Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/739029
illum Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016 Sports 36 DWARNA ma' Mariella Dimech kull nhar ta' Tlieta fid-21:00 fuq TVM2 Hannah Pace l-quċċata tat-triathlon minn Cristian Antony Muscat HANNAH Pace, triatleta li rajniha tissemma mhux ħażin matul din is-sena, għalqet l-istaġun tat- triathlon f 'Malta b'titlu ieħor hekk kif rebħet il-Kampjonati Nazzjonali tat-Triathlon li seħħew ftit tal-jiem ilu ġewwa Baħar iċ-Ċagħaq. Pace, li zgur li m'għandha l-ebda introduzzjoni, kellha wieħed mill-aħjar staġuni fil-karriera qasira tagħha. Matul l-istaġun, Pace, rebħet il-Kampjonati tal- Middle Distance, Sprint Distance u Standard fejn ir-rebbieħa ta' din id- distanza tiġi kkonfermata Champion Nazzjonali. Ġimgħatejn wara r-rebħa tal-Kampjonat Nazzjonali tal-iSprint Triathlon, Pace kienet determinata li tagħti prestazzjoni tajba fil-Kampjonati Nazzjonali li huma l-qofol tal-istaġun tat-triathlon f 'Malta. Bil-parteċipazzjoni u l-kompetizzjoni tkun qawwija hafna, Pace kienet taf li għalkemm kienet qiegħda tagħti prestazzjonijiet tajba, il- battalja għall-ewwel post fuq il-podju kienet se tkun waħda miġġielda sew. B'determinazzjoni kbira, Pace, iddominat it-tellieqa mill-bidu nett, meta ħarġet mill-ilma b'iktar minn 40 sekonda vantaġġ fuq Margaret Seguna. Fis- sezzjoni tar-rota, Michelle Vella Wood, irreġistrat l-aħjar ħin iżda Pace uriet is-saħħa tagħha fuq il-ġirja sabiex rebħet it-tellieqa u t-titlu b' il fuq minn tmien minuti vantaġġ. Il-prestazzjonijiet tajbin ta' Pace mhumiex evidenti fix-xena lokali tat- triathlon biss iżda wkoll fil-livell internazzjonali ta' dan l-isport. Hija fil-fatt ħadet sehem fil- Kampjonati tal-Ironman 70.3 ġewwa l-Awstralja fejn kisbet it-tielet post fil-kategorija tagħha. Ta' min jgħid li l-kategorija li fiha tikkompeti Pace, jiġifieri dik li tinkludi l-etajiet ta' bejn it-18 u l-24 sena, hija waħda mill-iktar missielta, u għalhekk il-kompetizzjoni tkun qawwija ħafna wkoll. Hannah Pace kellha wkoll prestazzjoni tajba fl-Ironman 70.3 ġewwa Budapest fl- Ungerija fejn hi reġgħet rebħet il-kategorija tagħha b'titjib fil-ħin kif ukoll ikkwalifikat għall- Kampjonati Dinjija tas- sena d-dieħla. Friska mir-rebħ tat- titlu nazzjonali, Pace, ġiet mistiedna tingħaqad mat-tim Franċiż, 'Brive Limousin Triathlon', fejn ħadet sehem fil- 'Coupe de France de Duathlon'. Din it-tellieqa kienet tikkonsisti f 'time trial fejn l-atleti tat-tim setgħu jaħdmu flimkien. F'tellieqa bħal din, ikun permess id-drafting biss ma' membri tat-tim. Dan jinvolvi ħafna strateġija u tattika sabiex it-tim jibqa' flimkien. Din hija sistema diffiċli għall-fatt li għalkemm il-membri tat-tim jitilqu flimkien, it-timijiet l-oħra jitilqu f 'ħinijet differenti u b'hekk l-atleti ma jkunux jafu eżatt f 'liema stadju tat-tellieqa jkunu qegħdin fih it-timijiet l-oħra. "Id-distanza li koprejna ġewwa Franza hija iqsar minn dik li jiena mdorrija biha s-soltu, iżda din kienet waħda mill-iktar tlielaq intensivi li qatt ħadt sehem fiha fejn kellna ntellqu bl-iktar saħħa li seta' jkollna. Kien sodisfacenti ħafna li ksibna t-tieni post" stqarret Pace ma' din il-gazzetta, mal- wasla tagħha lura Malta. Pace issa mistennija tagħmel waqfa qasira qabel tibda t-taħriġ għas-sena d-dieħla, fejn apparti l-kompetizzjonijiet lokali hija mistennjia terġa' tingħaqad mat-tim Franċiż biex tikkompeti fil-Gran Prix (D1) ġewwa Franza. Din żgur li se tkun sfida qawwija għal Pace fejn huwa mistenni li l-livell ikun għoli ħafna, fejn ta' Malta ttemm fi r-raba' post NHAR is-Sibt 8 ta' Ottubru, tim mill- Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting (MWA) ħa sehem f 'kompetizzjoni internazzjonali, li kellha l-isem ta' 'Vladan Mihailovic' ġewwa Indjija fis-Serbja. It-tim Malti kien jikkonsisti minn Yazmin Zammit Stevens, Matthew Camilleri u Kyle Micallef li lkoll taw prestazzjoni tajba ħafna. Din il-kompetizzjoni rat tmien pajjiżi jikkompetu kontra xulxin li kienu s-Serbja, ir-Rumanija, it-Turkija, l-Ungerija, l-Iżrael, il-Bosnja- Ħerzegovina, is-Slovenja u Malta. Il-kompetizzjoni kienet maqsuma f 'żewġ sezzjonijiet, ranking fir- riżultati individwali u dawk milħuqa minn tim. Fl-ewwel kompetizzjoni ħadu sehem 11 -il atleta femminili, b'Zammit Stevens tikseb riżultat pożittiv ħafna. Dan hekk kif hija kisbet l-aħjar riżultat personali b'irfigħ totali ta' 159 kilo u anki rnexxielha tiżgura midalja tal-bronż fir-refa' snatch. It-tieni fl-azzjoni kien Matthew Camilleri b'irfigħ totali ta' 233 kilo, li huwa l-aħjar rizultat tiegħu f 'avveniment internazzjonali. Kyle Micallef kien l-aħħar atleta Malti li tela' fuq il- pjattaforma b'irfigħ totali ta' 269 kilo u li jammontaw għal 317 -il punt. Dan ir-riżultat kien tajjeb biżżejjed biex jagħlaq il-kompetizzjoni b'riżultati aħjar mill-atleti mir-Rumanija, il-Bosnija, is-Slovenja u s-Serbja. Il-Kompetizzjoni kienet kumbattuta ħafna u allura kienu biss l-aħħar tentattivi li ddeterminaw l-pożiżżjonijiet finali, liema pożizzjonijiet jiġu kkalkulati fuq il-piż tal- atleti. Fil-klassifika finali, it-tim Malti spiċċa fir-raba' post li jammonta għal 524 punt bl Ungerija takkwista l-ewwel post b'634 punt segwit mill- Iżrael b'610 punti u t-Turkija b'543 punt. Din il-kompetizzjoni kienet partikolarment importanti għal Zammit Stevens u Micallef hekk kif huma jinsabu fil-preparazzjonijiet finali tagħhom biex jikkompetu fil-Kampjonat tal-Commonwealth fl-aħħar ta' dan ix-xahar fil-Malasja. Din hija parti mis-serje ta' kompetizzjonijiet biex jiksbu kwalifikazzjoni għal-Logħob tal-Mediterran 2017 u l-Logħob tal-Commonwealth