Illum previous editions

ILLUM 16 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/739029

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 39

illum | Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016 Aħbarijiet 8 Baġit 2017: X'wiegħed is-sena L-ILLUM tagħti ħarsa lejn uħud mill-wegħdi li saru l-baġit tas-sena l-oħra u x'sar minnhom s'issa... minn Albert Gauci Cunningham ILBAĠIT illum sar parti minn eżerċizzju glorifikat ta' public relations għall- Gvern li jippreżentah. Eżerċizzju illi fih, apparti l-istampa ta' fejn sejjer il-pajjiż ekonomikament u finanzjarjament, tkun elenkata lista sħiħa ta' wegħdi li wara kulħadd jixtarr, ifaħħar jew imaqdar, jiddiskuti u fl-aħħar tal- ġurnata jinsa'. L-ILLUM qabdet id- dokument ippreżentat lill-midja aktar kmieni din il-ġimgħa mill-Kap taċ- Ċivil u tat ħarsa lejn diversi miżuri, wegħdi u proġetti li ssemmew fl-aħħar baġit u jekk dawn twettqux jew jekk baqgħux fuq l-ixkaffa. Impjant tal-gass Stipendji lil studenti maturi Kreditu ta' taxxa għal trasport lejn il-post tax-xogħol Minn Tas-Sliema għal Marsamxett Bini ġdid għall-Qorti t'Għawdex Proġett Pjazza San Franġisk, Għawdex Il-White Rocks u Ta' Qali 'Child care centres' Xogħol abbużiv lill-immigranti Proġetti ta' manutenzjoni u skejjel ġodda Terminal tal-Cruises f 'Għawdex X'wiegħed? Is-sena d-dieħla l-pajjiż se jkollu Power Station taħdem bil-gass. X'wettaq? Il-pajjiż għad m'għandux Power Station taħdem bil-gass, imma jinsab qrib ħafna. Din il-ġimgħa stess daħal it-tanker li se jissuplixxi l-provvista tal-gass wara t-tlestija tal-ewwel fażi tal- impjant minn Siemens. S'issa tlestiet ukoll il-fażi tal-proċess tal-qalba tal-gass f 'Delimara 3 u se tibda t-tieni fażi tal-proġett mal- finalizzazzjoni ta' Delimara 4. Se tkompli tiżżarma l-Power Station tal-Marsa, proċess li beda f 'Ġunju ta' din is-sena. X'wiegħed? Studenti li jiġu aċċettati taħt il-klawsola tal-maturità se jitqiesu bħala studenti bil-kwalifiki kollha meta japplikaw għall-istipendju X'wettaq? Bejn Jannar u Marzu bdew ħerġin l-ewwel ħlasijiet ta' stipendju għal studenti maturi. Dan l-istipendju, jingħaqad mal-ħlas li beda jsir lura fl-2014 lill- studenti li jirrepetu sena. B'kollox il-Gvern ħareġ €1.8 miljun għal dan l-aħħar tip ta' stipendju. X'wiegħed? TM ma' Malta Enterprise se tidħol f 'diskussjonijiet ... biex indaħħlu sistema ta' inċentivi għal dawk il-postijiet tax-xogħol li joffru trasport lill-ħaddiema. X'wettaq? Sar ftit li xejn tanġibbli. L-ewwel sitt xhur tas-sena kienu ddedikati kollha biex jitlesta kwestjonarju. Imbagħad fl-aħħar tliet xhur tnieda l-kwestjonarju. Imma l-kreditu tat-taxxa għadu ma ngħatax. X'wiegħed? Permezz tal-proġett 'Connections'...se naraw li t-trasport minn u lejn il-Belt Valletta u minn Tas Sliema u n-naħa t'isfel tal-pajjiż isir aktar aċċessibbli. X'wettaq? Biex tmur minn Tas-Sliema għall-Belt għadek trid issuq, jew taqbad il- vapur. Imma l-Gvern ħareġ sejħa, għażel l-offerent preferut (AX Holdings) u saru diskussjonijiet miegħu u ma' diversi awtoritajiet. Mistennija żjara mill- UNESCO wkoll dwar il-proġett. Għalissa imma, se tibqa' ssuq jew issalpa biex tmur minn Tas-Sliema għal Marsamxett! X'wiegħed? Wara konsultazzjoni mal-MEPA, saru pjanti ġodda li jakkomodaw aħjar dan l-iżvilupp. X'wettaq? Ġie ffinalizzat u approvat id-disinn tal-bini , ħarġu l-permessi u se tkun ppubblikata sejħa għall-offerti għall-bini ta' parkeġġ. Qed jingħad li l-post fejn hemm il-Qorti llum fiċ-Ċittadella, se jsir boutique Hotel. X'wiegħed? Riġenerazzjoni ta' Pjazza San Franġisk li tinkludi parkeġġ ewlieni fir-Rabat Għawdex. X'wettaq? Ħarġet sejħa għall-offerti għall-iskavar, sar l-iskavar, beda x-xogħol tal-kostruzzjoni u beda x-xogħol fuq it-taraġ li se jgħaqqad Pjazza San Franġisk mal-venda. Dan it-taraġ se jiswa' mal-€1 miljun hekk kif, l-ILLUM żvelat kif esproprijazzjoni lill-Franġiskani waħedha se tiswa €720,000. Din is-sena jitlesta x-xogħol ta' kostruzzjoni u joħorġu tenders għal xogħolijiet ta' finishing. Il-proġett se jiswa €3 miljuni b'kollox. X'wiegħed? Il-Gvern wiegħed li matul l-2016 ikompli l-proċess biex dawn iż-żewġ proġetti, mwegħdin għal snin twal minn Gvern Nazzjonalista, jsiru realtà. X'wettaq? Dwar il-White Rocks intagħżel l-offerent preferut u mistenni jibdew id-diskussjonijiet miegħu fil-ġimgħat li ġejjin. Il-proposta hija ta' vilel u lukandi fi żvilupp esklussiv. Dwar il-Villaġġ ta' Snajja f 'Ta Qali ngħata l-approvazzjoni għal finanzjament Ewropew, ġie ppubblikat tender u sal-aħħar tas-sena se jintagħżel il-kuntrattur preferut. X'wiegħed? Hu ppjanat li jinfetħu 'Child care centres' ġodda f 'Ħaż Żebbuġ, San Ġiljan u M'Skala. X'wettaq? Ta' Ħaż Żebbuġ wasal biex jitlesta hekk kif spiċċa x-xogħol infrastrutturali. Ix-xogħol fuq dak ta' San Ġiljan għadu se jibda u ta' Marsaskala għadu fi stadju ta' tender. Iċ-ċentru ta' M'Skala se jkun parti mill-bini ta' skola ġdida. X'wiegħed? Qed jiġi studjat il-kunċett ta' 'Immigration Work Office' bl-iskop li jkun imnaqqas l-għoti tax-xogħol irregolari lill-immigranti. Il-ħsieb idur ma' Public Private Partnerships b'sistema ta' work vouchers. X'wettaq? L-abbuż għadu għaddej imma l-Gvern, kif żvelat l-ILLUM aktar kmieni din is-sena, qed imexxi fuq din il-proposta. Kien imniedi dokument ta' konsultazzjoni li għalaq f 'Mejju u fix-xhur li ġejjin se jinħarġu żewġ tenders, wieħed għall-amministrazzjoni tal-uffiċċju u l-ieħor għas-sistema ta' vouchers. X'wiegħed? Estensjoni taċ-ċentru tal-Wardija, grawnd fl-iskola ta' M'Skala, skola sekondarja superjuri f 'Ħal Kirkop u Ħad Dingli, tibda l-ewwel fażi tal-iskola l-ġdida f 'San Pawl u sports track tal-iskola Nazzjonali tal-iSports. X'wettaq? L-iskejjel ta' Ħad Dingli u ta' Ħal Kirkop fetħu x-xahar li għadda u se jilqgħu l-ewwel studenti wara investiment ta' €16-il miljun. Min-naħa l-oħra sar l-iskavar u se joħorġu t-tenders għall- iskola Primarja ġdida ta' San Pawl il-Baħar, li kif żvelat l-ILLUM kienet rilokata għall-Qawra. X'wiegħed? Għaddejjin negozjati mal-konsorzju li ssottometta l-proposti tiegħu għal dan il-proġett. X'wettaq? Xejn. Għadhom għaddejjin id- diskussjonijiet. tu ta' taxxa għal trasport lejn il-post tax-xogħol

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2016