Illum previous editions

ILLUM 16 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/739029

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 39

illum Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016 Sports 34 MANCHESTER City ġewwa darhom fl-Etihad Stadium sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta' 1-1 minn Everton, biex b'hekk tilfu żewġ punti prezzjużi. Il-gowl għat- tim immexxi minn Pep Guardiola wasal minn Nolito fit-72 minuta, wara li kien ilu biss minuta fil-grawnd, hekk kif ħa post il-plejer Sane. Intant, kien Romelu Lukaku li fetaħ l-iskor għal Everton fit-62 minuta. Rimarkabbli huwa l-fatt li Manchester Ciy f 'din il-logħba fallew żewġ penaltis minn Kevin de Bruyne u Sergio Aguero fit-43 u fis-70 minuta rispettivament. Chelsea ġewwa darhom fi Stamford Bridge kisbu rebħa tajba u importanti ta' 3-0 kontra ċ-champions Leicester City, bl-ewwel żewġ gowls għalihom jaslu fl-ewwel taqsima minn Diego Costa u Eden Hazard fis-7 u fit-33 minuta rispettivament u t-tielet wieħed jasal minn Victor Moses fit-tieni taqsima eżattament fit-80 minuta. Arsenal ġewwa darhom fl-Emirates Stadium għelbu lil Swansea City bl-iskor ta' 3-2, bil-gowls għall-Gunners jaslu minn doppjetta ta' Theo Walcott, bil-gowl l-ieħor jasal minn Mesut Ozil. Tajjeb ngħidu li l-Gunners temmew il-konfront jilagħbu b'10 plejers meta fis-70 minuta tkeċċa għalihom il-plejer Granit Xhaka permezz ta' karta ħamra diretta. Intant, iż-żewġ gowls għat-tim minn Wales waslu minn Sigurdsson u Baston fit-38 u fis-66 minuta rispettivament. Bournemouth ġewwa darhom umiljaw lil Hull City meta għelbuhom bl- iskor inkredibbli ta' 6-1, bis-sitt gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Stanislas, Daniels, Cook, Wilson u Gosling. Min-naħa l-oħra l-gowl waħdieni għat-Tigers ta' Hull City wasal minn Mason fl-34 minuta. Stoke City ġewwa darhom kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Sunderland bl-iskor ta' 2-0, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Joe Allen. WBA u Tottenham Hotspur temmew il- konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1, bil-gowl għall-Ispurs jasal minn Dele Alli fid-89 minuta, waqt li kienu WBA li fetħu l-iskor permezz ta' Nacer Chadli fit-82 minuta. Intant, fil-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Roma barra minn darhom fi Stadio San Paolo għelbu lil Napoli bl-iskor ta' 3-1 bil-gowls għall-Giallorossi jaslu minn doppjetta ta' Edin Dzeko fit-43 u fl-54 minuta, kif ukoll mill-attakkant Eġizzjan Mohamed Salah fil-85 minuta. Min-naħa l-oħra, il-gowl uniku għall- Partenopei wasal minn Kalidou Koulibaly fit-58 minuta. Żewġ punti u żewġ penaltis mitlufa minn Manchester City RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 15 ta' Ottubru Chelsea vs Leicester C. 3-0 Arsenal vs Swansea C. 3-2 Bournemouth vs Hull C. 6-1 Manchester C. vs Everton 1-1 Stoke C. vs Sunderland 2-0 WBA vs Tottenham H. 1-1 Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 14:30 Middlesbrough vs Watford 17:00 Southampton vs Burnley It-Tnejn 17 ta' Ottubru 21:00 Liverpool vs Manchester U. Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Is-Sibt 15 ta' Ottubru Napoli vs Roma 1-3 Il-Ħadd 16 ta' Ottubru 12:30 Fiorentina vs Atalanta 15:00 Genoa vs Empoli 15:00 Inter vs Cagliari 15:00 Lazio vs Bologna 15:00 Sassuolo vs Crotone 20:45 Chievo V. vs AC Milan It-Tnejn 17 ta' Ottubru 20:45 Palermo vs Torino Kevin De Bruyne u Gareth Barry f 'konfront għall-ballun Hazard jiċċelebra wara li skurja waqt il-logħba kontra iċ-champions renjanti Leicester City

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2016