż-Żebbuġ se jerġa' jikkontesta l-istess Sindku li hu Nicky Saliba, filwaqt li f 'Kerċem se jerġa' jikkontesta s-Sindku attwali Mario Azzopardi. Il-lokalitajiet tal-Munxar, San Lawrenz, Għajnsielem u Nadur se jkollhom Sindki ġodda wara li s-sindki li kellhom iddeċidew jew intalbu biex ma jikkontestawx. Fatt interessanti hu li s-Sindku tan-Nadur kien ħu l-istess Segretarju Ġenerali, Charles Said li ddeċieda li ma jikkontestax u minfloku qed jikkontesta ħuhom iż- żgħir Edward Said. Edward mistenni jkun it-tielet sindku Nazzjonalista mill-familja Said wara Chris u Charles. Intant mistoqsi dwar l-għażla tal-kandidati, Chris Said qal li la hu u lanqas il-Kap Simon Busuttil ma jagħżlu l-kandidati. Mitlub jikkummenta dwar l-aħħar stejjer li ħarġu fil- mezzi tax-xandir dwar eks sindki u eks kunsilliera li jew qalbu l-kamp politiku tagħhom, inkella ma tħallewx jikkontestaw u l-fatt li kien hemm minnhom li ppuntaw subgħajhom lejh, Said qal li kieku kienu qed jirreferu għall-elezzjonijiet ta' 3 snin ilu seta' kellhom raġun, iżda din id-darba żgur li mhux il-każ. "Fil-preżent ħloqna sistema kif jintagħżlu l-kandidati ġodda. Huma d-deputati u l-kumitati sezzjonali li ssuġġerewlna kandidati u dawn ġew intervistati mill-Kummissjoni Għażla Kandidati mmexxija mill- eks Kummissarju Ewropew Joe Borg. Min-naħa tal- Kummissjoni l-ismijiet magħżula jgħaddu mill- Amministrattiv u mill- Eżekuttiv tal-partit. Dan ifisser li la jien u lanqas il-Kap ma nagħżlu l-kandidati." Chris Said temm jgħid li l-Partit Nazzjonalista fil-fatt irnexxielu jsibu 185 kandidat minn 900 li huma kellmu. "Dan ifisser li aħna għandna 7 kandidati aktar mill-Partit Laburista li jinsabu fil-Gvern. Aħna diġà rbaħna żewġ lokalitajiet, Ħal Balzan bil-Partit Laburista jsibu biss kandidat wieħed biex jikkontesta, u San Lawrenz f 'Għawdex fejn il- Partit Laburista ħareġ biss żewġ kandidati biex jikkontestaw." "Ma niskanta xejn x'jista' jiġri għax kollox hu miftuħ beraħ" - Chris Said

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 march 2015