Illum previous editions

ILLUM 16 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/739029

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 39

Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016 | illum Intervista 13 qalli Beppe Fenech Adami' infakkru li hu mhux hekk għadu kif qal. Hu qal li kellem lil Beppe u qagħad fuq kliemu, li jfisser li minkejja kull inkjesta li tista' ssir, hu lil Beppe se jemmen. "Hemm differenza kbira. Differenza bejni u bejn min qatt m'għamel inkjesti sura ta' nies, fuq il-każ tal- viżas mediċi, tal-viżas għall-Alġerini u fil-każ tal-permessi ta' ċittadinanza, biex imbagħad jagħmel waħda fuq l-avversarju. Dawn tattiċi faxxisti, anti-demokratiċi u li jagħmlu lil dan il-Gvern wieħed perikoluż." 'Ma nafx, akkuża fuq Muscat dejjem vera, imma fuqek dejjem 'aljenazzjoni', nirrimarkalu'. "Le mhux veru, fil-każ tal-Iswiss Leaks ħadt azzjoni kif taf, fil-konfront tal-eks Ministru Michael Falzon. U kien hemm mumenti oħrajn meta ħadt passi simili, fejn ħassejt li kien hemm bżonn. Iż-żwieġ politiku ma' Marlene Il-Ħadd li għadda kien żvelat fuq is- Sunday Times li hemm ċans kbir li inti tibni koalizzjoni ma' Marlene Farrugia. Jekk inti tirbaħ l-elezzjoni permezz ta' din il-koalizzjoni, x'parti tkun qed tilgħab Farrugia fil-Gvern tiegħek? "Għadu kmieni wisq għal dawn it-tip ta' konklużjonijiet," pront iwieġeb Busuttil. Imma jekk din se tgħinek biex tirbaħ, se jkollok ittiha xi ħaġa? "Jien mhux Joseph Muscat u ma nidħolx fi ftehim pre-elettorali. Jiena sempliċiment ftaħt il-bibien għal kulħadd, għal dawk kollha li jridu jiġġieldu l-korruzzjoni fir-realtà, għal dawk li huma favur il-ġustizzja soċjali għal min irid ħajja aħjar u għal min irid inaddaf il-politika. It-tielet xenarju: Koalizzjoni Tiġi fuqek Marlene Farrugia u tgħidlek li hi taqbel ma' dak li temmen fih int u lesta tidħol f 'koalizzjoni. F'każ ta' rebħa imma, trid li hi tingħata Minsteru. Taċċetta? "Le, ma naċċettax," tkun ir-risposta ċara ta' Busuttil. Franco Debono: Kapitlu magħluq Fuq il-programm Xarabank, ġimagħtejn ilu, Salvu Mallia qal li jekk il-PN jitlob apoloġija lil Franco Debono, jagħmel sew u jirbaħ il-punti politiċi. Taqbel? "Jien dejjem urejt umiltà u ammettejt fejn saru żbalji. Issa ma' Franco Debono jien qatt ma dħalt f 'kontroversja pubblika però, min-naħa tagħna il- kapitlu Franco Debono huwa magħluq." Ir-raba' xenarju: Bini Għoli Infakkru fl-appoġġ li ta biex isir l-appell kontra l-proġett Townsquare, u noħloq ir-raba' xenarju. Fl-2018 int issir PM. Jiena napplika biex nibni torri ta' 40 sular f 'Tas Sliema. Int, tbiddel il-Pjan Lokali biex lili twaqqafni? "Aħna vvutajna kontra l-proġett ta' TownSqaure, mhux għax aħna kontra l-progress jew il-bini, imma hemm mod u mod hux. Li jkollok torri ta' 12-il sular naċċetta, ta' 22 sular naċċetta wkoll. Imma ta' 38 sular? Dak eżaġerazzjoni." Busuttil jisħaq li hu mhux bniedem "tal-eżaġerazzjonijiet" u "tal-estremitajiet" u jfakkar li dan il- proġett, taħt Gvern Nazzjonalista ma ħareġ qatt, għax il-politika tal-Awtorità qatt ma ppermettiet. Allura x'tagħmel jekk issir Prim Ministru? "Aħna nirrevedu l-policy ta' Muscat li qed tagħti spazju għall- estrem, li qed teqred ix-xenarju Malti. Aħna nirrevedu l-Pjan Lokali u allura, iva, kemm jista' jogħla l-bini." Jiġifieri Busuttil qed jitfa' speċi ta' twissija lill-iżviluppaturi biex iżommu r-riedni qabel jippjanaw li jitfgħu applikazzjonijiet għal bini għoli, hux hekk? "Mhux aħna biss, hemm l-appell tal-Awtorità tal- Ambjent u r-Riżorsi wkoll. Nittama li l-iżviluppaturi jisimgħu l-karba ta' ħafna reisdenti. Għada l-baġit ta' Gvern li jagħti 'ħafna lil ftit u ftit lil ħafna' Għada jitħabbar il-Baġit li se jressaq il-Gvern li skont Busuttil "tilef ir-ruħ soċjali għax huwa Gvern li jagħti ħafna lil ftit u ftit lil ħafna." Fil-ftit ħin li kien għad fadal, Busuttil jitkellem dwar ftit mill-miżuri li hu jwettaq kieku jkun Prim Ministru. "Ngħinu lill- pensjonanti joħorġu mill-faqar, inżidu l-pensjoni, nagħtu l-mediċina kollha b'xejn. Għax f 'dawn it-tliet snin il-faqar żdied mhux naqas, kif jgħid il-Gvern. Għax il-Gvern kien iktar moħħu fil-kontijiet il-Panama, milli mill-anzjani li lanqas biss jistgħu jixtru l-mediċina." Tiħdux bis-serjetà lil Glen Bedingfield... Għal mument qasir ħafna, id- diskors idur fuq il-ħatra ta' Caroline Muscat, eks ġurnaista tat-Times, bħala Campaign Manager tal-PN. Ftit qabel l-intervista, Glen Bedingfield, fi blog qal li Muscat qed titħallas €55,000 fis- sena. B'partit bi problemi finanzjarji, possibbli hemm fejn jitħallsu dat-tip ta' pagi? "Hekk qal, veru? U inti taħseb li jien nagħti każ lil Bedingfield," qal b'ton sarkastiku Busuttil. "Nitkellmu fuq is- serjetà, aħna kburin li attirajna t-talent ta' Muscat lejn il-PN." Il-ħames xenarju: 'Jien ċert li se nirbaħ' Elezzjoni 2018. Jekk tirbaħha, ssir Prim Ministru. U jekk titlifha? "M'għandix dubju, anzi iva ċert, li se nirbħu l-elezzjoni ġenerali li jmiss." Infakkru li dik stqarrija riskjuża ħafna. "Ngħidlek kif," ikompli Busuttil. "Għax dak li qed nara jien, qed tarah int, jista jarah kull min qed jaqra din l-intervista. U jiġu wkoll ħafna Laburisti fuqi u jgħiduli li se jivvutaw lili, għax huma Laburisti ta' prinċipju." Nerġa nistaqsih. Imma jekk ma tirbaħx? "Mhix kwistjoni dik. Jien nemmen b'passjoni li se nirbaħ l-elezzjoni li jmiss." U nibda niftakar fil-Laburisti jkantaw 'Ir-rebħa terġa' tkun' u nibda niftakar f 'Gonzi, 'Fid-9 ta' Marzu nivvutaw u fl-10 ta' Marzu niċċelebraw', imma jsir wisq ħin u kull ma jkolli ċans ngħid huwa "nitkellmu wara l-elezzjoni." Simon Busuttil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2016