Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/739029
ĠUVNI ta' 19-il sena ngħata piena karċerarja effettiva għal sensiela ta' reati relatati ma' serq, bil- Qorti twissih li jekk ma tiġix indirizzata l-problema tiegħu tad-droga, dan kien ser jibagħtu f 'qabar kmieni. Justin Mamo deher quddiem il-maġistrat Joe Mifsud nhar il-Ġimgħa filgħodu, mixli b'diversi serqiet minn ħwienet ġewwa Ħal Qormi u Tas-Sliema bejn it-30 ta' Settembru u l-1 ta' Ottubru ta' din is-sena. Is-serqiet kienu aggravati bil- mezz, ħin u valur tal-oġġetti misruqa. L-ispetturi Kylie Borg u Mark Anthony Mercieca xlew lil Mamo, li bħalissa jgħix taħt il-kura tas-Salesjani ġewwa ta' Sliema, li offenda jew hedded lil żewġ uffiċjali tal-pulizija, naqas milli jobdi l-ordnijiet leġittimi tagħhom u li kiser id-dispożizzjonijiet ta' ordni ta' probation li ngħata xahar ilu. L-avukat difensur Martin Fenech qal li l-imputat kien qiegħed iwieġeb ħati tal- akkużi miġjuba kontrih. Il-maġistrat ċanfar liż- żagħżugħ u widdbu li kellu jaħseb sewwa dwar it-triq li kien qabad u jara kif jibdlu. Mamo ngħata sentenza ta' priġunerija effetiva ta' 18-il xhar ħabs, bil-Qorti tirrakkomanda li jinżamm fit-taqsima forensika tal- isptar Mount Carmel sabiex jingħata l-kura. "Jekk ma nibagħtekx il-ħabs illum, id-darba li jmiss inkunu qed nagħmlu l-arranġamenti tal- funeral tiegħek," temm jgħid il-maġistrat. illum | Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016 Aħbarijiet 14 Moħħ b'saħħtu f 'ġisem b'saħħtu… L-ILLUM iżżur Dar Kenn Għal Saħħtek, li tieħu ħsieb il-kura psikoloġika, fiżika, nutrizzjonali u soċjali ta' nies li jsofru minn diżordni tal-ikel minn Ruben Anthony Xuereb MADWAR 2% tal-poplu Malti, li jammonta għal kważi 2,000 persuna, isofru minn xi forma ta' diżordni tal-ikel. Dan ħareġ minn stħarriġ li għamlet il-Fondazzjoni Kenn Għal Saħħtek, fit-tħejjijiet tagħhom qabel ma fetħu d-dar għar-rijabilitazzjoni għal persuni b'diżordni tal-ikel. L-ILLUM tkellmet ma' Dr. Anton Grech, iċ-Chairman tal- Fondazzjoni, waqt żjara f 'Dar Kenn Għal Saħħtek fl-Imtarfa, fejn spjega li l-għan tal- fondazzjoni, u l-iskop ewlieni tad-dar huwa t-trattament ta' kundizzjonijiet ta' diżordni tal-ikel. Huwa spjega kif dawn il-kundizzjonijiet ivarjaw minn estremi opposti, fejn fuq naħa minnhom hemm il- kundizzjonijiet li jwasslu għall- obeżità, li fiha nnifisha tpoġġi lil dak li jkun f 'perikli serji għas-saħħa fiżika, u fl-estrem l-ieħor hemm id-diżordnijiet tal-bulimia u l-anoressija. F'Dar Kenn Għal Saħħtek jieħdu ħsieb l-edukazzjoni, l-psikologija, n-nutrizzjoni u l-eżerċizzju fiżiku Bħala fondazzjoni li jieħdu ħsieb id-diżordni tal-ikel, Dar Kenn Għal Saħħtek hija biss iċ-ċentru għall-kura u r-rijabilitazzjoni ta' min jitlob trattament, iżda x-xogħol tal- fondazzjoni jmur lil hinn mill- kura. Jagħti importanza kbira lill-edukazzjoni u t-tagħrif ukoll. Infatti mill-istħarriġ li għamlet il-fondazzjoni, deher ukoll li hawn nuqqas ta' għarfien dwar dawn il- kundizzjonijiet. Il-Fondazzjomi Kenn Għal Saħħtek qed tipprepara biex tħejji kampanja nazzjonali dwar l-għarfien dwar id- diżordni tal-ikel, speċjalment dwar l-obeżità fit-tfal. Il-filosofija tal-fondazzjoni ma' tibbażax fuq l-ikel biss. L-ikel huwa parti mill-aspetti psikoloġiċi u soċjali tal- persuna. Il-kampanja se tkun immirata għal stil ta' ħajja komplut li jindirizza mhux biss l-ikel, iżda kull aspett ieħor li jikkontribwixxi għal ħajja sana. L-anoressija u l-bulimia huma riżultati ta' kundizzjonijiet psikjatriċi Kemm l-anoressija kif ukoll il-bulimja huma kundizzjonijiet fiżiċi li dejjem ikunu assoċjati ma' kundizzjonijiet psikjatriċi bħall-ansjetà jew id- dipressjoni. Minħabba n-natura psikjatrika tal- problemi li jkunu qed jgħaddu minnhom il-pazjenti, it- trattament għal dawn id- diżordnijiet mhux wieħed dirett jew sempliċi immirat lejn in-nutrizzjoni. Dr. Grech spjega li fil-każi ta' bulimia u anoressija, it-tobba u l-psikjatri fiċ-ċentru, l-ewwel iridu jitrattaw id-dipressjoni qabel ma jibda t-trattament tad- diżordni nnifisha. Madwar 15% tal-każi ta' anoressija jwasslu għall-mewt jekk ma jiġux trattati. Dan minħabba l-fatt li fl-estremità tal-kundizzjoni, l-organi interni tal-persuna jieqfu jaħdmu minħaba n-nuqqas ta' nutrizzjoni. Il-Bulimia aktar diffiċli tinduna biha mid-diżordnijiet l-oħra 'Jekk ma nibagħtekx il-ħabs illum, id-darba li jmiss inkunu qed nagħmlu l-arranġamenti tal-funeral tiegħek'