Illum previous editions

ILLUM 16 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/739029

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 39

I l-ħidma fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej fid-dawl tal- Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-Ministri s-sena d-dieħla għaddejja b'impenn sħiħ. Din il-ġimgħa għamilt sensiela ta' laqgħat mal-key players tal-istituzzjonijiet Ewropej fil-kamp tal-Ġustizzja u l-Kultura biex nisma' mingħandhom aħjar x'inhuma l-prijoritajiet li jixtiequ li mmexxu 'l quddiem fis-setturi rispettivi ladarba Malta tieħu f 'idejha l-Presidenza. Ma' kull min tkellimna, aħna bnejna relazzjonijiet mill- aqwa u tajna commitment li matul il-Presidenza nkunu sieħeb onest li lest li jaħdem sabiex ikun hemm progress fuq id-diversi files li jkunu fir- responsabbiltà tagħna. Fil-qasam tal-Ġustizzja u Kultura, hemm xejn inqas minn 19-il file jew dossier li rridu mmexxu 'l quddiem u se mmexxu 'l quddiem. Mertu huwa t-tim tajjeb ħafna li bnejna fi ħdan il-Ministeru b'għaqal li hu motivat biex nagħmlu suċċess f 'dan is- settur. Hawn irrid ngħid li hija sfida enormi li twassal bl- aħjar mod il-kontenut tal- files lill-pubbliku in ġenerali għaliex l-issues huma tekniċi u speċjalizzati. Biss jien nemmen li dan jista' jsir għaliex in- nies huma interessati f 'dak li fl-aħħar mill-aħħar se jolqot l-ekonomija ta' pajjiżna u allura l-ħajja tagħhom. Kumment komuni kien li Malta hija preparata mmens għal din il-Presidenza u japprezzaw l-isforzi ffukati li qed nagħmlu. Dan mhuwiex b'kumbinazzjoni. Se jkollna Presidenza eċċellenti. S&P L-aħbar li l-pajjiż tela' minn Serie B għal Serie A fejn tidħol l-ekonomija hija aħbar sabiħa ferm. Dan huwa l-aqwa backdrop għall-baġit li se jinqara għada sabiex issir ir-rabta bejn is- saħħa ekonomika u t-tixrid tal-ġid fost is-soċjetà kollha biex kulħadd iħoss il-ġid li qed nagħmlu. Tanker Bellahni l-wiċċ li għandha l-President tal-PN Dr Ann Fenech. L-ewwel ħarġet tgħid li t-tankers tal-gass ma jeżistux. Imbagħad ħarġet tgħid li jeżistu imma kbar daqs il-koppla tal-Mosta erba' darbiet. Imbagħad ħarġet tgħid li dawn it-tankers huma perikolużi. Issa qed tgħid li dawn it- tankers mhux perikolużi. Nies bħal Ann Fenech jagħmlu disservizz sħiħ għall- politika kollha kemm hi. Simon Busuttil u l-MAP L-istess inkonsistenza dehret anke f 'Simon Busuttil fejn tidħol l-issue tal-Morning After Pill. Illum qal ħaġa, l-għada qal l-oppost u jekk issaqsini n-nies hemm barra x'fehmu dwar il-pożizzjoni ta' Busuttil, jgħidulek tgħaffiġa sħiħa. Kellu jmur għand sieħbu Pierre Portelli tal- Independent biex b'xi mod jiġborielu. Simon Busuttil m'għandux il-kredenzjali biex iservi bħala Prim Ministru. Preti Interessanti ħafna d-dibattitu akkademiku li jinsab għaddej dwar jekk il-kwadru li akkwistat Heritage Malta huwiex ta' Preti jew inkella tal-bottega jew skola li kellu Preti ta' dak iż-żmien. Heritage Malta kellha parir b'saħħtu tal- Professur Amerikan John Spike li jgħid b'mod ċar li l-kwadru huwa ta' Preti nnifsu u mhux tal-allievi tiegħu qabel inxtrat. Kellha wkoll il-parir tal- Imħallef Emeritu Giovanni Bonello li fil-kamp tal-istorja u l-arti huwa conoisseur rispettat. Nieħu gost nara dan id- dibattitu għaddej fuq il-qasam artistiku. Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016 | illum Opinjoni 23 Skont Cacopardo... Il-kosta tagħna lkoll? I l-Masterplan għal Paceville huwa mifrux fuq medda kbira ta' art. Għax Paceville tmiss ma' Pembroke, mas-Swieqi u anke ma' San Ġiljan. Imma għandha wkoll biċċa kosta twila ġmielha, li skont minn fejn tibda tkejjilha tista' ġġebbed bejn tlieta u erbgħa kilometri. Il-pjan jgħidilna li ser ikun possibbli li tippassiġġa mal- kosta kollha. Imma r-realtà hi li kosta kollha ta' Paceville hi mimlija konċessjonijiet li l-Gvern tul is-snin ta lill-privat għan-negozju, prinċipalment negozju konness mal-baħar jew mal- lukandi. Waqt il-laqgħa ta' nhar l-Erbgħa tal-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u l-Ippjanar, id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern ippreżenta pjanta li turi l-proprjetà kollha li għandu l-Gvern f 'Paceville, biċċa waħda tmiss mal-oħra. F'xi każi l-pjanta turi bejn 4 metri u 5 metri mill-kosta 'l ġewwa li huma riżervati għall-aċċess tal-pubbliku, għalkemm ħafna drabi mhuwiex ċar kif dawn il- passaġġi riżervati għalina lkoll tista' tasal għalihom. F'Mejju li għadda b'vot unanimu l-Parlament approva emendi għall Kodiċi Ċivili li permezz tagħhom ġie ċċarat li l-kosta hi propjetà pubblika. Jiġifieri din hi tagħna lkoll. Mill- inqas sa 15-il metru 'l ġewwa minn fejn iħabbat il-baħar. Imma fejn il-mewġ jibqa' dieħel iktar il-ġewwa, il-15-il metru jiżdiedu wkoll, skont is-saħħa tal-baħar. Is-serjetà kienet titlob li billi l-ewwel abbozz tal- Master Plan ta' Paceville ġie ippubblikat għall- konsultazzjoni pubblika bosta ġimgħat wara li l-Parlament esprima ruħu b'mod tant ċar, dan kellu jagħti kas b'serjetà kbira ta' dak li ddeċieda l-Parlament. Id-deċiżjoni tal-Parlament dwar il-kosta u l-art ta' mal-plajja tfisser ħafna iktar minn sempliċi passaġġ fejn jgħaddu n-nies. Imma sfortunatament, il-konsulenti li fasslu l-Master Plan ma fehmu xejn minn dan u minflok ma fittxew kif ser jgħaddu lura lin-nies it-tgawdija ta' partijiet ikbar mill-kosta qed jipproponulna li jkompli r-renju tal-konkos u l-azzar bi blokki għoljin tletin sular li jistgħu jinbnew viċin tal- kosta. Issa jew hemm min ma jafx x'inhu jagħmel inkella qed jippruvaw jgħaddu lil kulħadd biż-żmien. Għax jekk il-Parlament qed jaqbel magħna u qiegħed jgħidilna li l-kosta hi tagħna lkoll, kif jiġu dawn il-konsulenti tal-Awtorità tal-Ippjanar jgħidulna li din ser jibqgħu jgawdu minnha l-ftit, biex fiha tibqa' issir l-adorazzjoni tat-torrijiet? CARMEL CACOPARDO "Minflok ma fittxew kif ser jgħaddu lura lin- nies it-tgawdija ta' partijiet ikbar mill-kosta qed jipproponulna li jkompli r-renju tal-konkos" Jekk il-Parlament qed jaqbel magħna ... kif jiġu dawn il-konsulenti tal-Awtorità tal-Ippjanar jgħidulna li din ser jibqgħu jgawdu minnha l-ftit? OWEN BONNICI EU2017MT L-ewwel ħarġet tgħid li t-tankers tal-gass ma jeżistux, imbagħad li jeżistu. Imbagħad li huma perikolużi, issa qed tgħid li mhux perikolużi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2016