Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/739029
illum | Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016 Aħbarijiet 6 L-ekonomija b'saħħitha biżżejjed biex tilqa' għal Brexit ....l-ekonomija Maltija bit-tieni l-akbar tkabbir mill-pajjiżi tal-UE minn Albert Gauci Cunningham ILBAĠIT li se jkun qed jitressaq għada se jiġi fid- dawl ta' rapport mill-aktar pożittiv fuq l-ekonomija ta' pajjiżna. Ir-rapport ippubblikat nhar il-Ġimgħa, li fih Standard and Poors iżidu r-rating ta' pajjiżna għall-ewwel darba f '20 sena, minn BBB+ għal A-, jgħid ukoll li fix-xenarju ekonomiku Ewropew ta' bħalissa, l-iktar fattur politiku li jista' jimpatta ħażin lill-ekonomija ta' pajjiżna se tkun il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Minkejja dan, l-istess rapport ta' Standard & Poors jipproġetta li l-konsegwenzi 'medium term' fuq Malta se jkunu 'kkontrollati'. L-istess aġenzija qed tipprevedi li Malta se tilqa' għan-nuqqas fit-turiżmu sforz sterlina dgħajfa, minħabba li fil-vena pożittiva li biha għaddej dan is-settur bħalissa, 'se jkun faċli li jimla n-nuqqas li jista' jinħoloq mis-suq Brittaniku, minn swieq oħrajn.' Ir-rapport ta' S&P jitkellem ukoll dwar is-servizzi finanzjarji fid-dawl tal-Brexit u jgħid li f 'dan il-qasam, ir-riperkussjonijiet għadhom mhux ċari biżżejjed. Minkejja dan, xorta jingħad li s-servizzi finanzjari f 'Malta huma diversifikati biżżejjed biex inaqqsu r-riskji relatati mal- Brexit. Ir-rapport, fil-ħarsa tiegħu għall-futur ekonomiku, jissottolinea kif bħala bilanċ għat-tkabbir ekonomiku preżenti, hemm il-prospett tal-Brexit u r-riskji li dan jista' jfisser għal Malta, anke jekk fil-fatt, kif żvelat din il-gazzetta nhar il-21 ta' Awwissu li għadda, il- Malta Enterprise għaddejja b'diskussjonijiet ma' investituri potenzjali li jistgħu jirrilokaw lejn pajjiżna, minħabba l-Brexit. Il-bqija tar-rapport huwa pożittiv ħafna dwar l-andament ekonomiku bħalissa u fil-fatt, politikament ma setax ġie fi żmien aktar opportun għall-Gvern preżenti. Iż- żieda fir-ratings ta' S&P, tiġi hekk kif qed ikun proġettat li l-ekonomija Maltija tkompli tikber bi 3% sal-2019, id- dejn tal-Gvern jonqos għal 53% tal-Prodott Gross Domestiku minn 58% sas- sena li għaddiet u li proġetti u l-investiment ikompli jiżdied. Fil-fatt, ir-rapport ta' S&P jiddeskrivi lil pajjiżna hekk: 'Malta bħalissa għaddejja minn wieħed mill-akbar tkabbir fost il-pajjiżi kollha fiż-żona Ewro, bit-tieni l-akbar rata ta' tkabbir wara l-Irlanda.' Aktar minn hekk, l-istess rapport jantiċipa li l-ekonomija Maltija se tkun qed teċċedi t-tkabbir ekonomiku ta' qabel l-2009, b'25%. Ir-rapport jgħid li wieħed mill-muturi ewlenin li qed iwassal għal dan it-tkabbir 'solidu' huwa l-qasam tax- xogħol. Fil-fatt, bħalissa Malta għandha fost l-inqas rata ta' qgħad mis-snin 90 u fost l-ogħla rata ta' persuni f 'impjieg. Ir-rapport jenfasizza t-tkabbir ta' nisa fid-dinja tax-xogħol, fattur li għalih Gvern Laburista preżenti jieħu ħafna mill-krettu wara diversi miżuri mħabbrin f 'baġits konsegwenti, fosthom dik ta' ċentri ta' child care b'xejn. Ir-rapport jgħid li fatturi oħrajn li qed iwasslu għal tkabbir huma proġetti kbar fl- oqsma tal-edukazzjoni, saħħa, turiżmu, trasport kif ukoll fl-enerġija, b'referenza għall- proġett li għaddej bħalissa għal Power Station ġdida. Ix-xogħol huwa 'mutur' ewlieni tat-tkab- bir, biż-żieda fl-impjiegi speċjalment fost in-nisa tkun enfasizzata Għada titħabbar żieda fil-Pensjoni tad-Diżabilità Tkompli minn paġna 1 MALILLUM il-Ministru Farrugia, assigura li din il- miżura hija biss soluzzjoni fl- immedjat, sakemm il-Gvern jiffinalizza proġett ta' housing soċjali li l-iskavar fuqu mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjin. Intant, għada wkoll fil-Baġit 2017 il-Gvern se jkun qiegħed iħabbar l-ewwel żieda fil- pensjoni tad-diżabilità, minn seniela ta' żidiet, li se jfissru li din tiżdied sakemm tkun daqs il-paga minima. Dan ifisser li din il-pensjoni, b'madwar 1,000 benefiċċjarju, se tiżdied b'madwar 50%. F'kummenti mal-ILLUM il-Ministru Farrugia qal li wieħed mill-gwidi ewlenin tal- Baġit li se jitħabbar għada kien id-dokument imressaq mill- Caritas, 'A minimum Essential Budget for a Decent Living' li qajjem diskussjoni sħiħa fil-pajjiż dwar faxxa ta' nies li bilkemm ikollhom biżżejjed biex ilaħħqu sal-aħħar tax- xhar, anke jekk jixtru dak li hu bażiku biss. Il-Ministru Farrugia qal li ż-żieda u t-twessigħ fis-sussidju se tkun l-ewwel risposta tal- Gvern hekk kif il-kwistjoni tal-kirjiet privati, li din il- gazzetta issa ilha ssegwi, telgħet fuq l-aġenda tal-pajjiż. "Il- problema hija li għandek ħafna domanda u ftit proprjetà għall- kiri, apparti l-fatt li għandek proprjetà li minħabba problemi ta' compliance ma jistgħux jidħlu fis-suq. Għalhekk," kompla jgħid Farrugia, "għada fil-baġit, fl-immedjat, se ngħollu u nwessgħu s-sussidji lil dawk f 'kirjiet privati, filwaqt li għat-tul se nlestu l-proġett ta' €50 miljun f 'Housing Soċjali, hekk kif intagħżlu s-16-il sit u se jibda l-iskavar." Farrugia qal ukoll lil din il-gazzetta li wara li jitlesta dan il-proġett, se jitħabbar proġett ieħor fil- qasam tal-housing. Intant għada fil-baġit ukoll, il-Gvern se jerġa' jalloka fondi biex isir 'mentoring' ta' familji fil-bżonn, bil-għan li jsiru tip ta' sessjonijiet ta' għajnuna f 'diversi oqsma, fosthom trobbija tat- tfal, ħtieġa ta' edukazzjoni fit- tul u mmaniġġjar ta' finanzi Intant fil-qasam tas-saħħa, il-Ministru Fearne diġà ħabbar li l-pazjenti li jbatu mid- dijabete se jerġgħu jingħataw il-benefiċċji mogħtijin bil- kartuna r-roża u dan wara li Gvern Nazzjonalista biddel l-entitlement ta' pazjenti li jbatu bid-dijabaete u b'konsegwenza ta' dan, meta skadewlhom il-permessi, numru ta' pazjenti tilfu xi benefiċċji li kellhom aċċess għalihom. Intant, huwa mistenni li l-qasam tas-Saħħa jissemma bi prominenza fil-baġit li se jitħabbar għada, b'miżuri li se jindirizzaw djar tal- anzjani, il-kura tal-kanċer, il-listi ta' stennija fl-Isptar u anke proġetti infrastrutturali ppjanati f 'dan il-qasam. Intant kollox qed jindika li dak ta' għada se jkun baġit li jimmira li jolqot l-aktar lil dawk il-faxex tas-soċjetà li huma l-aktar vulnerabbli u li l-aktar li jinsabu fil-bżonn, fosthom persuni b'diżabbiltà u persuni li jbatu minn kundizzjonijiet li jimpeduhom milli jkollhom impjieg, pensjonanti u familji jew individwi li jbati mill-paga mimina. Minkejja li mal-ILLUM kelliem għall-Ministeru tas-Saħħa semma' l-kura tal- kanċer, għad mhux ċar jekk għada hux se tkun imħabbra proposta tal-General Workers Union, li jinħoloq Leave apposta għal dawk li jkunu għaddejjin minn trattament. L-ILLUM tinsab infurmata li apparti l-proposta tal-btajjel pubbliċi, din kienet waħda mill-proposti minn tagħha li l-GWU mexxiet 'il quddiem u inkoraġġiet. Skanska: Bżonn l-għaqda WAQT intervent telefoniku fil-programm Sibt il-Punt fuq ONE Radio, il-Ministru għas-Saħħa, Cris Fearne qal li qiegħed jistenna li jkun hemm appoġġ u kunsens mingħand kulħadd għall-kawża li l-gvern Malti qiegħed jagħmel lil Skanska dwar il-konkrit inferjuri fl-Isptar Mater Dei. "Din hija ta' interess nazzjonali, il-poplu kollu Malti ma ħax dak li ħallas għalih, nittama li jkollna l-appoġġ anke tal-Oppożizzjoni fuq dan il-każ," qal il-Ministru Fearne. Waqt konferenza tal- aħbarijiet lbieraħ il- Ministru Fearne ħabbar li l-Gvern Malti skatta l-proċess li bi se jkunu qegħdin jiftħu każ legali kontra Skanska li kienu responsabbli mid-disinn u l-bini tal-Isptar Mater Dei. Sptar li wara testijiet li saru mill-kumpanija internazzjonali ARUP sar magħruf li huwa mibni b'konkos aktar dgħajjef minn dak li ħallasna għalih.