Illum previous editions

ILLUM 16 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/739029

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 39

illum | Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016 28 Kummerċjali Maratona ta' 60 siegħa għand Talbot & Bons biex jinġabru fondi għall-karità Fadal ftit jiem biss għat- tieni edizzjoni tat-Talbot & Bons Live Music Marathon. Dak li jippromettu li ser ikun tmiem il-ġimgħa mimli gost ta' mużika live non-stop, Talbot & Bons qegħdin jagħmlu l-aħħar preparamenti għal dan l-avveniment uniku: 60 siegħa ta' mużika live mingħajr waqfien il-ħin kollu u matul il-lejl, li jibda f 'nofs in-nhar tal-Ġimgħa, 21 ta' Ottubru, 2016, u jispiċċa f 'nofs il-lejl tal- Ħadd, 23 ta' Ottubru, 2016. Talbot & Bons ingħaqdu ma' entertainment.com.mt biex iwasslu 60 att differenti ta' ġeneri differenti għal kawża ġusta. Din id-darba għażlu mod differenti kif jgħinu dawk fil-bżonn. It-tema tal-maratona hi 'Minn mużiċisti, għal mużiċisti' u permezz tagħha, l-artisti li ser ikantaw u jdoqqu b'xejn ser jgħinu biex jinġabru fondi għal tfal u żgħażagħ żvantaġġati li qegħdin ifittxu l-opportunità li jibdew jew ikomplu jkabbru t-talent mużikali tagħhom f 'xi qasam partikolari bħal vuċi, perkussjoni jew kitarra. Tista' tiġbor formola ta' applikazzjoni minn Talbot & Bons, SkyParks Business Centre, Malta International Airport, jew tmur fuq www. entertainment.com.mt/ application, fejn hemm lista tal-organizzazzjonijiet minn fejn tista' tiġbor formola. Ser ikun hemm artisti emerġenti, flimkien ma' ismijiet rinomati, bħal Claudia Faniello, Nadine Axisa, Alwyn Borg Myatt, Skarlet u Vinny Vella Jr. Allura ejja u ħu sehem f 'dan l-avveniment u kun ġeneruż bid-donazzjoni tiegħek biex numru ta' tfal u żgħażagħ ikunu jistgħu jibbenefikaw minn din il-kawża ġusta. Donazzjonijiet ser jinġabru matul il-maratona jew billi tibgħat SMS fuq wieħed minn dawn in-numri: 5061- 7312 (€2.33), 5061-7915 (€4.66) and 5061-9245 (€11.65). Għalhekk, waqt dan it- tmiem il-ġimgħa Talbot & Bons jistiednuk tkun parti mill-istorja tagħhom... it-tieni edizzjoni tat-Talbot & Bons Live Music Marathon. GSD Marketing bi smart machines għall-benefiċċju tal-viżitaturi f 'Science in the City Wara s-suċċess miksub fil- parteċipazzjoni tas-sena li għaddiet fi Smart in the City, li matulha kien espost EKOCYCLE Cube 3D Printer, din is-sena GSD Marketing Ltd introduċa l-ismart vending machines. Din l-innovazzjoni, meqjusa bħala waħda high tech, tgħaqqad it-teknoloġija tal- ġenerazzjoni futura ma' xejriet diġitali kurrenti għal mod kif wieħed jippromvowi prodotti ġodda. Din kienet it-tielet darba li GSD Marketing ipparteċipaw fl-avveniment annwali ta' Science in the City li reġa' ttella' fil-belt kapitali nhar it-30 ta' Settembru. Riċentament, GSD Marketing Ltd - id-distributuri tax- xorb tal-Coca-Cola Comany, prodott f 'Malta minn The General Soft Drinks Co.Ltd. - investiet magni intelliġenti li jikkombinaw teknoloġija ta' barcodes awtentiċi ma' marketing ta' prodotti ġodda b'mod innovattiv. It-teknoloġija li ntużat f 'dawn il-vending machines kienet żviluppata b'kollaborazzjoni ma' Cloudlabs Ltd. "GSD Marketing Ltd dejjem tagħmel ħilitha biex tikkomunika mal-konsumaturi tagħha bil-lingwa preferuta tagħhom, u tgħaqqad it-teknoloġija ma' element ta' pjaċir b'dak li d-dinja diġitali tipprovdi," qal il-General Manager Brian Galea. "Sena wara sena, Science in the City tipprovdi pjattaforma eċċellenti fejn il-GSD Marketing tesponi l-aħħar innovazzjonijiet teknoloġiċi mal-pubbliku." "Dawn il-vending machines, meqjusa bħala high tech, jippermettulna nilħqu l-klijenti tagħna biex inkomplu ninkoraġġuhom jesperjenzaw ix-xarbiet tagħna b'esperjenza memorabbli," qalet il-Public Affairs & Communications Executive Clarissa Jones. Global Run Valletta tagħżel lill-Puttinu Cares Il-ġenerożità tal-Maltin hi magħrufa sew daqs l-ospitalità tagħhom, għalhekk l-organizzaturi ta' Global Run Valletta 2016 qed jittamaw li l-parteċipanti f 'dan l-avveniment ġdid jappoġġjaw il-ħidma ta' Puttinu Cares f 'din it-tiġrija unika ta' livell internazzjonali li se ssir fil-Belt Valletta il-Ħadd 30 t'Ottubru, 2016. Global Ports Holding – l-akbar operatur tal-portijiet tal-cruises fid-dinja kif ukoll l-azzjonist maġġoritarju ta' Valletta Cruise Port - għażel lil Puttinu Cares għall-ħidma tagħha fl-appoġġ ta' dawk fil-bżonn, speċjalment dawk involuti fil-battalja mal-kanċer. "Peress li jien runner regolari, nista' ngħid li jagħtini sodisfazzjon kbir meta naqsam il-finishing line. Puttinu Cares hi sieħeb perfett għall-Global Run Valletta għax hi ddedikata biex tgħin lin-nies jaqsmu dik il-linja importanti fil-ħajja u jżommu l-aspirazzjonijiet u t-tamiet taghhom ħajjin," qal Stephen Xuereb, Kap Operattiv tal- Global Ports Holding u Kap Eżekuttiv tal-Valletta Cruise Port ( VCP). Il-ġirja ta' 10 km flimkien mal-ġirja ta' 5 km u anki mixja ta' 5 km mistennija jattiraw l-attenzjoni ta' runners iddedikati kemm f 'Malta kif ukoll minn pajjiżi oħra, kif ukoll walkers. Il-miżata tal-parteċipazzjoni għal 10 km hi ta' €10, u ta' €5 kemm għat-tiġrija ta' 5 km kif ukoll l-istess miżata għall-mixja ta' 5 kilometri. L-organizzaturi ħabbru li l-flus miġbura minn dawn il-miżati se jingħataw kollha kemm huma lil Puttinu Cares. "Global Run Valletta hi impenn ġdid u notevoli li jgħolli l-profil tal-Belt Valletta, kif ukoll ta' Malta, u Puttinu Cares bil-missjoni tagħha se tibbenefika mil- lenti internazzjonali li dan l-avveniment se jġib miegħu. Il-fatt li ntgħażlet Puttinu Cares hu ta' rikonoxximent kbir. Nemmnu li l-għażla ta' Puttinu Cares hi midalja speċjali għalina anki qabel ma t-tiġrija tkun bdiet," qal Dr Victor Calvagna, president tal- Fondazzjoni Puttinu Cares. Global Run Valletta se tkun tiġrija ġdida favur l-atletika u ħajja attiva, filwaqt li se tpoġġi lil Malta fuq il-mappa ta' tiġrijiet internazzjonali fit-toroq. Global Runs bħal din diġà saru f 'Kotor fil- Montenegro u f 'Bodrum fit-Turkija. Dan l-avveniment ta' kwalità għolja se jsir skond ir-regolamenti tal- Malta Amateur Athletics Association (MAAA) u tal- Federazzjoni Internazzjonali tal-Federazzjoni tal- Assoċjazzjonijiet tal-Atletika (IAAF).

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2016