Illum previous editions

ILLUM 16 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/739029

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 39

Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016 | illum 'BirdLife Malta mill-Gvern reġgħu nbnew fuq is-disinji oriġinali ta' żmien l-Ingliżi li kienu bnewhom fis-seklu tmintax għall-produzzjoni tal-melħ, b'waħda minnhom isservi bħala ċ-ċentru tal- viżitaturi. Jinkludi wkoll il-binja magħrufa bħala r-Ridott ta' Ximenes (fortizza żgħira bla swar iżolata) li nbniet fl-1715/16 tul ir-renju tal-Gran Mastru Perellos bħala parti mill-istrateġija tal-Kavallieri għad-difiża tal-Gżejjer Maltin permezz tal- bini ta' fortifikazzjonijiet kostali. Aktar tard fis-seklu tmintax parti mir-ridott inbidlet f 'maħżen għall-melħ u l-Gran Mastru Ximenes kabbar il-binja għal dan il- għan. Fil-messaġġ tiegħu għall- okkażjoni, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil- Klima Josè Herrera qal li llum il-Gvern qed jibgħat sinjal ieħor pożittiv, li jemmen bis- sħiħ fl-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu b'risq l-ambjent f 'pajjiżna. Hu qal li qed terġa' tinkiteb l-istorja bħalma gvernijiet preċedenti kitbu l-istorja 30 sena ilu meta għaddew lil din l-istess għaqda t-tmexxija tar-riservi naturali tal-Għadira u tas- Simar. Huwa kompla jgħid li BirdLife Malta tul is-snin tat turija li hija kompetenti u professjonali biex tmexxi proġetti ta' natura nazzjonali. Il-Ministru Herrera ħabbar li fil-jiem li ġejjin se jkunu qed jiġu organizzati sensiela ta' attivitajiet biex dan il-post isir destinazzjoni popolari mal-Maltin u l-barranin. Min-naħa tiegħu, il- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi spjega li l-proġett ta' riabilitazzjoni tas-Salini kien proġett parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, taħt il-Fond Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali 2007-2013 – 'Konservazzjoni tal-Wirt Naturali u Kulturali' proġett li ġie jiswa €7miljun u li huwa mifrux fuq 154,000 metru kwadru. Huwa qal li f 'dawn l-aħħar tliet snin, il-proġett ingħata spinta kbira. It-tim li ħadem fuq dan il-proġett għamel xogħol kbir, fejn sar ir-restawr tas- salini, ir-restawr tal-Ximenes u l-fougasse li kien instab mirdum, il-bini mill-ġdid tat-tliet strutturi tal-injam (huts) li kienu ddeterjoraw għalkollox u reġgħu nbnew b'mod li jirrispettaw l-ambjent tal-madwar, ir- riabilitazzjoni tal-bur mielaħ (salt marsh) kif ukoll it-tindif tax-xagħri. Il-Ministru temm jgħid li l-iskop kollu wara dan il-proġett huwa biex is-sengħa tal-produzzjoni tal-melħ terġa' tieħu l-ħajja u l-post jinbidel f 'ċentru ta' attrazzjoni għall-Maltin u turisti, biex japprezzaw il- potenzjal naturali, kulturali u arkeoloġiku li dan il-post joffri. Il-Kap Eżekuttiv ta' BirdLife Malta Mark Sultana qal li din hija turija oħra ta' fiduċja mill- Gvern f 'BirdLife Malta, fiduċja li l-NGO tapprezzaha u tilqagħha bir-responsabbiltà kollha li ġġib magħha. Hu appella biex nieħdu ħsieb il-ftit ambjent naturali li għandna u biex inkomplu naħdmu biex il-kuxjenza ambjentali f 'pajjiżna tibqa' tiżdied. Filwaqt li qal li BirdLife Malta mhix se toqgħod lura milli tikkritika kull fejn ikun hemm bżonn imma wkoll lesta tkompli taħdem id f 'id mal-gvern biex jintlaħqu l-obbligi ambjentali ta' Malta, Mark Sultana appella wkoll lill- Gvern biex l-importanza lill- ambjent naturali toħroġ 'il barra mill-konfini tar-riservi naturali u tinfirex mal-pajjiż kollu. Il-ħsieb ta' BirdLife Malta hu li s-sit tas-Salini issa jibda jinfetaħ għat-tgawdija tal- pubbliku. L-ewwel okkażjoni li se jkollu l-pubbliku biex iżur dan il-post se tkun f 'Novembru meta hu ppjanat li s-sit jiftaħ il-bibien tiegħu waqt open weekend li se jsir apposta. Dehra minn fuq tas-sit tas-Salini

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2016