Illum previous editions

ILLUM 16 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/739029

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 39

Aħbarijiet 15 Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016 | illum b'saħħtu… Filwaqt li l-anoressija hija aktar faċli biex tinduna biha, minħabba li l-persuna li tkun tbati minnha tkun tidher eċċessivament irqiqa u mhux f 'saħħitha, il-bulimia hija ħafna aktar difficli biex tidentifika għax l-effetti fiżiċi jdumu ħafna ma jidhru. Dan għaliex min ikollu l-bulimia, bil-kuntrarju tal-anoressiċi li ma jieklu xejn, ibati minn attakki ta' aptit li jiffanga fl- ikel u jagħmel dak li jissejjaħ 'binge eating', biex wara ftit, jisforza lilu nnifsu jtella' dak kollu li jkun kiel. Fuq perjodu ta' żmien, dan il-proċess jagħmel ħsara lis-sistema diġestiva tal-vittma, il-griżmejn u anke s-snien. L-anoressija u l-bulimia huma l-aktar komuni fost in-nisa Minħabba li fis-soċjetà moderna, ħafna żgħażagħ, speċjalment tfajliet, jidolizzaw atturi, kanatanti u mudelli popolari, u l-media soċjali żżid pressjoni biex tidher sabiħ, irqiq u sexy fis-selfies li taqsam mad- dinja kollha fuq l-internet, il-bulimia u l-anoressija, speċjalment fi tfajliet ta' bejn is-16 u t-18-il sena, saru żewġ kundizzjonijiet komuni ħafna b'riżultat tal-ansjetà u dipressjoni li din il-pressjoni li tkun irqiqa u sabiħa qed iġġib fuqhom. Malta għandha l-ogħla rata ta' tfal obeżi minn 40 pajjiż fl-Ewropa Stastistika allarmanti turi li t-tfal Maltin huma l-aktar obeżi minn 40 pajjiż Ewropew li ħadu sehem fi stħarriġ uffiċjali. F'Dar Kenn Għal Saħħtek jiġu trattati adulti u anke żgħażagħ bi problemi ta' obeżità, li ħafna drabi tkun ilha ġejja minn meta l-persuna tkun għadha żgħira, u għalhekk, qal Dr.Grech, huwa tajjeb li l-obeżità tiġi indirizzata sa minn età żgħira permezz ta' edukazzjoni u għarfien dwar il-kundizzjoni u l-effetti negattivi li tħalli fuq il-kwalità tal-ħajja tal-individwu, kemm fiżikament, psikoloġikament u soċjalment. L-obezità tkun ilha ġejja minn meta l-persuna tkun għadha żgħira Libjan jammetti li seraq minn dar fil-Gzira RAĠEL ta' 42 sena residenti l-Gżira ntbagħat sitt xhur ħabs u tpoġġa taħt kura psikjatrika wara li ammetta akkużi ta' serq aggravat dalgħodu. Khalid Al Bizanti mil-Libja deher quddiem il-maġistrat Joe Mifsud, akkużat b'serq aggravat. L-ispettur Mark Mercieca spjega fil-Qorti kif l-imputat kien suspettat li seraq diversi oġġetti minn residenza ġewwa l-Gżira, fl-ewwel ta' Lulju din is-sena. Al Bizanti kien ukoll mixli li kien riċediv, minħabba li hu kien instab ħati ta' reat ieħor fl-2007. L-imputat ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u ngħata sentenza ta' 6 xhur priġunerija, wara li l-qorti ħadet il-kooperazzjoni u assistenza tal-imputat fl-investigazzjonijiet tal-pulizja in konsiderazzjoni. Inħareġ ukoll ordni ta' trattament, minħabba li x'aktarx Al Bizanti kien qiegħed ibati minn problemi psikjatriċi, bil-maġistrat jordna lill- awtoritajiet tal-ħabs jagħmlu l-arranġamenti neċessarji għat- trattament ta' Al Bizanti. Somalu jisraq 15-il saqqu minn Ħal Far biex jixtri x-xorb RAĠEL mis-Somalja li seraq 15-il saqqu miċ-ċentru miftuħ ta' Ħal-Far, biegħhom, u nefaq il-flus li daħħal mill-bejgħ fix-xorb, ingħata sentenza ta' ħabs. Abdul Nasir Abdullahi ta' 26 sena, minn Mogadishu, tressaq quddiem il-maġistrat Joe Mifsud fuq akkużi ta' serq aggravat, għamel dannu fuq propjetà ta' ħaddieħor, reċidiva u dħul bla permess fi proprjetà privata. Abdullahi ddikjara li jgħix f 'tinda f 'Ħal Far u li ma kellux xogħol. Il-prosekuzzjoni, immexxijia mill-ispettur Charlotte Curmi, spjegat li Abdullahi – li kellu kundanni ta' ħtija preċedenti, kien ġie arrestat wara li seraq 15-il saqqu miċ-ċentru u li biegħhom. L-imputat ammetta l-akkużi mal-ewwel. Il-maġistrat Mifsud, wara li wiżen l-ammissjoni bikrija mal-fatt li l-ħati kien riċediv ta sentenza ta' sena ħabs effettivi, tah sentenza ta' ħabs. Dr. Martin Fenech deher għal Abdullahi bħala l-avukat tal- għajnuna legali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2016