Illum previous editions

ILLUM 16 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/739029

Contents of this Issue

Navigation

Page 36 of 39

Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016 | illum Sports 37 tat-triathlon lokali min jgħid li ftit mill-aħjar triatleti tad-dinja huma mistennija jieħdu sehem f 'dan il-Grand Prix. "Din l-opportunità hija waħda li żgur li se tgħinni nkompli nitjieb f 'dan l-isport li tant inħobb u se tkun esperjenza pożittiva għalija. Il-fatt li tkun qed titħarreġ u tikkompeti ma' tim huwa ta' benefiċċju għax ġeneralment it- triathlon huwa sport kemmxejn individwali," temmet tgħid Hannah Pace. Hija xtaqet tirringrazzja lil Emvigee PR and Marketing, Garmin Malta, Go and Fun, Team Barry, Teamsport u Cfragrances għall-għajnuna u s-sapport kollu li tawha matul dan l-istaġun li kien wiħed impekkabbli għal Hannah Pace. Hannah Pace tifraħ wara li rebħet il-Kampjonati Nazzjonali tat-Triathlon Ritratt: Angie Conti post f 'Kompetizzjoni Internazzjonali tal-Weightlifting fis-Serbja fl-2018. L-atleti Maltin kienu akkumpanjati mill-President tal-MWA, Jesmond Caruana, li serva wkoll bħala President tal-ġurija waqt l-istess kompetizzjoni. Din il- kompetizzjoni kienet possibli bl-għajnuna tal-Kumitat Olimpiku Malti, SportMalta u l-Federazzjoni Serba tal- Weightlifting. Intant, nhar il-Ħadd 2 ta' Ottubru, il-Malta Weightlifting Association organizzat kompetizzjoni ta' klassifikazzjoni fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. Din il-kompetizzjoni kienet ta' importanza partikolari peressli serviet bħala tħejjija għall-kompetizzjonijiet internazzjonali li ġejjin. Minbarra dan, din kienet ukoll opportunità għal ħafna lifters oħra, li għamlu taħriġ iebes matul is-sajf li għadda, li juru d-dedikazzjoni tagħhom li wassal għal riżultati ferm tajbin. Kważi l-atleti kollha li pparteċipaw rreġistraw l-aħjar refa' personali tagħhom, waqt li kienu wkoll miksura għadd ta' rekords nazzjonali. Għall- weightlifting f 'Malta, dan kien suċċess kbir. Fl-ewwel kompetizzjoni tal-ġurnata, il- Kadetti urew livell għoli ta' teknika. Rylee Borg ġie fl-ewwel post b'135 punt segwit minn Kyle Camilleri b'128 punt u Jamie Bartolo b'78 punt. Fil-kompetizzjoni għal żgħażagħ subien l- ispettaturi kellhom isegwu għal taqtigħa ħarxa bejn Kieran Mifsud u Owen Bugeja fejn Mifsud refa' t-total ta' 226 kilo waqt li Bugeja refa' 220 kilo, u kienu segwiti minn Andy Grech fit-tielet post b'163 kilo. It-Tielet kompetizzjoni rat irfiegħ eċċellenti minn weightlifters tfajliet u bniet. Shazel Gusman kisbet l-ewwel post b'total ta' 105 kilo li sarrfu f '132 punt. Minbarra dan, hija wkoll waqfet rekords nazzjonali ġodda. Hija kienet segwita minn Shelby Vassallo ta`13 -il sena b'refgħa ta' 91 kilo. Rebecca Fitz spiċċat fl- ewwel post fil-kategorija tal-Juniors b'total ta' 104 kilo u stabbilixxiet ukoll rekord nazzjonali ġdid. Hija kienet segwita minn Rebecca Scerri b'refa' ta' 75 kilo. Ir-raba' kompetizzjoni tal-ġurnata rat lil Yazmin Zammit Stevens u Elisia Scicluna f 'kompetizzjoni stretta b'irfigħ totali ta' 145 kilo u 142 kilo rispettivament. Zammit spiċċat fl-ewwel post b'188 punt segwita minn Kristen Borg b'166 punt u Scicluna b'164 punt. L-aħħar kompetizzjoni tal-ġurnata kienet għall- irġiel adulti. Jieħu sehem fl-ewwel kompetizzjoni tiegħu wara l-Logħob Olimpiku f 'Awwissu li għadda kien Kyle Micallef li kien fl-aqwa tiegħu, u refa' t-total ta' 272kilo li hija l-aħjar refa' personali ġdida tiegħu. Matthew Camilleri spiċċa fit-tieni post bl-aħjar refa' personali ta' 235 kilo. Vlad Baldacchino kellu prestazzjoni kbira fil-parti snatch tal-kompetizzjoni iżda kellhom xi problemi mal-ewwel żewġ tentattivi tiegħu fil-Clean & Jerk. Dan ħalla lilu bi pressjoni fuq it-tielet tentattiv tiegħu li kien suċċess, hekk kif huwa rnexxielu jiżgura l-lift b'total ta' 233 kilo. F'din il-kompetizzjoni r-riżultati kienu viċin ħafna ta' xulxin, b'Eric Saliba jerfa' 222 kilo bi prestazzjoni eċċellenti, 198 kilo għal Charles Degiorgio, u 193 kilo għal Yannick Pace. Ir-riżultati kollha minn din il-kompetizzjoni kienu pożittivi ħafna u ta' spinta kbira għal-lifters kollha li ħadu sehem. Dawn ir-riżultati pożittivi huma l-frott ta' taħriġ iebes li l-atleti għamlu matul l-aħħar xahar b'żewġ kampijiet ta' taħriġ, wieħed f 'Malta mal-ispeċjalisti Taljani fil-Biomekanika u Xjenza Sportiva kif ukoll ma' diversi psikologi. Kamp ta' taħriġ ieħor ġie fi tmiemu tliet ġimgħat ilu f 'Valencia fi Spanja fejn numru ta' atleti żgħażagħ u kowċis ipparteċipaw grazzi għal SportMalta. It-tim nazzjonali Malti tal-weightlifting fis-Serbja Ritratt : MWA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2016