Illum previous editions

ILLUM 16 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/739029

Contents of this Issue

Navigation

Page 39 of 39

illum | Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016 Irrapurtati 400 każ ta' bullying fl-iskejjel is-sena l-oħra FIS-SENA skolastika 2015-2016 kienu rrapurtati b'kollox 404 każ ta' bbuljar bejn l-istudenti. Minn dawn, il-maġġoranza assoluta, jew 389-il każ, kienu rrapurtati fi skejjel tal-istat. Fl-iskejjel tal- Knisja kienu rrapurtati 13- il każ, filwaqt li fi skejjel privati kienu rrapurtati bizz żewġ każijiet. Il-Ministru tal- Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo b'reazzjoni għal dawn iċ-ċifri żvelati fil- Parlament fakkar li dawn il- każi, bħal kull każ ieħor ta' bbuljar fl-iskejjel jittieħdu diversi miżuri, fosthom sessjonijiet ta' counselling u guidance, sessjonijiet mal-psikologi kif ukoll mas- social workers. Dan apparti, kompla jfakkar Bartolo, li l-Anti-Bullying Team iżuru l-iskejjel u jsegwu miżuri u proċeduri stabbiliti. Intant, din il-ġimgħa fil- Parlament, Bartolo żvela wkoll kif is-sena l-oħra żewġ studenti tfajliet kellhom jieqfu mill-iskola hekk kif inqabdu tqal fl-età tenera ta' 13-il sena. Dawn iż-żewġ tfajliet kellhom minflok jattendu s-servizz Għożża li jipprovdi servizz ta' appoġġ u programm edukattiv lil minuri li joħorġu tqal. Bartolo kien qed jirrispondi mistoqsijiet Parlamentari tad-Deputat Laburista Anthony Aguis Decelis.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2016