Illum previous editions

ILLUM 16 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/739029

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 39

illum Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016 Sports 32 minn Cristian Antony Muscat Tarxien R. ................. 1 Mosta ....................... 1 TARXIEN Rainbows u Mosta temmew il- konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1, f 'liema konfront irrenja bilanċ assolut bejn iż-żewġ timijiet rispettivi. Il-kowċ ta' Mosta Ivan Zammit li llum mexxa lit-tim bħala l-kowċ ewlieni wara r-riżenja tal-kowċ Edmond Lufi ftit tal-jiem ilu, wettaq sitt tibdiliet mit-tim li tilef kontra Ħamrun Spartans fil- konfront ta' qabel hekk kif Manuel Bartolo, Emerson Vella, Ricardo Martin, Kevaun Atkinson, Kemmu Jackson u Dexter Xuereb ħadu post Yenz Cini, Tristan Grant, Adrian Caruana, Gabriel Bezak, Dany Djoufack u Kyle Frendo. Tarxien Rainbows kienu l-aktar tim perikoluż fl- ewwel minuti tal-logħba, iżda kontra x-xejra tal- logħob, kienu Mosta li fetħu l-iskor man-nofsiegħa logħob meta Kevin Reid għadda tajjeb lejn Njongo Priso li min-naħa tiegħu avvanza fil-kaxxa qabel ikkonkluda fix-xibka, bil- ballun jaħbat mal-wieqfa qabel jintemm ġewwa. Ir-Rainbows ġabu l-iskor indaqs fit-58 minuta meta minn through pass ta' Emerson Marcelina, is-sostitut Alex Nillson niżżel il-ballun b'sidru u llobbja l-ballun minn fuq il-goalkeeper ta' Mosta, Manuel Bartolo. Wara dawn il-gowls, iż-żewġ timijiet ippruvaw jiskorjaw il-gowl tar-rebħa, iżda finalment ma rnexxielhomx, biex b'hekk kellhom jikkuntentaw b'punt kull wieħed. Tarxien R. - Schranz, Baker, Caruana, Ponce de Leon Garcia, Marcelina, Fernandez Prendes, Zerafa, Da Paixao Alves (Micallef 65'), Zammit, Borg, Frances (Nilsson 46') Mosta - Bartolo, Vella, Martinelli, Martin (Frendo 72'), Atkinson, Degran Jackson, Magro, Vlcek (Brincat 76'), Xuereb, Reid, Priso (Murga 64') Referi - Matthew De Gabriele KEMAR REID Ġie vuutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Huwa wieħed minn diversi akkwisti li Mosta għamlu matul is-sajf li għadda. Kien plejer ferm importanti biex Mosta kisbu punt minn dan il-konfront. Bilanċ assolut bejn Tarxien R. u Mosta Sacha Borg jipprova jirbaħ il-ballun minn sieq Njongo Priso Ritratt: Dominic Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2016