Illum previous editions

ILLUM 16 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/739029

Contents of this Issue

Navigation

Page 38 of 39

Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016 | illum Sports 39 fil-futbol mimlija sfidi u ostakli Matul il-karriera tiegħek, kif rajtu jiżviluppa l-futbol Afrikan? Rajtu jikber ħafna, fejn qabel konna b'saħħitna fiżikament, issa qed inkunu maturi anke tattikament u eventwalment il-logħba tagħna tikber. Kellek ukoll esperjenzi fis-Serie D, fosthom ma' Fidelis Andria. Fis-Serie D irbaħt il-kampjonat ukoll. Hemmhekk mort nilgħab għaliex kont extra-komunitarju u kelli nibda minn isfel. Ftit wara, mort anke mal-Lupa Roma. Minbarra l-Italja, lgħabt anke ġol- Bulgarija ma' Levski Sofia. Dik kienet esperjenza oħra importanti għalija, għaliex Levski Sofia huwa tim importanti ħafna hemmhekk, fejn konna ġejna t-tielet. Sfortunatament, fallew issa, però r-rikordji sbieħ hemm jibqgħu. Matul is-sena li għaddiet, kellek esperjenza ma' Pescara. X'inhuma r-rakkonti tieghek? Ma' Pescara kont diġà ftit staġuni qabel, fejn bħala kowċ kelli lil Eusebio Di Francesco. L-istaġun li għadda kelli lil Massimo Oddo, fejn kien avviċinani sabiex ningħaqad miegħu fl-aħħar, bil-għan li jitilgħu Serie A. Sfortunatament, ma komplejtx magħhom għaliex probabbli, fis-Serie A, riedu jibqgħu bl-istess tim li bdew bih l-istaġun li għadda. Ma' Pescara kellek miegħek lil Gianluca Lapadula. X'tirrakontalna fuqu? L-ewwelnett nispera li jmur tajjeb ma' AC Milan, għaliex huwa persuna brava, serju u professjonali ħafna u nemmen li kapaċi jasal 'il quddiem. Fost il-ħafna kowċis li kont magħhom, min kien l-iżjed importanti għalik? Personalment, minn kull wieħed tgħallimt ħafna fosthom ZdenekZeman, Serse Cosmi, Luciano Spalletti u oħrajn. Dejjem trid titgħallem minn ta' fuqek. Għandek ħsieb li tirritorna man- nazzjonal tal-Mali? L-ewwelnett nixtieq li l-Mali jkomplu jikbru kalċistikament u eventwalment, nixtieq li nerġa' nirrapreżentahom. Niġu issa għal Malta. Kif bdiet it-trattativa bejnek u bejn Gżira United? Bażikament, il-prokuratur tiegħi kien qed jirċievi xi offerti peressli kont wieqaf u fost dawn kien hemm il-Gżira. Qabel ġejt Malta, saqsejt jekk il-proġett ta' Gżira United huwiex serju u kif rajt b'għajnejja, ma ħsibtiex darbtejn biex niffirma ma' dan it-tim. Fil-ftit żmien li ilek Malta, kif tqis il-livell tal-futbol Malti? Inħoss li huwa ta' livell tajjeb, bi plejers importanti u hawn timijiet ta' ċertu isem u importanza fix-xena domestika u għalhekk nemmen li għandu potenzjal. X'inhuwa r-rapport tiegħek mal- kowċ Branko Nisevic? Huwa kowċ bravu u serju, jitkellem ħafna magħna jiġiferi nkunu nafu fejn qegħdin miegħu. Kif jgħidu bit-Taljan huwa persuna in gamba! X'inhuwa l-objettiv ewlieni ta' Gżira United għal dan l-istaġun? Bażikament aħna nippreaparaw għal-logħba wara l-oħra u wara naraw fejn naslu. J'alla naslu 'l bogħod kemm jista' jkun matuldan l-istaġun! X'tikkummenta fuq il-President ta' Gżira United, Sharlon Pace? Huwa President ta' ċertu stoffa u serju ħafna. Saħansitra ġie jilqagħni l-ajruport, li mhux ħaġa solita għall- President. Kif addattajt għall-ħajja ġewwa Malta? Malta huwa pajjiż trankwill, fejn tista' tissetilja malajr u hawn il-baħar ukoll, li lili jogħġobni ħafna. L-uniku difett li hawn għalija huwa dak li s-sewqan huwa 'l kontra tal-Italja. Għaddi messaġġ finali lejn iż- żgħażagħ li jixtiequ jilgħabu din il-logħba. Iridu jkunu professjonali ġewwa u barra l-grawnd, għaliex huwa importanti li tkun professjonali sabiex tavvanza fil-karriera tiegħek. Ritratti: Chris Mangion Twieled il-Mali fit-30 ta' Jannar tal-1983. Kien plejer ferm importanti tat-tim nazzjonali tal-Mali. Għamel karriera ta' suċċes fl-isport li tant iħobb fosthom fis-Serie A fl-Italja ma' timijiet bħal Roma u Lecce, u li għeleb diversi sfidi u ostakli tul il-perkors tiegħu fil-futbol. Matul dan l-istaġun beda avventura ġdida f 'pajjiżna ma' Gżira United fil-Kampjonat Premier. SOULEYMANE DIAMOUTENE "L-esperjenza tiegħi ma' Roma kienet waħda indimentikabbli, fejn irnexxieli nilgħab fil-UEFA Champions League, li kienet ħolma għalija sa minn meta kont għadni tifel"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2016