Illum previous editions

ILLUM 11 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1050746

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 Intervista illum | Il-Ħadd 11 ta' Novembru 2018 'Fuq arloġġ riduni nirreżenja...fuq affarijiet T onio Fenech. Min jiakru għall- abbilitajiet tiegħu bħala Ministru tal-Finanzi, oħrajn bħala oratur pjuttost tajjeb, oħrajn bħala s-Sindku ta' Birkirkara u oħrajn jibqgħu jiakruh għad-dikjarazzjoni dwar il-Madonna u d-divorzju kif ukoll dak l-imbierek arloġġ tal-Lira li kien qala' bħala rigal mingħand mart George Farrugia li kien f 'nofs kontroversja -2013 dwar xiri taż-żejt. L-ILLUM tintervista lil Fenech fir-residenza tiegħu f 'Ħal Balzan, illum mhux iktar politiku imma membru tal-Grupp Catholic Voices, illi kien iffurmat aktar kmieni din is-sena. Nibda billi nistaqsih; il-Knisja f 'Malta għandha preżenza qawwija fuq bażi parrokkjali u llum għandha l-midja tagħha, x'vuċi aktar iridu jżidu lill-Knisja f 'pajjiżna li diġà għandha vuċi b'saħħitha? Fenech jibda billi jgħid illi f 'pajjiżna meta titkellem il-Knisja wieħed jistenna li bilfors se jitkellem l-Arċisqof. "Illum nisimgħu ħafna politiċi jgħidu li Malta hija pajjiż sekulari, imma verament sekulari? Sondaġġi riċenti juru illi l-maġġoranza qawwija tal-Maltin jħossu illi l-valuri tagħhom huma dawk Kattoliċi. Dan juri illi l-poplu Malti għadu japprezza u jgħożż il-valuri pożittivi Nsara, bħas- solidarjetà, il-ħarsien tal- ambjent, l-għajuna lill-fqir..." Nwaqqfu u nistaqsih kemm qed jara solidarjetà fil-kwistjoni tal- immigrazzjoni. Jaħseb li l-poplu qiegħed jipprattika l-valur tas-solidarjetà fuq din il-kwistjoni? "Inti qed tikkonferma l-bżonn tal- Catholic Voices," iwieġeb l-eks Ministru illi qal li ħafna drabi minflok naraw lill-immigranti bħala nies li għandhom bżonn l-għajnuna, qed narawhom bħala theddida. "Sadinittant f 'pajjiżna hawn eluf ta' barranin u ma narawhomx daqstant theddida daqs dawk li ġejjin bid-dgħajsa. U allura din il-biża' lejn dawn il-persuni mhix ġusta." Ikompli jgħid illi xogħol il-Catholic Voices huwa propju li jaraw illi s-soċjetà tifhem aħjar il-bżonn li tgħix dawn il-valuri. "In-Nisrani fil-pjazza jrid ikun mhux fil- gallarija," jgħid f 'referenza għall-bżonn li l-knsija tibqa' qrib in-nies. Huwa jispjega kif dan il-grupp qed jaħdem biex ikun hemm nies imħarrġa apposta li jistgħu jkellmu lill-midja u li se jmorru fl-irħula biex jiddjalogaw mal-parruċċani. "Aħna rridu niddjalogaw dwar il-valuri li aħna nemmnu illi jekk ngħixuhom inkunu soċjetà aħjar...biex naraw kif se napplikaw dawn il-morali għas-soċjetà tal-lum" 'Jiena dħalt fil-politika għax Nisrani...Eddie ħeġġiġni' Imma se jkun hemm min jistaqsi kif kellu jkun Tonio Fenech li jgħallem il-morali. Persuna li sa ftit żmien ilu kien fil-politika b'dak kollu, anke immorali, li ġġib magħha. Fenech, kemm issa u anke tul l-intervista huwa entużjast biex jipproteġi ismu u biex jinsisti li hu qatt ma jista' jkun akkużat bi ħmieġ. "Jien dħalt fil-politika għax Nisrani," jinsisti filwaqt li jmur lura għal meta daħal fil-politika lura fl-1996. "Jiena kien ikkonvinċieni nidħol fil-politika Eddie Fenech Adami meta morna għandu wara t-telfa tal-1996 biex inħeġġuh jibqa' jmexxi. Għamilt l-għażla tal-Partit Nazzjonalista għax rajt li l-aktar li jgħożż il-valuri Nsara li nemmen fihom jien... għalkemm għidtlu le lil Eddie għall-ewwel, hu kien qalli li Malta għandha bżonn politiċi Nsara. Kont għidtlu le għax il-politika maħmuġa. Imma hu qalli "l-politika ma tħammġikx, inti titħammeġ." "U hekk kif dħalt għax Nisrani, ħriġt mill-politika għax Nisrani. Ħassejt li aktar nista' ngħin barra l-politika milli fiha." 'Il-politika tal-lum xprunata biss mis-sondaġġi' Hawnhekk Fenech jibda jindika għaliex ma baqax fix-xena politika. "Sfortunatament il-politika tal-lum saret biss xprunata mis-sondaġġi. M'għadniex inħarsu lejn il-politiku bħala xi ħadd li se jieħu lill-pajjiż lejn il-viżjoni tiegħu, ispirat mill-valuri tiegħu, m'għandiex inħarsu lejn mexxejja li se jmexxu lill-pajjiż f 'ċerta direzzjoni," jinsisti f 'ċertifikat pjuttost ħażin għal ħafna politiċi, għalkemm jiċċara illi mhux qed jirreferi għal kulħadd. LGBTIQ: Ma jemminx li Joseph Muscat kien mnebbaħ mill-prinċipji Kieku minfloki kien hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat, kien jirrimarka li hu wiegħed u introduċa unjoni ċivili għall-persuni tal- istess sess fl-2014 minkejja li kieku kellu jsir sondaġġ mhux neċessarjament il- maġġoranza kienet tkun favur. Iżda Tonio Fenech ma tantx deher impressjonat bil-liberaliżmu soċjali ta' Muscat. "Joseph Muscat ried jirbaħ il-vot ta' settur partikolari, bħalma huma l-kaċċaturi, il-kmamar tal- Mellieħa u aktar. Għandek setturi ta' nies li biex tirbaħ trid tiġbor il-voti tagħhom. Ir-realtà iżda hija li Muscat biddel il-pożizzjoni tiegħu ħafna drabi. " "Meta l-Partit Nazzjoalista qabel mal-Unjoni Ċivili, ippropona xi ħaġa iktar u wiegħed adozzjoni," stqarr l-eks Ministru Nazzjonalista li qal illi din il-kwistjoni kienet sempliċiment somma ta' kif se jkun dejjem qabel il-PN u xejn aktar. Jiġifieri Fenech ma jemminx li dak li għamel il-Gvern fil-qasam LGBTIQ kien frott il-prinċipju? "Le ma nemminx," jgħid Fenech. "Jiena ma nemminx fil- politika li titfa' l-karrotta biex tirbaħ." 'L-istat għandu dejjem jimbotta l-ideal' Ara hu dejjem kien kontra, hux hekk? "Le jiena m'iniex kontra unjoni ċivili, anzi dejjem emmint li l-Gvern għandu obbligu jirregola tnejn min-nies li qed jgħixu flimkien..." Nikkoreġih. Mhux tnejn jgħixu flimkien, imma tnejn f 'relazzjoni romantika flimkien. "Iva wkoll. Aħna kellna liġi tal-koabitazzjoni li kienet ilha mwiegħda mill-1998 u qatt m'għamilnieha. Għalija dan kien nuqqas," jammetti Fenech li jkompli jgħid illi l-adozzjoni hija xi ħaġa oħra. "Jiena nifhem ix-xewqa ta' koppja li jkollhom it-tfal, imma hemm it- tfal u jiena nemmen li dawn għandhom dritt li jkollhom il-ġenituri leġittimi tagħhom u jkollhom omm u missier. L-istat dejjem irid jirregola l-ideal filwaqt li jirregola ċirkostanzi li mhumiex l-ideal." Fenech stess ammetta li jien u hu mhux se naqblu fuq dan il-punt u fil-fatt hekk hu, għax x'inhu l-ideal? U dak li hu ideal għal Fenech mhux neċessarjament huwa għal ħaddieħor? Huwa jikkritika l-leġislazzjoni tal-Gvern għal żwieġ bejn persuni tal-istess sess u jien infakkru illi bejn l-unjoni ċivili u ż-żwieġ ftit kien hemm differenza f 'termini tad-drittijiet għax id-drittijiet daħlu kważi kollha mal-unjoni ċivili. Allura la mhux kontra l-unjoni ċivili għalfejn kontra ż-żwieġ? "Jekk biddilt isem, biddilt ħafna. La kienet kwistjoni ta' semantika għalfejn biddilna l-isem?" staqsa Fenech li jmur pass oltrè u jgħid li "żnaturajna ż-żwieġ" u anke r-referenza għall- omm u l-missier tneħħiet. Infakkru iżda li din kienet kollha 'hype' għax fil-verità tneħħew il-kliem: omm u missier biex jitpoġġew il-kliem: il-parti u l-oħra, ladarba m'għadniex qed nirreferu speċifikament għal raġel u mara. Id-divorzju u l-Madonna: 'Xi stennew? Li l-Madonna trid id-divorzju?' Imma nduru fuq id- divorzju. Dawk li ma tantx għandhom wisq grazzja miegħu jfakkru fil- Madonna li spiċċat iżżeffnet fir-referendum dwar id- divorzju. "Il-kuntest kollu tagħha kien artiklu li deher fuq il-ġurnal The Times illi rrapporta kif ħafna nies kienu skandalizzaw irwieħom għax waqt il- purċissjoni tad-Duluri il-qassisin talbu biex il- Madonna teħlisna mid- divorzju. Jiena d-domanda tiegħi kienet; in-nies xi stennew? Li l-Madonna trid li d-divorzju jidħol? Il-konsegwenza tad-divorzju hija negattiva." Però nfakkru illi tpinġew xenarji ta' diżastri u kollass li ma ġrawx. Ma jaħsibx li kienu eseġerazzjonijiet? U immaġina għadda r-referendum bir-riżultat li xtaqt int, kieku llum persuni sseparati ma jistgħux jiżżewġu mill-ġdid. X'konna nirbħu b'daqshekk? "Huwa diffiċli tkejjel x'inhu kollass," jgħid Fenech lil din il-gazzetta. "L-istat irid dejjem jippromovi l-istabbilità taż-żwieġ, għax dan jaqbel għall-partijiet kollha wkoll." Isemmi lista ta' problemi li jkollhom familji fejn il-ġenituri ma jibqgħux flimkien. Imma nfakkru li divorzju jew le, dawn il-problemi dejjem se jkunu hemm. Allura għalfejn irid iċaħħadhom Fenech? "Ħadd ma kien imċaħħad," jgħid l-eks Ministru, "ħadd ma twaqqaf milli jkun ma' xi ħadd," jinsisti. Infakkru li hemm differenza bejn poġġut u miżżewweġ. "Neħħejna l-kunċett ta' żwieġ," jerġa' jinsisti "u nemmen li se jbatu aktar nies." 'Il-liġi ġdida toħloq tfal għall-adozzjoni' U l-aħħar kwistjoni 'morali' li tqajmet fl-aħħar żmien, jiġifieri dik tal-IVF. Qabel mara setgħet tiffertilizza tliet bajdiet u jitpoġġew kollha fil-mara. Ikunu ffriżati biss fl-eċċezzjoni. Illum se jkunu jistgħu jiġu ffertilazzati ħames bajdiet u allura, jgħid il-Gvern, se jiżdied iċ-ċans li l-proċess ikun suċċess. U Fenech x'jaħseb? "Qabel konna niffriżaw biss fl-eċċezzjoni biex insalvaw dak embrijun Kien il-Ministru tal-Finanzi, imma llum huwa membru tal-Grupp Catholic Voices. Tonio Fenech iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ILLUM dwar l-omosesswalità, id-divorzju, l-IVF, X Factor, il-Baġit, il- Partit Nazzjonalista, Adrian Delia u dwaru... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 November 2018