Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/739029
Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016 | illum SPORTSillum 31 minn Cristian Antony Muscat Hamrun S. .................... 0 Sliema W ...................... 3 Sliema Wanderers ikkonvinċew bil-kbir meta għelbu lil Hamrun Spartans bl-iskor ta' 3-0, biex b'hekk, kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva. Kienu l-Ispartans li ħolqu l-ewwel periklu wara ħames minuti permezz ta' xutt ta' Jorge Mesque Neto, bil-goalkeeper ta' Sliema Wanderers, Glenn Zammit, idawwar tajjeb f 'corner. Fl-azzjoni li segwiet, Mark Scerri, ra x-xutt tiegħu jiġi milqugħ mill-goalkeeper tal-Ispartans, David Cassar. Fil-25 minuta Denni Rocha Dos Santos ipprova jittanta xortih permezz ta' daqqa ta' ras, iżda ma rnexxielux jinkwadra l-lasti ta' David Cassar. Sliema Wanderers irnexxielhom jiftħu l-iskor permezz ta' Alex Muscat li kkonverta minn penalti, mirbuħ minn Mathias Muchardi propju fil-31 minuta. Denni Rocha Dos Santos ipprova jagħmilhom tnejn ftit minuti wara, iżda x-xutt dgħajjef tiegħu ġie mblukkat mill-goalkeeper Matthew Farrugia. Hamrun Spartans ħarġu iktar aggressivi fil-ftuħ tat-tieni taqsima, b'Haruna Garba jkollu żewġ ċansijiet ta' skor f 'inqas minn ħames minuti, fejn l-ewwel ra x-xutt tiegħu jgħaddi barra waqt li ftit minuti wara, daqqa ta' ras tiegħu ġiet milqugħa mill- goalkeeper Slimiż. Sliema Wanderers irrispondew permezz ta' Denni Rocha Dos Santos, iżda x-xutt tiegħu ma tax problemi lil Matthew Farrugia. Madankollu, kellu jkun Farrugia ieħor li jagħti l-problemi lill-goalkeeper ta' Hamrun Spartans, meta Jean Paul Farrugia għamilhom 2-0 għal Sliema Wanderers fil-55 minuta, b'xutt fl-anglu tax-xibka li ma tax ċans lill-goalkeeper Ħamruniż isalva. Sliema Wanderes reġgħu kienu perikolużi fis-76 minuta, meta Mathias Muchardi ma rnexxielux jiskorja t-tielet gowl minn qagħda tajba taħt il-lasti Ħamruniżi. Madankollu, it-tielet gowl għall-Blues wasal fil-81 minuta, meta d-difensur ta' Ħamrun Spartans Christian Maldini tefa' fil-lasta tiegħu stess, minn freekick ta' Denni Rocha Dos Santos, li wara li ħabat mal-lasta, ħabat f 'saqajn iben Paolo Maldini u baqa' dieħel ġewwa, għal skor finali ta' 3-0, favur Sliema Wanderers. HAMRUN S. - Cassar (Farrugia 24'), Chircop, Maldini, Garba, Vergara Rodrigues, Nanapere, Giusti (Refalo 64'), Motta Dos Santos (Falzon 73'), J. Grech, Mesque Neto, L. Grech SLIEMA W. - Zammit, A. Muscat, Muir, De Souza Vilas Boas, Xuereb, Wisdom (Aquilina 74'), Muchardi, Mintoff (B. Muscat 75'), Scerri (Spiteri 82'), Farrugia, Rocha Dos Santos Referee - Clayton Pisani MATHIAS MUCHARDI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Sliema Wanderers. Fil-passat riċenti lagħab ukoll ma' Ħamrun Spartans u Żebbuġ Rangers. Sliema Wanderers jiksbu t-tielet rebħa konsekuttiva Matias Muchardi segwit mill-qrib minn plejer ta' Ħamrun Spartans Ritratt - Joe Borg Ritratt: Christine Borg