Illum previous editions

ILLUM 16 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/739029

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 39

Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016 | illum 3 Aħbarijiet 'Jekk ikollna xitwa bħal tas-sena l-oħra, se jkollna diżastru' Negozjanti ta' ħwienet tal-ħwejjeġ żgħar fil-Ħamrun juru tħassib mal-ILLUM... xitwa oħra sħuna se tfisser 'negozju brodu' minn Veronica Lynn Mizzi GĦALKEMM ix-xahar ta' Ottubru daħal sew, it-temperaturi tista' tgħid li prattikament baqgħu simili għal dawk sajfin. Din mhix xi ħaġa ġdida hekk kif fl-aħħar snin, imma partikolarment fix-xitwa li għaddiet, it-temperaturi baqgħu stabbli, u ma kienx hemm kesħa partikolari, tipika ta' dan l-istaġun. Konsegwentement, dan jirrifletti fuq il- gwardarobba u l-għażla ta' ħwejjeġ tan-nies, għaliex f 'temperaturi ta' 20°C, ftit huma dawk li jiddeċiedu li joħorġu b'xi kowt jew flokkijiet sħan. Għaldaqstant, il-gazzetta ILLUM marret il-Ħamrun u staqsiet diversi ħwienet kif temperaturi bħal dawk tax-xitwa li għaddiet jaffetwawlhom il-bejgħ, u iktar minn hekk, kif se jkun qed jaffetwalhom in-negozju tagħhom jekk it-temp jerġa' jkun sħun. Diżastru jkollna kieku Is-sidien tal-ħwienet kollha li din il-gazzetta tkellmet magħhom kienu diżappuntati bl-andament tan-negozju tas-sena li għaddiet u qalu li jekk jerġa' jkun hemm sitwazzjoni bħal tas-sena li għaddiet, ikollhom 'diżastru' u jmorru 'brodu'. Fil-fatt, is-sid tal-ewwel ħanut li dħalna fih, kien inkwetat rigward is-sitwazzjoni u sostna li din tkun daqqa ta' ħarta fuq in-negozju. "Kieku jkollna l-istess sitwazzjoni, l-istess tip ta' Xitwa, jkollna brodu bħas-sena l-oħra. Nispiċċaw biex ikollna stokk antik, u ma jinbiegħx, jew inkella jkollna nbiegħuh bis-sale u mmorru minn taħt," kompla jsostni s-sid. Minkejja dan, saħaq li wieħed xorta waħda jkollu jġib ċertu ammont ta' ħwejjeġ sħan, "u jkollok iġġibu għax huwa żmienu." Is-sentiment ta' inkwiet kien preżenti fost, prattikament, is-sidien tal- ħwienet kollha li tkellmet magħhom l-ILLUM. Bosta semmew kif pajjiż bħal Malta li dejjem ikollu temperaturi iktar sħan minn pajjiżi oħra, jaffaċċja l-problema li l-ħwejjeġ li jimpurtaw ikunu ferm iktar ħoxnin milli teħtieġ il-klima Maltija, u addattati għall- klimi iktar kesħin. Dan għaliex, kif spjegat tajjeb sid ta' ħanut tal-ħwejjeġ tal-irġiel, "il-fornituri tal- ħwejjeġ tagħna jkollhom temperaturi ħafna iktar baxxi minn tagħna, u allura l-ħwejjeġ li jkollhom ikunu iktar adattati għall-kesħa." Dan l-istess sentiment sostnieħ sid ieħor ta' ħanut tal- ħwejjeġ tan-nisa, fejn qal li, "meta barra jkollhom il-kesħa, jħaxxnu l-materjal, u imbagħad aħna nibqgħu bil-ħwejjeġ ma' wiċċna." Ftit xitwa ftit mezzu temp Minħabba f 'din il-bidla fit-temperatura li pajjiżna qed ikompli jesperjenza, diversi ħwienet stqarrew ma' din il-gazzetta li l-prattiċi tax-xiri tal-ħwejjeġ tagħhom qed jinbidlu, u fil-fatt saru jimpurtaw ammonti iżgħar ta' ħwejjeġ ħoxnin bħal kowtijiet u jimpurtawhom iktar tard fis-sena, ġeneralment mhux iktar kmieni minn Diċembru, dan minħabba li l-klijenti ma jibdewx jaħsbu biex jixtru materjali li jsaħħnu meta t-temperatura tkun għadha daqstant għolja. Ħaġa oħra li ssemmiet diversi drabi mis- sidien kienet li l-ammonti ta' ħwejjeġ li saru jimpurtaw naqas sabiex, "ma jibqgħulniex ħafna ħwejjeġ ma' wiċċna." Isemma wkoll kif qed ikunu selettivi kemm jistgħu fil-materjali ta' ħwejjeġ li qed jimpurtaw, u qed jiffukaw fuq ħwejjeġ b'materjal ħafif li jibqa' jinxtara tul is-sena kollha. Sid partikolari tal-ħwejjeġ tal-irġiel qal li minħabba f 'hekk, l-abitudnijiet tax-xiri tagħhom kellu jinbidel, u dan mhux biss fix-xitwa, imma anke fis-sajf hekk kif spjega li matul is-sajf li għadda, waqt li kienu moda l-qomos b'komma twila, kellhom jerġgħu jordnaw qomos differenti eħfef u bi kmiem iqsar għaliex id-domanda għalihom baqgħet għolja, minkejja l-moda. Finalment, punt importanti li tqajjem minn sid ta' ħanut tal-ħwejjeġ tat-tfal kien li dan it-tibdil kollu huwa ċiklu u li jimpatta l-andament kollu tan-negozju u mhux biss tal-bejgħ ta' dik il-ħabta. "Dażgur li dan kollu jħalli l-impatt tiegħu. Jeffetwana b'mod ħażin għax int tkun ippjanajt li f 'dak l-istaġun se tagħmel tant flus, u imbagħad dan ma jkunx. Imbagħad tispiċċa bl-istokk ma' wiċċek u jkollok tippakjah u tħallih hemm, jew inkella toqgħod bis-sales ix-xitwa kollha," temmet tgħid sid il- ħanut. Bdiet il-ħarifa u għadha sħana... tgħid se nilbsu kowt dis-sena? Iktar minn €3.6 miljun mogħtija fl-aħħar jiem fi grants għall-istudenti FL-AĦĦAR jiem, il- Bord tal-Istipendji beda jiddepożita somma ta' flus ta' darba lill-istudenti li jkunu qed jistudjaw f 'istituzzjonijiet post- sekondarji u terzjarji. Mal-4,000 student tal- MCAST irċieva dawn il-flus nhar il-Ġimgħa li għadda waqt li iktar minn 3,500 student Universitarju se jkunu qed jirċievu din is-somma kmieni matul il-ġimgħa d-dieħla. Dan ifisser li fl-aħħar ġranet, l-investiment fuq dan is- settur qabeż it-€3.6 miljun. F'dawn l-aħħar tliet snin, l-investiment fl-istipendji u dawn ilk-grants żdied b'€5 miljuni. Dan hekk kif l-investiment fl-2013 kien ta' ftit inqas minn €23 miljun, u dan żdied għal iktar minn €28 miljun f 'din l-aħħar sena skolastika. Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Edukazzjoni spjega li din il-qabża fl-ammonti investiti fl-Edukazzjoni ġiet minħabba diversi raġunijiet. Ewlenin fosthom kienu ż-żieda fl-ammonti ta' studenti li ddeċidew li jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom, speċjalment permezz ta' programmi ġodda bħal GEM 16+, l-Alternative Learning Programme, Youth Inc. u l-programm Job Bridge. Issemmew fost l-oħrajn inizjattivi li ċertu korsijiet post-gradwatorji jingħataw ukoll l-istipenju, bħall- korsijiet fid-djetetika u ta' prokuratur legali. Dan minbarra ż-żieda fl-ammonti tal-istipendji ġenerali, ibbażati fuq l-għoli tal-ħajja, kif ukoll l-introduzzjoni tal-istipendji għal studenti li jidħlu jistudjaw bħala mature students u dawk li jkunu rrepetew sena tal- istudji tagħhom. Iktar minn 3,500 student universitarju se jirċievi somma ta' flus fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2016