Illum previous editions

ILLUM 11 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1050746

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Aħbarijiet Minn Albert Gauci Cunningham KIF jaf kulħadd f 'pajjiżna, il-jum ta' qabel l-elezzjoni ġenerali huwa dak magħruf bħala 'Jum tas-Silenzju'. Silenzju, propju għaliex bil- liġi l-ikkampanjar, stampar ta' materjal u kwalunkwe tip ta' attivitajiet politiċi jeħtieġ jieqfu f 'nofsillejl tal-ġurnata ta' qabel. Dan il-jum ilu jkun taħt kritika minn diversi persuni fil- midja bil-qofol jintlaħaq fl-2013 meta saru rapporti kontra Daphne Caruana Galizia u anke kontra l-eks Deputata Deborah Schembri, illi kitbu jew għaddew messaġġ li kien meqjus bħala politiku. Minkejja ċiniżmu ġenerali mill-midja, ċifri maħruġin mill-Kummissjoni Ewropea juru illi l-maġġoranza qawwija tal-Maltin jemmnu illi din il-ġurnata għandha tkun estiża wkoll għan- networks soċjali, bħal Facebook u Twitter. Fil-fatt 30% tal-Maltin huma 'ħafna favur' li l-liġi tapplika wkoll għall-internet u networks soċjali filwaqt li 49% huma 'iktar favur milli kontra'. Min-naħa l-oħra huma biss 3% tal-Maltin li jemmnu illi dak li jgħodd għall-midja tradizzjonali m'għandux jgħodd għall-online filwaqt li 10% 'iktar favur milli kontra.' Fl-ewwel riżultati ta' studju tal-Ewrobarometru dwar l-elezzjonijiet u d-demokrazija, jirriżulta illi madwar l-Unjoni Ewropea l-popli jemmnu li n-networks soċjali għandhom ikunu rregolati, bħall-midja aktar tradizzjonali. Fil-fatt 83% tal-Maltin jemmnu illi f 'ġieħ it- trasparenza pjattaformi tal- internet għandhom jagħmlu ċar liema kontenut huwa riklamar u min qed iħallas għalih. Jiġifieri jekk artiklu jkun miktub għal fini ta' riklmar, il-pubblikatur jew l-editur jeħtieġ jgħid li dak l-artiklu huwa fil-fatt riklam u jsemmi l-kumpanija li ħallset għalih. L-Ewropej jidher li huma tal-istess fehma fuq din il-kwistjoni b'varjazzjoni ta' bejn massimu ta' 92% tal- Griegi u minimu ta' 70% fil- Litwanja. 81% tal-Maltin jaqblu illi netwerks soċjali u siti oħrajn online jridu jibdew jiddikjaraw kemm jaqilgħu flus minn partiti politiċi u gruppi li jkunu qed imexxu kampanji u kemm qed jappoġġjaw lil dawn, għall-flus li qegħdin jaqilgħu. Anke hawn il- maġġoranza f 'kull pajjiż jaħsbuha l-istess anke jekk fil-Litwanja l-persentaġġ jinżel għal 67%. Kważi tlieta minn kull erba' Maltin, jew 74%, huma mħassbin bil-fatt illi informazzjoni li jħallu fuq Facebook hija użata biex jintbagħtu messaġġi politiċi, bil-problema li jista' ma jkunx hemm kompetizzjoni libera u ġusta bejn il-partiti. Hawnhekk l-opinjonijiet ivarjaw iktar b'48% biss tal- Estonjani jaħsbuha l-istess. B'mod ġenerali 80% tal-Maltin iħossu li dak li japplika għall-midja aktar tradizzjonali, għandu tapplika wkoll għal midja online u anke siti soċjali. Il-Ħadd 11 ta' Novembru 2018 | illum 74% tal-Maltin inkwetati li dak li qed jitfgħu fuq Facebook qed jintuża politikament ....u 83% jridu li siti tal-aħbarijiet u soċjali jiddikjaraw meta artiklu jkun riklam u jgħidu min ħallsu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 November 2018