Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/739029
L -ostakli u l-isfidi huma żewġ karatteristiċi ewlenin li kkaratterizaw il-karriera ta' Souleymane Diamoutene, l-akkwist mill-Mali li Gżira United għamlu matul is-sajf li għadda, u propju matul dan l-istaġun qed jilgħab għall-ewweldarba fil-grawnds Maltin mal-Maroons. L-internazzjonali tal-Mali ta l-ewwel xuttijiet tiegħu ġewwa pajjiżu, izda ta' età żgħira kien ġie esportat lejn l-Italja, hekk kif it-tim ta' Udinese kien ra potenzjal fih, u ħadu miegħu ġewwa Udine sabiex jirfina t-talent tiegħu mal-akkademja ta' dan it-tim. Mat-tim li jilgħab ġewwa d-Dacia Arena, l-eks Friuli, Diamoutene qatt ma ddebutta, biex qabel l-istaġun 2001/2002, huwa ssieħeb mat-tim ta' Lucchese, fis-Serie C. Mat-tim ta' Lucchese, lagħab kważi 30 partita f 'temp ta' sentejn, u dawn il-partiti kienu biżżejjed sabiex jattiraw l-interess tat-tim ta' Perugia, li kien qiegħed jinvesti fi skwadra b'saħħitha sabiex iżżomm postha fis- Serie A kif ukoll biex ikollha ċ-ċans li tgħaddi għall-Ewropa. Taħt il-kowċ Serse Cosmi, Diamoutene, għamel id- debutt tiegħu fis-Serie A, fejn fl-istess tim huwa lagħab flimkien ma' Fabio Grosso, li 'l quddiem spiċċa champion tad-dinja mat-tim nazzjonali Taljan, ma' Giovanni Tedesco li bħalissa huwa l-kowc attwali ta' Floriana FC u anke ma' FabrizioMiccoli, li ftit ilu kien jilgħab ġewwa Malta mat-tim ta' Birkirkara FC. Wara staġun impressjonanti fid- debutt tiegħu, Diamoutene, ingħaqad mat-tim ta' Lecce li kien għadu kif jitla' fis-Serie A taħt it-tmexxija ta' Zdenek Zeman. Ġewwa l-Via Del Mare, Diamoutene, kien plejer rispettat u maħbub ħafna, fejn tista' tgħid kien pijunier tat-tim, flimkien ma' plejers oħrajn ta' stoffa bħal MirkoVucinic, Javier Chevanton, Valeri Bojinov u Guglieglmo Giacomazzi. Ma' Lecce, huwa lagħab kemm fis-Serie A kif ukoll fis-Serie B. Wara l-esperjenza mas-Salentini, Diamoutene, ma tantx sab fortuna bejn AS Roma, fejn anke lagħab fil-UEFA Champions League kontra Arsenal, kemm ġewwa l-Emirates Stadium kif ukoll ġewwa l-Olimpico, Bari, Pescara, Levski Sofia ġewwa l-Bulgarija, Fidelis Andria u Lupa Roma. L-istaġun li għadda qattgħu ma' Pescara, sabiex għen lit-tim ta' Massimo Oddo jikseb il-promozzjoni għas-Serie A. Kif bdejt l-ewwel passi tiegħek fil- futbol? Fl-1999, kont ħadt sehem fit-Tazza tad-Dinja ta' taħt is-17 -il sena mal-Mali, ġewwa New Zealand, u hemmhekk kienu rawni l-Udinese bażikament. Mill-Udinese, tista' tgħid li għamilt progress kbir fil-karriera tiegħek... Hekk hu. Minn ma' Udinese, kont mort mal-Lucchese, biex imbagħad ingħaqadt ma' Perugia, Lecce, Roma, Levski Sofia u timijiet oħra bħal Pescara, u issa qiegħed hawnhekk f 'Malta, mat-tim ta' Gżira United. Ma' Perugia, inti lgħabt ma' Giovanni Tedesco, hux hekk? Iva, infatti ftit ilu ltqajna qabel logħba ta' hbiebrija bejn Gżira United u Floriana, u ħadna gost nitkellmu flimkien fejn ġeddidna bosta memorji tal-passat fiż-żmien li qattajna nilagħbu ma' Perugia. Nista' ngħid li f 'din il-logħba, skurjajt ukoll kontra t-tim tiegħu! Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek ma' Lucchese. Kienet esperjenza tajba, fejn hemmhekk kont għadni żgħir, iżda tista' tgħid li hemmhekk kbirt ħafna u din l-esperjenza ħejjietli t-triq għas- Serie A. U dik ma' Perugia? Hemmhekk kont taħt it-tmexxija tal-kowċ Serse Cosmi, fejn kien huwa li tani d-debutt fis-Serie A u fejn anke bdejt nissejjaħ mat-tim nazzjonali tal-Mali. Din kienet esperjenza oħra li naturalment kompliet tkabbarni dejjem iktar. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek mat-tim nazzjonali tal-Mali. Irrappreżentajt lit-tim nazzjonali tal-Mali fi tliet edizzjonijiet tat-Tazza tal-Afrika, fejn f 'waħda minnhom ġejna fir-raba' post, li huwa rekord għal pajjiżna. Naturalment, l-akbar esperjenza li kellek kienet dik mat-tim ta' Lecce. Tina iktar dettalji. Ovvjament, għaddejt snin sbieħ hemmhekk taħt diversi kowċis fosthom Zdenek Zeman, fejn kelli x-xorti li nkun protagonist fis-Serie A u nkun anke captain tat-tim ta' Lecce, li kien unur għalija. Fost l-esperjenzi li kellek, kont mat- tim ta' Roma wkoll. L-esperjenza tiegħi ma' Roma kienet waħda indimentikabbli, fejn irnexxieli nilgħab fil-UEFA Champions League, li kienet ħolma għalija sa minn meta kont għadni tifel. Tidher persuna reliġjuża u ta' fidi kbira. Kemm hi importanti għalik dil-ħaġa? Ħafna, għaliex nemmen li fil-ħajja kollox isir skont ir-rieda t'Alla. illum | Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016 Cristian Antony Muscat Souleymane Diamoutene - futboler li għamel karriera ta' suċċess fl-isport li tant iħobb, fosthom fis-Serie A fl-Italja ma' timijiet bħal Roma u Lecce, u li għeleb diversi sfidi u ostakli tul il-perkors tiegħu fil-futbol. Matul dan l-istaġun beda avventura ġdida f'pajjiżna ma' Gżira United fil-Kampjonat Premier. Sports 38 Karriera ta' suċċess fil-futbol "Qabel ġejt Malta, saqsejt jekk il-proġett ta' Gżira United huwiex serju u kif rajt b'għajnejja, ma ħsibtiex darbtejn biex niffirma ma' dan it- tim"