Illum previous editions

ILLUM 16 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/739029

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 39

Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016 | illum Sports 35 Meta Triatleta Malti rebaħ it-titlu tat-'Triatleta tas-Sena' ta' Sqallija minn Cristian Antony Muscat WARA li ġie nkurunat Champion ta' Malta tat-Triathlon għas-sitt darba fil-karriera tiegħu, Galea, kellu l-finali tas- Sicily Traithlon Series li saret ġewwa Catania. Din kienet l-aħħar tellieqa tiegħu tal-istaġun u kien determinat li jispiċċa l-istaġun fuq nota pożittiva. Dan is- serje li kien jikkonsisti f 'sitt itlielaq madwar Sqallija kien l-għan prinċipali tiegħu għal dan l-istaġun. It-tellieqa ta' Catania kienet fuq distanza sprint li tikkonsisti f 'għawma ta' 750m, rota ta' 20km u ġirja ta' 5km. Wara l-prestazzjoni mill- aqwa fit-tellieqa ta' qabel fuq l-Etna fejn irnexxielu jitla' fil- quċċata tal- klassifika, Galea, kellu vantaġġ tajjeb u xogħlu kien biss li jamministra l-vantaġġ li kellu. Il-baħar kien kemmxejn imqalleb b'ħafna kurrenti. Dawn il- kundizzjonijiet mhumiex ideali għall-atleta ta' Birkirkara St Joseph imma xorta rnexxielu jagħmel il-ħin tas-soltu tiegħu. Huwa ħareġ mill-ilma fis- seba' post f 'ħin ta' 10.07 minuti u wara l- ewwel transizzjoni rnexxielu jkun fi grupp tajjeb. Fuq ir-rota kien flimkien ma' żewġ atleti oħra u bdew jaħdmu flimkien biex inaqqsu l-ħin żvantaġġ li kellhom minn ta' quddiemhom. Wara 15 -il kilometru, il-grupp ta' Galea rnexxielu jidħol fil- grupp prinċipali u għamel ir-rota f 'ħin ta' 29.30 minuti. Huwa beda l-ġirja fir-raba' post imma grazzi għall-ġirja tajba ta' 17.55 minuti rniexxielu jispiċċa t-tellieqa fit-tielet post li kien biżżejjed biex jirbaħ l-ewwel edizzjoni tas- Sicily Triathlon Series. Ikkuntattjat minn dan il-ġurnal, Galea, qal li jinsab kuntent ħafna li laħaq l-għan tiegħu - dak li jirbaħ dan is-serje. Dan ma kienx faċli għalih għax il-livell kien għoli ħafna bi professjonisti bħal Ennio Salerno li riċentament rebaħ il-Kampjonat Taljan tat-Triathlon tat- timijiet, Enrico Schiavino u Gabriele Grimaldi. It-tellieqa kienet waħda tattika ħafna u l-fatt li sab kollaborazzjoni fuq ir-rota kien ta' vantaġġ għalih li jidħol fil-grupp u fl-istess ħin iħalli l- enerġija għall- ġirja li fil-fatt għenitu jikseb it-tielet post. Il-konsistenza ta' Galea bħas-soltu kienet l-arma prinċipali li għenitu jirbaħ is-serje għax dejjem ġie mal-ewwel tlieta nkluża rebħa fit-tieni tellieqa, apparti fir-raba' tellieqa fejn spiċċa fid-disa' post minħabba puncture. Mistoqsi minn din il- gazzetta fejn jaħseb li rebaħ is-serje, huwa qal li l-prestazzjoni fuq l-Etna kienet il-fattur prinċipali imma jgħid ukoll li huwa rebaħ is-serje fir- raba' tellieqa fejn kellu l-puncture għax minflok waqaf huwa baqa' sejjer biex jikseb kemm jista' jkun punti u l-fatt li ma qatax qalbu ġie ppremjat. Keith Galea ta' Birkirkara St Joseph Sports Club u li qiegħed fl-iskema tal- Flexi Training Scheme xtaq jirringrazzja lil SportMalta u lill-klabb tiegħu tal-assistenza finanzjarja li tawh matul dan is serje, kif ukoll lill-Malta Triathlon Federation li kienu ta' sapport kbir. Huwa xtaq jirringrazzja wkoll lill-kowċ tiegħu Ivan Rozhnov, lil ħuh Dermot Galea, lill-ġenituri tiegħu u lill-familja tal-mara, lill-masseur tiegħu Owen Attard, lill- isponsors tiegħu www. garminmalta.com, BBB Cycling Malta, Team Barry Malta International Challenge Marathon, Lucida Laundry, Mochika Outdoor Life , Jaycee Malta, u Starbene 24/7. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, huwa xtaq jiddedika din ir-rebħa lill- mara tiegħu Elizabeth u lit- tarbija tagħhom, Elise. Keith Galea fuq il-podju fl-ewwel post tas-'Sicily Triathlon Series' Il-President tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Judo f 'Laqgħa mal-Prim Ministru FIL-JIEM li għaddew, il-Prim Ministru ta' Malta, Dr Joseph Muscat, akkumpanjat mill- Onorevoli Chris Agius, Segretarju Parlamentari għall-iSport, laqa' għandu lis-Sur Marius Vizer, President tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Judo (IJF), akkumpanjat mis- Sur Envic Galea, president tal-Federazzjoni tal-Judo f 'Malta, għal żjara ta' kortesija. Fl-uffiċju privat ta' Dr Muscat fil-Berġa ta' Kastilja, huma rrivedew il-Kampjonati Mondjali tal-Kata (Judo), kif ukoll il- kamp ta' taħriġ li segwa ftit wara, li kienu għadhom kif ġew organizzati fil-jiem ta' qabel ġewwa pajjiżna stess. L-Onorevoli Chris Agius enfasizza li ftit anqas minn 300 parteċipant ġejjin minn 30 pajjiż differenti minn ħames kontinenti attendew. Il-Prim Ministru qal li l-Gvern kien aktar minn kuntent biex jgħin lill- Federazzjoni Maltija tal-Judo biex jiffinalizzaw ċentru tagħhom li żgur se jkun qed jgħin biex iġib lura l-isport għas-suċċessi u l-unuri li l-Judo huwa magħruf li jġib lejn Malta. Huwa rringrazzja lis-Sur Vizer għall-appoġġ li jgħati lill-Federazzjoni u għax-xogħol li qed tagħmel għall-Judo madwar id-dinja, hekk kif Malta żgur li ser tibbenefika wkoll. Is-Sur Marius Vizer rringrazzja lill-Prim Ministru għall-istedina u ppreżentalu Midalja tad-Deheb tal-IJF, u ppreżenta wkoll Premju ta' Rikonoxximent Speċjali tal- IJF lil-Onorevoli Chris Agius għall-appoġġ tiegħu għall- Judo Malti. Marius Vizer jippreżenta midalja tad-deheb lill-Prim Ministru Joseph Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2016