Illum previous editions

illum 8 march 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/475087

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 illum | Il-Ħadd 08 ta' Marzu 2015 M a nistax ma nistaqsihiex kif jirnexxielha tleħħaq ma' kollox, forsi għandha xi sigriet għal dawk minna li jistgħu biss joħolmu li jleħħqu ma' tant affarijiet f 'daqqa. Tgħidli li jekk tista' ssejjaħħlu hekk, is-sigriet tagħha huwa li tqassam tajjeb il-ħin tagħha. "Il-ħin tal-familja tiegħi huwa importanti – ikun hemm ħin fejn fih nieqaf mix-xogħol." Tispjegali wkoll li xogħolha mhux biss dak li jidher fuq it-televiżjoni, u li b'hekk diffiċli tgħid x'inhu xogħol u le għaliha. "Nirċievi ħafna emails u messaġġi b'rapporti - għax jibżgħu jirrappurtaw huma stess – u b'hekk nuri wiċċi jien biex nirraporta. Xogħli mal-annimali ma jieqafx ma' Animal Diaries!" Madanakollu, Moira mhux xogħol biss – anzi hemm mument li fih tieqaf sabiex ikollha ċans tiddeverti. Tgħidli li sa ċertu punt trid tkun realistika wkoll "Naf li ma nistax insalva l-annimali kollha tad-dinja, allura nagħmel dak kollu li nista', imbagħad naraw!" Meta nistaqsiha x'inhi l-akbar problema li n-nisa jaffaċċjaw in- nisa fis-soċjetà llum il-ġurnata, tgħidli li hija propju li jridu jleħħqu ma' kollox. "L-akbar ġlieda għalihom hija li tkun omm u fl- istess ħin, speċjalment meta jkollok karriera. Trid tibqa' għaddejja bil- massimu tiegħek fiż–żewġ dinjiet. Naf min għandu tlieta, jew anke erbat itfal li ma tkun faċli xejn għalihom." Moira tkompli tispjegali kif il-mara llum il-ġurnata, l-akbar ġlieda tagħha m'għadiex l-ugwalità – għaliex illum il-ġurnata il-mara taf tkun mexxejja tajba u b'saħħitha wkoll. Imma Moira min hi fil-ħajja ta' kuljum? Hija differenti minn dak li naraw fuq it-televiżjoni u fil- pubbliku? "Forsi xi ħaġa li mhux wisq nies jafu hija li jien inħobb ħafna d-dar. Mhux sempliċiment inħobb noqgħod id-dar, imma nħobb li jkolli dar li tilqagħni. L-ambjent ta' ġewwa huwa importanti ħafna għaliex wara ġurnata xogħol jien inkun irrid immur f 'dak l-ambjent li jilqagħni." Tgħidli kif wara ġurnata barra tleħhaq mal-impenji tagħha kollha, "inkun qed nistenna l-ħin li mmur lura d-dar". Ma jistax jonqos li ssemmi lill-familja tagħha, u kemm tħobb tqatta' ħin magħhom. Bi tbissima żżid li ovvjament għaliha, familja tinkludi wkoll l-annimali – li tant għandha għall-qalbha. Iżżid "forsi Moira wara l-kwinti li ħadd ma jaf hija Moira li tħobb tiekol, tħobb il-familja u l-għaqda." Impossibbli titkellem ma' Moira Delia mingħajr ma ssemmi l-annimali; u bħalissa impossibbli titkellem ma' Moira Delia mingħajr ma ssemmi l-kampanja SHout; fejn fiha qed narawha tiġġieled fuq quddiemnett kontra l-Kaċċa fir-Rebbiegħa. Tispjegali għaliex għandha dan is-suġġett tant għall-qalbha. "Dak li qed nirrepeti jien hija xi ħaġa ta' sens komun għall-kulħadd. Għasfur m'għandekx toqtlu qabel ibejjet – għax il-ġenerazzjoni ta' warajha qed teqridha awtomatikament. Imbagħad hemm jibda' l-garr u l-problema ta' nuqqas ta' għasafar. Dan mhux għalija qed nagħmilha, jew għall-individwi. Qed nagħmilha għall-Maltin u Għawdxin kollha – inkluż il- kaċċaturi". Hawn tfehemni kif din hija kampanja kontra l-Kaċċa tar-Rebbiegħa u mhux kontra l-kaċċa kompletament. "Jien li qed ngħid huwa li lil dak l-għasfur fir- Rebbiegħa m'għandekx toqtlu. Tih ċans jirripproduċi!" Iżda mossa bħal din ma setgħetx ma ġġibx riperkussjonijiet magħha. Minkejja kollox, Moira tgħidli "kont inkun l-akbar ipokrita li kieku f 'dan il-mument importanti ħafna għall-futur tagħna kont noqgħod komda d-dar għall-kwiet. Kont inkun ħafna aktar komda milli jien issa!" Ir-riperkussjonijiet Moira Delia qed taffaċċjahom f 'serjè ta' attakki. "Kull persuna għandha dritt għall-opinjonijiet differenti għaliex aħna lkoll nies differenti. Kuljum jien nirċevi messaġġ jew ta' tgħajjir, jew ta' xi ħadd jipprova jdawwarli l-kliem" Tispjega kif kien hemm ħafna min ħassrilha milli toħroġ daqstant fil-pubbliku kontra l-Kaċċa fir- Rebbiegħa. "Daqskemm beżżgħuni qabel ħriġt! Baqa' tabù li titkellem dwar is-suġġett tal-kaċċa fuq l-għasafar!" Dawn l-attakki huma xi ħaġa li infiltraw fil-ħajja ta' kuljum ta' Moira. Nistaqsiha jekk taħsibx li l-fatt li hi mara hux fattur għaliex qed tisfa' attakkata b'dan il-mod. "Iva! Naħseb ma jistennewhiex li mara qamet fuq saqajha, u li qed tirrispondihom. Anke nkun għaddejja l-Belt – tarahom grupp ta' rġiel lesti li jintimidawk waqt li nkun għadejja waħdi. Din ta' spiss tiġrili. Li kieku kien raġel li għandu l-istess tul u statura tagħhom ma kinux jitkessħu hekk! Fl-2015, u ma naċċettawx l-opinjoni ta' ħaddieħor. Ejja nimxu 'l quddiem!" Il-Kampanja SHout hija waħda biss fost ħafna proġetti li bħalissa għandha Moira. Bħalissa fuq it- televiżjoni Moira Delia tippreżenta Gourmet Today u tipproduċi u tippreżenta l-programm Animal Diaries. "Minħabba li Animal Diaries huwa kollu kemm hu programm tiegħi nista' ngħid li fih ħafna, ħafna aktar xogħol minn dik is-siegħa li tidher fuq it-televiżjoni." Għalkemm fuq it-televiżjoni Moira dejjem tidher pulita, tispjegali kif "mhux l-ewwel darba li nżilt f 'xaft jew skipp biex insalva 'l qtates. Xi ħaġa li forsi n-nies ma jistennewx! Teżisti għajnuna, imma kollox jiddependi minn ma' xiex tiltaqa'! Min iċempillek ma tistax tgħidlu le jekk qed ifittex l-għajnuna." Illum il-ġurnata, Moira tgħidli li aktar milli annimali jiġru fit-toroq, aktar jidher li huma problema xi wħud mis-sidien l-annimali. L-annimali jiġru fit- toroq m'għadniex narawhom wisq - dan riżultat ta' nies bħal Moira li jaħdmu għall-annimali. "Sewwejna, edukajna, ġbarna dawk l-annimali morda. Ħadnihom għand il- veterinarju. Ma rridux ninsew li dawn huma nies li jaħdmu fuq bażi volontarja. Aħna pajjiż ġibnih 'il quddiem. L-annimali jiġru barra b'xi mod, anke minn Facebook, issir taf minhu s-sid! Tista' ankè tara jekk hux ċċipjat jew le. Is-sodisfazzjon li nħoss li ngħid kemm salvajt annimali jew kont parti minn każ li permezz tiegħu salvajt annimal. Għalija sodisfaċenti ħafna." Inħarsu ftit lejn minfejn bdiet il- karriera ta' Moira fuq it-televiżjoni – propjament meta kellha madwar 18-il sena meta bdiet bl-ewwel programm tagħha. Bi tbissima tgħidli li kien John Bundy li taha programm x'tippreżenta għall- ewwel darba, u li tista' tgħid bdielha l-karriera tagħha. "Nibqa' nafulu lil John!" U fil-futur x'hemm imħejji? Hemm xi proġetti ġodda? "Bħalissa jkun żmien delikat ħafna għax joħorġu l-proposti tal-programmi ta' Ottubru. Sakemm ituni l-programm jien nibqa' nxandar l-programm dwar l-annimali. Huwa programm edukattiv li hemm bżonnu. Anke aħna stess qatt ma niefqu nitgħallmu fuq l-annimali. Mingħalina li nafu ħafna imma dejjem hemm xi ħaġa oħra x'titgħallem – qatt ma tista' tieqaf titgħallem. Meta kont żgħira jien, konna naħsbu li l-klieb u l-qtates ma jitgħallmux – kemm tgħallimna minn dak iż-żmien 'il hawn! Dan hu programm li rrid nibqa' sejra bih għax dejjem hemm fejn intejbu u fejn ngħinu iżjed." Moira tkompli turi kemm hi lesta li taqbeż għad-drittijiet tal-annimali kollha "Issa qed niftaħ fuq il-konservazzjoni tal-annimali. Ngħidu aħna, għamilt programm dwar il-konservazzjoni tal-klieb il- baħar hawn Malta. Nitkellem dwar annimali oħra bħat-tajr u dwar il-kampanja wkoll! Nitkellem dwar in-naħal – li forsi ma nafux kemm hu importanti." Iż-żwiemel f 'Malta – suġġett ieħor kontroversjali f 'Malta. Dwar dan Moira tgħidilna li "iż-żwiemel dejjem ħa jibqgħu fuq it-toroq Maltin – ikun hemm ħafna għidut li ħa jitneħħew". Madanakollu, il-benesseri tal- annimali dejjem jibqa' fuq il- Hekk kif illum jiġi ċċelebrat il-Jum Internazzjonali iddedikat għan-nisa, l-ILLUM iltaqgħet ma' waħda mill-aktar personalitajiet nisa magħrufa f'Malta. Attivista tal-annimali, preżentatriċi, produttriċi, omm; Moira Delia hija xempju ta' kif xi ħadd jista' jleħħaq ma' kollox. "Kont inkun l-akbar ipokrita li kieku f 'dan il-mument importanti ħafna għall-futur tagħna kont noqgħod komda d-dar għall-kwiet." Christa Bo a cboffa@mediatoday.com.mt Inżilt f 'xafts u skipps

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 march 2015