Illum previous editions

ILLUM 16 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/739029

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 39

minn John Busuttil META f 'Għawdex issemmi lil Joseph Scicluna, moħħok imur mill-ewwel fuq l-isport. Joseph, konsulent finanzjarju bħala professjoni, kull meta tiltaqa' miegħu, ikellmek biss fuq l-isport, fuq il-ħolm tiegħu għall- isport f 'Għawdex, dwar kif Għawdex irid ikollu programm biex iħajjar aktar tfal jipprattikaw diversi dixxiplini sportivi u mhux biss futbol għas-subien u ballet għal bniet. Joseph jemmen ukoll li ħafna klabbs, anke dawk tal-futbol għandhom jinbidlu fi sports clubs li fihom jiġu mgħallma diversi dixxiplini sportivi għax mhux kulħadd hu maqtugħ għall-futbol. Iżda għal Joseph, barra l-isport għandu għal qalbu mmens raħal twelidu, Għajnsielem. Dan ipoġġih fuq quddiem għaliex ħoloq klabb sportiv bl-isem ta' 'Għajnsielem Redcoats' għax kif jgħidu l-Ingliżi 'Charity begins at home' u fejn jidħol Għajnsielem, għal Joseph u l-familja tiegħu jagħtu ħinhom u kollox. Mhux hekk biss, iżda issa rnexxielu wkoll japplika għal proġett għal dan il-klabb li minnu ser jiġbor €58,000 minn fondi Ewropej fuq l-iskema Erasmus+ Sports. B'hekk, il-klabb tiegħu sar l-ewwel wieħed li rnexxielu jakkwista fondi Ewropej permezz tal-Erasmus+ Sports. Dan il-proġett se jsaħħaħ lir-Redcoats u jgħin lill-atleti tal-klabb biex jgħollu l-livell tagħhom. Joseph Scicluna twieled Għajnsielem fil-11 ta' Settembru 1968, 48 sena ilu. Hu miżżewweġ lil Josephine u missier Estelle u Gilbert. Kien jilgħab mal-minors ta' Għajnsielem u anke fl-Ewwel Diviżjoni Għawdxija bħala difensur ċentrali mal-istess tim. Ta' sbatax-il sena emigra flimkien mal-familja tiegħu lejn Toronto fil-Kanada fejn dam hemmhekk tmien snin sħaħ. Igradwa fil-biokimika u l-ekonomija mill-Università ta' Toronto u kompla biex gradwa mill-Università ta' Malta billi akkwista l-baċċelerat fil-Kummerċ. Dan għaliex Joseph segwa lil ħuh Loreto li ma riedx jibqa' l-Kanada għax ried jilgħab mat-tim ta' Għajnsielem. Ħuh Loreto fil-fatt kien wieħed mill-aqwa plejers li kellhom Għajnsielem u barra l-unuri li rebaħ mal-klabb, kien anke spiċċa rebaħ l-unur tal-aqwa plejer Għawdxi. "Meta telaq ħija lejn Għawdex, iddeċidejt li nirritorna wkoll lejn raħal twelidi biex bħalu nkun nista nilgħab mal-Blacks." Wara xi snin jaħdem fil-qasam finanzjarju, kien waqqaf il-kumpanija finanzjarja Scicluna Investment Services. Iż-żmien ma jistenna lil ħadd u Joseph kellu jieqaf jilgħab, "ħassejt vojt wisq f 'ħajti mingħajr ma nilgħab" u xtaq li jkun amministratur, u minn hawn bdiet l-avventura tar- Redcoats. L-oriġini tar-Redcoats u l-ħolm tiegħu għall-futur Kmieni fis-sena 2011, il- Kunsill Lokali ta' Għajnsielem kien ħareġ bi proposta ta' attivitajiet sportivi għas-sajf għal subien u bniet minn 10 snin 'il fuq. In-nursery ta' Għajnsielem ġiet mistiedna biex tidħol għal din l-attività fejn setgħu jakkwistaw fondi mis-segretarjat Parlamentari tal-Kunsilli Lokali flimkien mal-KMS bil-kunsill ta' Għajnsielem joħroġ nofs il- fondi. L-objettiv kien li jitħajru aktar tfal jipparteċipaw fi sport alternattiv mill-futbol. L-idea kienet li tiġi organizzata attività bi 15-il dixxiplina minn basketball, baseball, waterpolo, ġiri, ċikliżmu u għawm fost oħrajn għal xahar sħiħ. Joseph Scicluna ħataf din l-okkażżjoni u għen fit-tmexxija ta' dan il-proġett. L-attività rnexxiet sa ċertu punt għax ħadu sehem 40 tfal iżda tlieta biss kienu bniet. "Għax Għawdex ħafna mill- bniet imorru l-ballet u diffiċli tiġbidhom lejn xi tip ta' sport ieħor, għax f 'Għawdex l-uniku sport li kien hemm organizzat kien il-futbol u dan kien jiġbed subien biss," qalilna Joseph Scicluna. Kien għalhekk li ddeċieda li joħloq team tas-'softball' għall-bniet għax hu li għamel żmien il-Kanada, kien jaf li dan l-isport kien jiġbed ħafna interess mit-tfajliet u bniet. Din hi logħba speċi ta' baseball iżda bid-differenza li flok il-ballun jintefa bl-id minn fuq, jintefa bl-id minn taħt u għalhekk addattata iżjed għal bniet. "Barra minn hekk il-'bat' tiġbed it-tfal għax jieħdu gost jippruvaw jolqtu l-ballun. Anke li wieħed jitfa' l-ballun lill-ieħor tintgħoġob. Fil-fatt jien u ħija meta konna l-Kanada konna mmorru l-park u kienet l-hena tagħna nitfgħu l-ballun lil xulxin u nilqgħuh bl-ingwanta, u vera konna nieħdu gost. Hekk sirt inħobb dan l-isport li qabel ma kont naf xejn dwaru. Spiċċajt nara sigħat twal ta' logħbiet tat-Toronto Blue Jays fuq it- TV u tgħallimt sew ir-regoli u kif jintlagħab." Fattur interessanti hu li din il-logħba jista' jilgħabha kulħadd. Jiġifieri fit-tim jista' jkollok, bniet, subien, adulti, qosra u anke twal, għax din hi logħba li la t-tul u lanqas id- daqs ma jaffetwa. Dan il-fatt beda jiġbed aktar atleti tfal u sena wara l-parteċipanti telgħu għal 18-il tifla. Illum, dan it-tim hu l-ewwel u l-uniku tim tal-bniet ta' taħt is-17- il sena f 'Malta u Għawdex. Sadanittant, dan il-klabb ingħaqad mal-assoċjazzjoni tal-baseball u softball Maltija u l-fatt li bdew jilagħbu fil-kampjonat Malti kien eċitanti għal dawn it-tfajliet li bdew jinżlu Malta jilagħbu, u l-Maltin jmorru Għajnsielem. Tlabt lil Joseph jgħidli għaliex l-isem ta' Għajnsielem Redcoats. Għal Joseph, il-Forti Chambray dejjem kien jaffaxinah. "Kien għal dan il-għan li għażilt l-isem 'Redcoats' biex nonora lil dawk l-eluf ta' suldati Brittaniċi li kienu jgħixu għal mitt sena fil-Forti Chambray. Dan għall-fatt li kienu huma li ntroduċew l-isport tat- timijiet f 'Għawdex bħall- futbol u l-cricket, kif ukoll it-tennis u għenu mhux ftit lil Għajnsielem ekonomikament. Kien hemm relazzjoni kbira mar-raħal u huma għenu li jinbena l-karattru ta' raħal twelidi. Għalhekk ħassejt li nkunu nuru apprezzament għal dawn in-nies li tant għamlu ġid fir-raħal tiegħi billi ħadna l-laqam ta' dawn is-suldati, ir-Redcoats. Artist lokali Paul Stellini ħoloq il- logo tat-tim li jidher fuq sider il-plejers." Joseph qalilna li dan l-isport jiswa ħafna flus speċjalment l-apparat biex tibda, iżda sab għajnuna mill-Kunsill illum | Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016 Għawdex 16 Joseph Scicluna Iġib €58,000 f 'fondi Ewropej • Għajnsielem Redcoats hu l-ewwel klabb sportiv f'Għawdex li gawda minn fondi Ewropej Erasmus+ Sports • Ipprovda opportunitajiet għall-bniet biex jilagħbu sport alternattiv fi gżira fejn għalihom kien hemm biss il- ballet Ir-Redcoats waqt training camp fl-Olanda dan is-sajf Estelle Scicluna rebħet l-unur tal-aktar atleta promettenti mill-Gozo Sports Award

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2016