Illum previous editions

ILLUM 11 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1050746

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 11 ta' Novembru 2018 | illum minn Cristian Antony Muscat STEVE Martin - fost l-aqwa boxers li qatt ipproduċa l-boxing f 'Malta u li bħalisssa qed jirkupra bil-mod il-mod minn injury li ħallietu barra mill-azzjoni għal diversi xhur fejn matul Marzu li ġej jinsab lest li jirritorna bil-kbir. F'din l-intervista se nkunu qed insiru nafuh aħjar. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-boxing? Il-ġlied minn meta kont żgħir kien jogħġobni imma kont nittrenja l-kickboxing u mort sessjoni boxing biex intejjeb it-teknika ta' idi. Wara l-ewwel sessjoni, qisni weħilt ma' dan l-isport għax qabel kont provajt minn kollox u qatt ma ħassejt dik l-emozzjoni! X'kompetizzjonijet maġġuri rbaħt f 'Malta u barra minn xtutna? Irbaħt ftit titli mhux ħażin u kollha ta' isem tajjeb imma l-aktar wieħed li jispikka huwa d-WBF World Title tal-kategorijja welterweight kontra l-famuż Graham 'The Duke' Earl fejn waqqaftu TKO fl-għaxar rawnd. X'sagrifiċċji partikolari jinvolvi l-boxing? Fil-boxing ikollok tagħmel ħafna sagrifiċċji jek trid tasal. Ħafna ljieli fejn sħabek qed joħorġu u jieħdu gost u int id- dar rieqed għax tkun għajjien u trid terġa' tqum għat-trejning filgħodu. Id-dieta trid toqgħod atent li ma titlax mill-piż għax taqbeż il-kategorija tiegħek. Il-biljetti tal-ġlieda għax trid tbiegħhom inti biex titħallas. Hemm ħafna u ħafna affarijiet ta' sagrifiċċju imma jekk tkun tħobb l-isport kif nagħmel jien kull ma ddaħħal ġo moħħok hija dik il-ġlieda li tkun stinkajt u ssagrifikajt ħajtek biex finalment tirbaħha. Hemm xi dieta partikolari għall-boxing? Dieta partikolari ma hemmx għax illum il-ġurnata ma teżistix dieta waħda u jsegwihaa kulħadd kulħadd jagħmel dieta li tkun tajba għal ġismu permezz ta' nutrizzionisti kwalifikati. X'differenzi ewlenin jgħaddu bejn il-boxing u l-kick-boxing? Hawn min jgħidlek li huma l-istess imma fil-boxing kemm ma tużax saqajk, imma mhuwiex il-każ anzi hemm ħafna diferenza bejniethom. It-teknika hija ħafna differenti u r-rawnds tal-boxing ikunu aktar fin-numru. Int ukoll kowċ promineti tal- boxing. X'tippreferi tikkowċja jew tkun boxer? Nista' ngħidlek it-tnejn li huma? Le, ifhem il-kowċing jogħġobni ħafna u nagħmlu minn qalbi imma l-emozzjoni li jkolli meta nkun dieħel ġo dak ir- ring huwa nspjegabbli jiġifieri jekk tgħidli nagħżel, nagħżel li niġġieled. U hemm xi waħda aktar diffiċli jew li tippreferiha aktar minn oħra? Naħseb li niġġieled jien aktar faċli għax eżempju tiġini xi teknika ġo moħħi biex nagħmel dak il-ħin naqbad u nagħmilha u waqt il-kowċing toqgħod tgħajjat mill-kantuniera u ssaqsi lilek innifsek jekk l-atleta jkunx ħa jagħmilha jew le. Iżda, it-tnejn li huma nagħmilhom b'passjoni kbira. Naf li m'ilux sofrejt minn injury. Kif għext dan iż-żmien partikolari? Injuries kelli naqra mhux ħażin. Issa rigward din l-aħħar waħda kont ili nħoss l-uġigħ sentejn sħaħ u mort għand tabib li kien qalli li hemm bżonn ta' operazzjoni imma jien ma xtaqtx nieqaf milli niġġieled u komplejt dawn is-sentejn niġġieled avolja spallti kont inħossha dejjem sejra lura imma issa għamilt l-intervent u qiegħed fid-disa' ġimgħa ta' rijabilitazzjoni fejn qed jgħinni ħafna l- fiżjo-terapista Anthony Joshua u bis-saħħa tiegħu qed ngħaġġel ħafna l-proċess fejn qed nikkalkulaw li nkun lura ġor-ring għal Marzu li ġej! Xorta bqajt nittrenja bħala 'cardio' u mentalment trid tibqa' b'saħħtek f 'dawn l-affarijiet għax inkella jkissruk psikoloġikament! Kif tirribatti għal min jgħid li l-isport huwa sport li biex tirbaħ trid tkisser lil ħaddiehor? Ifhem, m'hemmx mod ieħor kif tgħidha għax fil-verità, meta tidħol fir-ring jew hu jew int. Dna mhux ħa jħenn għalik u lanqas jien imma nkunu żewġ persuni sportivi hemm ġew u kif iddoqq il-qanpiena tat- tmiem, ngħannqu u nieħdna b'idejn xulxin. Din għalija hija arti sabiħa u għal ftit min-nies oħra hija vjolenza, li ma naqbilx magħhom! Il-boxing huwa sport perikoluż? Mhux ħa ngħidlek le għax inkun qed nidħak bin-nies imma l-boxing u sport ikontrollat fejn għandek ir- referi fejn jara li jekk boxer minnhom ikun qiegħed f 'periklu jintervjeni u jwaqqaf il-ġlieda. Għandek it-tabib li jkun il-ħin kollu maġenb ir-ring u ambulanza barra u l-atleti kollu jkunu għamlu test mediku biex ikunu jistgħu jiġġieldu. U jinvolvi xejn injures? Nista' ngħidlek fuqi nnifsi meta kont nilgħab il-futbol kien ikolli ħafna iktar injuries imma bħal kull sport ieħor iva xi darba jew oħra ħa jkollna injuries hux. Għaddi messaġġ lil min bħalek jixtieq jagħmel karriera ta' success fil-boxing. Il-messaġġ tiegħi huwa dan. Toqogħdux tiddejqu tibdew dan l-isport għax tista' tagħmlu kemm biex iżżomm fiżikament tajjeb kif ukol biex tikkompeti. Hawn ħafna tfal li qed jaqbdu triq ħażina kemm bħala kumpanija kif ukoll alkoħol, sigaretti u drogi. Dan l-isport iżommkom 'il bogħod minn dawn l-affarijiet kollha u jkollkom sodisfazzjon kbir speċjalment kif tikkompetu. 'Ninsab lest biex f'Marzu li ġej nirritorna bil-kbir' - Steve Martin nsab lest biex f'Marzu li ġej nirritorna bil-kbir' - Steve Martin Kif tirribatti għal min jgħid Kif tirribatti għal min jgħid Ki l-atleti kollu jkunu għamlu karriera ta' success fil-boxing. Ritratt - Daniel Zammit Ritratt - Mario Camilleri Brennan Ritratt - Mario Camilleri Brennan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 November 2018