Illum previous editions

ILLUM 16 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/739029

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 39

Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016 | illum is-sena l-oħra u x'wettaq s'issa Prekarjat L-ewwel dar ... bla boll Inqas taxxa tad-dħul... speċjalment għall-plejers Żieda lil 12,000 pensjonant Sptar ġdid tad-Dermatoloġija Għotja ġdida għall-istudenti tal-ITS Ma mortx il-Parlament?... Ma titħallasx X'wiegħed? Għall-ewwel darba ħaddiema li jaħdmu b'kuntratt mas-settur pubbliku u li l-kuntratt tagħhom skada jew kien jiskadi matul din is-sena jibdew igawdu salajru simili għal dawk li jaħdmu direttament mal-Gvern. X'wettaq? Il-Gvern wettaq din il-miżura u persuni li jaħdmu f 'entitajiet tal-Gvern b'kuntratt illum jaqilgħu l-istess paga daqs ħaddiema direttament impjegati mill-Gvern. X'wiegħed? L-eżenzjoni mill-boll għall-First Time Buyers se tiġi estiża...sabiex iż-żgħażagħ jiffrankaw sa €5,000. X'wettaq? Il-Gvern kompla din l-iskema li tat imbuttatura kbira lis-settur tal- proprjetà. Hemm dubji iżda, kif żvelat l-ILLUM ukoll, jekk din hux se tiġġedded, minħabba li tista' qed twassal għal żieda fil-prezzijiet tal-proprjetà. X'wiegħed? Kull min ma gawdiex mit-tnaqqis fit- taxxa tad-dħul ta' sentejn ilu se jgawdi issa. X'wettaq? Daħlet din il-miżura u għalhekk il-minimu li fuqu ma jitħallasx taxxa żdied għal €9,100 għal individwi u €12,700 għal koppja miżżewġa. Plejers u sportivi bdew iħallsu biss rata ta' taxxa ta' 7.5%. X'wiegħed? Mill-1 ta' Jannar 2016, 12,000 anzjan se jgawdu minn żieda fil-pensjoni ... anzjani 'l fuq minn 75 sena jirċievu għotja ta' €300 fis-sena. X'wettaq? Iż-żieda daħlet kollha fis-seħħ f 'Jannar u kienet tfisser żieda ta' €8.92 fil-ġimgħa għal dawk ta' 75 sena 'l fuq u ta' €8 fil-ġimgħa għal dawk taħt din l-età. L-għotja ta' €300 ingħatat kollha fi Frar li għadda. X'wiegħed? Jiġi żviluppat ċentru ġdid tad-dermatoloġija bi 12-il sodda inpatient. X'wettaq? Il-biċċa l-kbira tas-sena saru diskussjonijiet u mhux wisq aktar. Imma fl-aħħar xhur ta' din is-sena mistennija tibda t-tħejjija ta' disinji u pjanti għal dan il-proġett li mistenni jkun inkorporat fil-proġett ta' San Luqa. Dwar dan il-proġett l-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-permess għal dan l-isptar ta' rijabilitazzjoni. X'wiegħed? Mis-sena skolastika li jmiss il-Gvern se jibda joffri €233 f 'għotja lill-istudenti tal-ITS. X'wettaq? L-ewwel għotja ngħatat fl-aħħar tas-sena li għaddiet u t-tieni għotja fil-bidu tas-sena skolastika li bdiet dan ix-xahar. X'wiegħed – Mis-sena d-dieħla l-onorarja tal-MP tibda titħallas pro rata, skont l-attendenza. X'wettaq? - Din il-miżura daħlet fis-seħħ u diġà kien hemm numru ta' Deputati li tnaqqsitilhom l-onorarja minħabba li m'attendewx. Naturalment din il-miżura miftuħa għall-interpretazzjoni. Jekk tidħol il-Parlament, tgħid kelma u tlebbet 'l barra tiġi 'attendejt' ukoll! Biex il-wild ma jkunx ta' piż Park Nazzjonali fin-nofsinhar L-iskola ta' Barts f 'Għawdex Proprjetà mitluqa? Ħallas! X'wiegħed? Id-dħul tat-tfal, meta jgħixu mal-ġenituri tagħhom li jkollhom mard jew diżabilità u ma jkunux jistgħu jaħdmu, ma jibqax ikun ikkunsidrat għat-test tal-mezzi. Se jgawdu mal- 2,000 familja. X'wettaq? Il-miżura bdiet taħdem immedjatament u għadha qed titħaddem. Għalhekk dawn il-familji qed jiffrankaw €16.30ċ fil-ġimgħa. X'wiegħed? Jinbdew xogħolijiet biex ikun żviluppat park ġdid fin-nofsinhar ta' Malta ...fin- naħa tal-Għassa tal-Munxar u tul il-kosta bejn iż-Żonqor f'M'Skala u x-Xgħajra. X'wettaq? Din iż-żona għadha ma saritx park. Imma twaqqaf Steering Comittee, saret konsultazzjoni ma' tliet kunsilli lokali u iktar tard din is-sena l-Ministru Josè Herrera għandu jippublika avviż legali, biex it-tali art issir park. X'wiegħed? Il-kampus Barts f 'Għawdex mistenni jiftaħ il-bibien f 'Settembru 2017 u jilqa' fih 300 student. X'wettaq? Ġew rilokati ċerti servizzi mill-isptar, saret applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar u mistenni jibda t-twaqqigħ tal-bini u jiġi ppreparat is-sit tal- iskola biex tibda l-kostruzzjoni. Dan tal-aħħar se jibda fiż-żmien li ġej. X'wiegħed? Jiġi stabbilit obbligu fil-liġi li proprjetà tinżamm fi stat tajjeb. X'wettaq? Ħarġet White Paper li għadha qed tkun diskussa. Lil hinn mill-karta, l-Awtorità tal-Ambjent u Riżorsi diġà ħarġet twissijiet għas-sit tal- Jerma u l-Mistra Village. Bosta siti oħrajn iżda, għadhom qed ikerrhu u jipperikolaw diversi żoni pubbliċi u f 'xi każi, żoni ċentrali wkoll.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2016