Illum previous editions

ILLUM 16 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/739029

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 39

Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016 | illum Għawdex 17 Il-Hamis TVM 20:50 Ewropej għall-isport f 'Għawdex t'Għajnsielem. Staqsejt lil Joseph jekk isibx ħin għalih u għall-familja meta jrid imexxi kumpanija u jittrenja madwar 100 tifel u tifla matul il-ġimgħa. Scicluna qalli li barra li hemm kumitat jgħinu, hemm ukoll 11-il kowċ. "Mhux hekk biss, iżda jirnexxili wkoll li mmur ngħallem is-softball fl-iskejjel tal-gvern mingħajr interessi biex inħajjar aktar tfal jilagħbu din il-logħba. Għax jien nemmen li aktar ma jinħolqu timijiet madwar Għawdex, aktar it-tfal ikollhom kompetizzjoni u l-isport jikber. Dwar dak li staqsejtni, le ma nħossx li qed nonqos mill-ħin mal-familja tiegħi għax jien involvejt lil familja kollha, marti kienet tilgħab ukoll u llum tgħin fit-taħriġ u ż-żewġ uliedi jilagħbu l-baseball u s-softball. Involvejt miegħi l-familja kollha." Sadanittant, Joseph għandu ċertu ħolm għal dan il-klabb, waħda li jara l-plejers tar- Redcoats jilbsu l-flokk nazzjonali ta' Malta. Fil-fatt, ħamsa minnhom diġà lagħbu f 'partita ta' ħbiberija kontra Caserta. Jixtieq li tliet snin oħra, it-tim nazzjonali jieħu sehem fl-U/19 European Championship, u ħolma oħra li beda t-twettiq tagħha issa li l-Unjoni Ewropea aċċettat proġett imqassam fuq sentejn, li jogħla l-livell ta' dan l-isport f 'pajjiżna bil-koperazzjoni ta' klabbs barranin. Dan se jgħin mhux ftit lill-isport Għawdxi, lil dawn l-atleti Għawdxin, u lil Għajnsielem Redcoats. Joseph Scicluna fil-bidu ta' din is-sena kien mistieden mill-Gozo Sports Board sabiex jitla' Brussell biex hemmhekk ifittex u jara kif l-isport Għawdxi jista jiġi mgħejun mill-Ewropa. Din iż-żjara kienet possibbli grazzi għall- istedina minn żewġ deputati parlamentari Ewropej ġejjin miż-żewġ naħat tal-Kamra, Therese Comodini Cachia u Marlene Mizzi. Meta kien qiegħed Brussell, Joseph attenda xi laqgħat fejn ġie mgħarraf bl-Erasmus+ Sports u hemmhekk mill- ewwel moħħu beda jaħdem ħalli joħloq proġett li minnu jista' jgawdi l-isports klabb tiegħu. Għalhekk kif ġie Malta, għamel kuntatti ma' żewġ klabbs oħra tas-softball, Olympia Haarlem tal-Olanda u Klub Princ Zagreb mill- Kroazja u flimkien ħolqu proġett għal sentejn li jinvolvi bdil ta' prattiċi relevanti għal 'gender equality' fl- isport u biex jinkoraġixxu l-parteċipazzjoni ta' żgħażagħ speċjalment nisa u bniet. L-għan tal-proġett hu li jinħoloq 'network' bejn it- tliet partners fil-proġett. Se jkun hemm erba' attivitajiet transnazzjonali, li jinkludu training camp u tournament tas-softball, kif ukoll konferenza kbira bejn it-tliet partners, barra xi attivitajiet implimentati minn kull sieħeb f 'pajjiżu. Dan kollu kien possibbli billi kien hemm għajnuna mill-MEUSEC biex issir it-talba għall-fondi li kienet għal €72,000 imqassmin fuq sentejn li minnhom ingħataw €58,000 mill-fondi Ewropej li huma 80% tat-talba, l-massimu li jistgħu jingħataw. Sadanittant, il-ħolm ta' Joseph ma jieqafx hawn, iżda għandu l-akbar ħolma għal Għajnsielem Redcoats li xi darba jkollhom post fejn jilagħbu. "Għax nemmen li jekk ikollna fejn nilagħbu, nkunu nistgħu nospitaw klabbs barranin u anke nitħarrġu biex xi darba nieħdu sehem f 'kompetizzjonijiet Ewropej. Jekk ikollna l-faċilitajiet, l-isport se jikber," temm Joseph Scicluna l-isportiv li ħajtu jqattagħha joħlom u jgħix l-isport. Joseph ma' ibnu Gilbert Joseph Scicluna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2016