Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/739029
FL-EWWEL intervista tiegħu mal-ILLUM, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jiċħad b'qawwa kollha dawk li jsejjaħ 'insinwazzjonijiet' fuq il-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami u jagħmilha ċara li filwaqt li se jistenna l-eżitu tal-inkjesta mħabbra mill-Gvern, hu sema' lil Fenech Adami u se joqgħod fuq l-ispjegazzjoni li tah. Busuttil kien qed jirreferi għal storja li dehret il-Ħadd li għadda fuq il-gazzetta MaltaToday u li rrapurtat kif investigazzjonijiet tal-Pulizija f 'Jannar 2013, li qajmu suspetti ta' ħasil ta' flus mill- kumpanija CapitalOne, kienu mwaqqfin. Fenech Adami kien wieħed mid-diretturi ta' din il-kumpanija li toffri servizzi fiduċjarji. NEWSPAPER POST Nr 522 • 16 ta' Ottubru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Souleymane Diamoutene Ara paġni 38 u 39 ILLEGALI Baġit 2017: Għada jitħabbar li minn Jannar se jsir illegali li tpejjep fil- karozza fil-preżenza tat-tfal minn Albert Gauci Cunningham MILL-EWWEL ta' Jannar li ġej se jsir illegali li tpejjep fil-karozza, jekk fl-istess karozza jkun hemm ukoll it-tfal. Din il-miżura se titħabbar għada mill-Ministru Edward Scicluna fid-diskors tal-baġit wara insistenza mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne. Din il- leġiżlazzjoni, li mistennija tqajjem ħafna diskussjoni fil-pajjiż, diġà teżisti f 'numru ta' pajjiżi Ewropej oħrajn fosthom fir-Renju Unit, l-Olanda, l-Irlanda u Ċipru. Din il-miżura se tkompli l-ġlieda kontra t-tipjip passiv, speċjalment fid-dawl ta' żieda fl-inċidenza ta' problemi respiratorji fit-tfal u fl- adolexxenti. Intant l-ILLUM tista' tiżvela wkoll li għada fid-diskors tal- Baġit għas-sena 2017, il-Ministru Scicluna se jkun qed iħabbar żieda fis-sussidji li jingħataw lil persuni li qegħdin f 'kirjiet privati, miżura proposta mill-Ministru għall- Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia bħala parti minn strateġija iktar fit-tul biex tkun indirizzata l-problema tal- housing. Apparti li se jkun qed jiżdied is-sussidju, li bħalissa jlaħħaq it-€83 fix-xahar, se jkun qed jitwessa' n-numru tal-benefiċċjarji tal-istess sussidju. X'nafu mill-Baġit s'issa? • Se tiżdied il-Pensjoni tad-Diżabbiltà u tibqa' tiżdied sakemm tilħaq il-paga minima • Jogħlew u jitwessgħu s-sussidji lil dawk li jikru mill-privat (bħalissa €82 fix-xahar) • Minn Jannar: Illegali li tpejjep fil-karozza fil-preżenza tat-tfal • Pazjenti bid-dijabete jerġgħu jingħataw il-benefiċċji tal-kartuna r-roża • Żieda ta' €1.75 f 'kumpens għall-Għoli tal-Ħajja (COLA) • Għajnuna fil-forma ta' 'mentoring' lill-familji fil-bżonn Tkompli f 'paġna 6 'Beppe ċaħad l-allegazzjonijiet u jien se noqgħod fuq il-kelma tiegħu' Ara paġni 12 u 13