Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/739029
Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016 | illum Jien qatt ma nistennih, meta jiġi, jiġi… jgħidu huma. Imbagħad naraw wara li joħroġ. Jien nixtieq li kieku jiżdiedu l-pagi, u l-pensjoni. Li nieħdu dak li għandu jagħtina… hekk suppost almenu. Jekk wieħed għandu jistenna xi ħaġa, għandha tkun naqra aktar ġid, ħa nkunu aħjar milli qegħdin. Jiena nippretendi li jagħti żieda lilna l-pensjonanti. Nippretendi aff arijiet tajbin li jista' jagħmel dan il-Gvern għalina, bħalma' wara kollox ,diġà qed jagħmel, sa fejn naf jien. Għalija hekk għandu jkun il-baġit. Tajjeb kieku jżid naqra lill-anzjani. Naqra oħra. M'iniex ngħid li qegħdin ħażin, imma dejjem aħjar jekk ikollna naqra oħra. Barra min hekk, ma nixtieq xejn aktar għax ma jonqosni xejn. Din id-darba aff arijiet sbieħ qed nistenna mill-baġit, aktar mis-sena l-oħra, fejn żidilna l-pensjonijiet lilna l-anzjani, u għaldaqstant m'għandniex xi ngergru. Bħalissa għandna nirringrazzjaw 'l Alla li għaddejjin tajjeb; il-ħajja mhux għolja. Eżempju raħħsilna l-gass, li minn €22 issa qed nixtrih €15, u raħħsilna d-dawl ukoll. Kambjament kbir għalija u kuntenta ħafna. Winslow Agius – Żabbar Joseph Scerri – Fgura Martin Pace – Iklin Annie Agius – Bormla Marianne Buhagiar – Żabbar Marianne Zammit – Bormla L-aqwa l-flus fil-but… minn Ruben Anthony Xuereb REĠA' wasal il-baġit… u bħal kull sena fuq fomm kullħadd ikun hemm diskors ta' tama, u speranzi għal miżuri li jkunu se jaffetwaw lill-poplu b'mod pożittiv. Għax minkejja kull miżura li jagħmel il-Gvern, jew jipproponu l-Oppożizzjoni u l-unions, fl-aħħar mill- aħħar, l-aktar ħaġa li timporta lill-poplu huwa l-but; x'jista' jdaħħal aktar, u fuq xiex se jonfoq inqas. Din id-darba n-nies qed jistennew ħafna, u bir-raġun. Hemm tliet fatturi li qed jikkontribwixxu għal dan, li huma : Ekonimija b'saħħitha, il-fatt li kull baġit li sar minn dan il-Gvern kien nieqes minn miżuri ta' awsterità u l-fattur politiku, jiġifieri li bdejna resqin lejn elezzjoni ġenerali. Din is-sena, l-magna tal- propoganda tal-Gvern kienet iffukata kważi esklussivament fuq it-titjib ekonomiku li qed jara pajjiżna. Naqas il-qgħad, naqas id-defiċit u żdied il-ġid, mela allura n-nies issa qed jistennew li huma jibdew realment iħossu minn dan it- tkabbir ekonomiku. Kuntrarjament għal kif stajna konna mdorrijin f 'baġits passati, il-baġits li saru minn dan il-Gvern kienu neqsin minn taxxi u awsterità. F'dan is-sens, in-nies qed jistennew li l-baġit t'għada se joffri kontinwità. Imma, b'elezzjoni daqs sena u nofs oħra u bis-sondaġġi juru tnaqqis serju fl-appoġġ għall- Partit Laburista, iktar u iktar jisparixxi kull dubju li fil-baġit li ġej il-Prim Ministru Muscat flimkien mal-Ministru tal- Finanzi se jroxxu, fuq li jroxxu, fuq li jroxxu… L-ILLUM niżlet fil-monti tal- Birgu u staqsiet lin-nies x'qed jistennew minn dan il-baġit… Reġa' wasal il-baġit… Qed jgħidu li din is-sena se jkun tajjeb! U n-nies x'jaħsbu? L-ILLUM tinżel il-monti tal-Birgu u tistaqsihom x'qed jistennew Il-baġit t'għada se jkun tajjeb jew ħażin? Kollox jorbot mal-but Ma tantx nistgħu ngħidu x'nippretendu jew nixtiequ bħalissa. Meta joħroġ u jiġi ppubblikat, nitkellmu… jekk hux tajjeb jew ħażin. Jiena pensjonant, jekk toħroġ xi ħaġa favurija 'well and good', u jekk toħroġ xi ħaġa kontrija, ħażin hux, imma m'hemmx ħafna x'nista' nagħmel dwaru. Jiena din is-sena nippretendi li ġej baġit tajjeb, għax s'issa dak li wiegħed dan il-Gvern, dejjem wettqu. Jiena qed nistenna baġit tajjeb, fejn itina ż-żieda. Tal-inqas hekk qed jgħidu. Jien personalment għalija ma nixtieq xejn partikolari, aktar għat-tfal li nixtieq. Edward Anastasi – Birgu Violet Ciantar – Isla Josephine Cassar – Birgu