Illum previous editions

ILLUM 16 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/739029

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 39

minn Cristian Antony Muscat Gzira U ......................... 1 Valletta ........................ 3 WARA erba' logħbiet konsekuttivi mingħajr ma jiksbu t-tliet punti, Valletta, irritornaw għar-rebħ biex ħadu ftit nifs u ngħaqdu ma' Hibernians fit-tieni post b'14-il punt meta lbieraħ għelbu lil Gżira United bl-iskor ta' 3-1 fil- Victor Tedesco Stadium. Kien l-attakkant Brażiljan Jhonnattann Benites li tefa' lill-Beltin fil-vantaġġ wara biss seba' minuti logħob grazzi għal xutt angulat mix-xellug li għeleb lill- goalkeeper tal-Maroons, Jamie Azzopardi. Valletta rduppjaw l-iskor fl-24 minuta grazzi għall- penalti ta' Federico Falcone, wara li dan ġie ffawljat fil-kaxxa minn Souleymane Diamoutene. Fil-61 minuta, Gżira United, resqu viċin li jnaqqsu l-marġni tal- iskor meta xutt mill-ewwel ta' Moises Avila Perez ġie mxellef f 'korner minn Yanis Tonna wara li ħabat ukoll mal-mimduda. Tnax-il minuta minn tmiem id-90 minuta, il-goalkeeper ta' Valletta, Henry Bonello, ġie ġġudikat li ffawlja lill- plejer avversarju fil-kaxxa u r-referi mill-Irlanda ta' Fuq, Keith Kennedy, ipponta lejn il-penalty spot u keċċa lill- goalkeeper Belti. Madankollu, mill-11-il metru, it-tentattiv ta' Moises Avila Perez ġie newtralizzat mill-goalkeeper żagħżugħ ta' Valletta, Maverick Buhagiar. Iżda Gżira United naqqsu l-marġni tal-iskor fit-82 minuta, meta wara li rċieva minn kross mil-lemin, għola tajjeb il-plejer Antonio de Queiroz Machedo Neto li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun wara Maverick Buhagiar. Però, kellhom ikunu Valletta li jissiġġillaw ir- rebħa permezz tat-tielet gowl fil-ħin miżjud grazzi għas- sostitut Jean Borg li wara li rċieva assist mil-lemin, tefa' l-ballun wara Jamie Azzopardi. Gżira U. - Azzopardi, Gatt Baldacchino (Ledesma 66'), Conti, De Queiroz Machedo Neto, Corbalan, Bondin (Pulo 82'), Avila Perez, Borg, Scerri, Diamoutene, Tonna (De Pinho de Souza 65') Valletta - Bonello, Caruana, S. Borg, Camilleri, Malano (Cremona 67'), Goncalves Alhinho, Falcone, Pani, Calistus Umeh (Buhagiar gk 80'), Aguirre, Jhonnattann Benites da Conceicao (J. Borg 86'). Referi - Keith Kennedy (Irlanda ta' Fuq) minn Cristian Antony Muscat Floriana ......................... 0 Hibernians ..................... 0 FIL-KONFRONT bejn Floriana u Hibernians ma rriżulta l-ebda rebbieħ hekk kif il-konfront bejn dawn iż-żewġ timijiet li bejniethom rebħu ammont kbir ta' unuri fil-futbol Malti, intemm fi draw ta' mingħajr gowls. Kienu Floriana li ħolqu l-ewwel periklu, hekk kif wara tliet minuti, Antonio Monticelli ttanta xortih b'xutt minn barra l-kaxxa li iżda ma kienx problematiku għall- goalkeeper internazzjonali Malti, Andrew Hogg. Fis- seba' minuta, Maurizio Vella pprova xutt mill-istess distanza, iżda għadda 'l bogħod mil-lasti ta' Andrew Hogg. L-ewwel azzjoni denja ta' nota ta' Hibernians waslet fid-19-il minuta, meta Bjorn Kristensen għola bir-ras fuq kulħadd, iżda l-ballun għadda kemxejn għoli. L-azzjonijiet kienu kemxejn nieqsa mill- partita, minkejja li ż-żewġ timijiet bdew jilagħbu futbol dirett. L-aħħar azzjoni tal- ewwel taqsima waslet fit-42 minuta, meta Jurgen Pisani indirizza l-ballun bir-ras lejn il-lasta ta' Andrew Hogg, iżda ma rnexxielux jikkapitalizza, sabiex l-ewwel taqsima ntemmet fi draw ta' 0-0. Wara l-intervall, Hibernians għoddhom marru fil- vantaġġ meta fid-49 minuta, Jurgen Degabriele xeħet il-ballun ġox-xibka, iżda kien f 'pożizzjoni ta' offside. Floriana ma damux ma wieġbu, u Amadou Samb kellu ċans tajjeb li jitfa' lil Floriana wieħed minn fuq, iżda d-daqqa ta' ras tiegħu ġiet milqugħa b'mod stupend minn Andrew Hogg. Minuta biss wara, Hibernians ħarbu b'kontrattakk, iżda Renan Telles Pimenta ma rnexxielux japprofitta għal kollox, meta x-xutt tiegħu mar kompletament barra. L-akbar ċans għal Floriana wasal fit-68 minuta, meta Andrè Scicluna b'azzjoni personali rnexxielu jitfa' cross insidjuż fil-kaxxa, iżda b'mod sorprendenti, Steve Pisani, tefa' 'l bogħod minkejja li kien ftit metri 'l bogħod mil-lasti ta' Hibernians. Il- Pawlisti wkoll setgħu marru minn fuq, meta xutt ta' Jackson Lima ġie devjat minn Jurgen Degabriele, iżda ma rnexxielux iqarraq b'Justin Haber li laqa' eżatt minn fuq il-linja. Floriana - Haber, Scicluna, Monticelli, Pepe, Borg (Pisani 66'), Vella, Pisani, Cini, Samb, Chiesa, Camenzuli (Fontanella 89') Hibernians - Hogg, Soares (Pearson 67'), Dias, Lima, Kristensen, Da Silva Pereira, Telles Pimenta, Degabriele, Mbong, Varea (Vella 71'), Agius Referi - Glen Tonna Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016 | illum Sports 33 JHONNATTANN BENITES DA CONCEICAO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fis-27 ta' Ġunju 1989 fil- Brażil. Fil-passat riċenti lagħab ukoll ma' Birkirkara. Valletta jirritornaw għar-rebħ biex jieħdu ftit nifs JACKSON LIMA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fid-9 ta' Lulju 1982 fil- Brażil, u għandu 34 sena. Huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin li ġew jilagħbu f 'Malta f 'dawn l-aħħar snin. L-ebda rebbieħ bejn Floriana u Hibernians Ritratt: Christine Borg Ritratt: Dominic Borg Ritratt: Dominic Borg Federico Matias Falcone jikkontrolla l-ballun segwit minn Souleymane Diamoutene Jackson Lima segwit minn plejer ta' Floriana Ritratt - Chrissie's Photography

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2016