Illum previous editions

ILLUM 11 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1050746

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 Aħbarijiet Il-Ħadd 11 ta' Novembru 2018 | illum id-diretturi ma jistgħux imexxu l-bank, l-interess tal- kumpanija jibqa' f 'idejhom. Wieħed jista' jżid li fin- nofs hemm ukoll l-interess personali tagħhom. Il-fatt li huma diretturi ta' bank li tilef il-liċenzja, ma tantx tidher sabiħa fuq is-CV tagħhom. Fil-fatt, il-ġurnal Times of Malta kien irrapporta li d-diretturi tal-Bank Pilatus qed ifittxu bil-liġi lill-MFSA għad-danni. Id-diretturi qed jikkritikaw id-deċiżjonijiet li l-MFSA u saħansitra jisħqu li kisritilhom id-drittijiet kostituzzjonali tagħhom meta ħadet passi kontra l-bank u ffriżat il-ħidma tiegħu qabel mas-sid instab ħati. Il-kumpanija Pilatus Holdings LTD kienet saħansitra talbet il-Qorti biex tieħu passi għax fi kliemha ma jistax ikun li Lawrence Connell jibqa' jieħu €100,000 f 'pagi kull xahar, €50,000 għalih u €50,000 għall-istaff tiegħu, fi żmien meta l-bank ma għadux qed jopera. Iżda apparti minn hekk, l-istess sors kompla jispjega li anke Hasheminejad, li effettivament huwa s-sid tal-bank, għandu ċans kbir li jappella biex il-liċenzja tal- bank ma tkunx revokata. Fakkar li Hasheminejad għadu ma nstabx ħati tal- akkużi li qed jiffaċja u apparti minn hekk mhux qiegħed il-ħabs għax ingħata l-libertà kkundizzjonata. Apparti minn hekk, anke jekk kien hemm rapporti li Hasheminejad fetaħ kumpanija tal-kostruzzjoni (Malta International Construction Ltd) biex jibni proġetti ta' akkomodazzjoni soċjali, is-sors saħaq li x'aktarx l-għajxien tiegħu jiddependi mill-Bank Pilatus u għalhekk il-possibbilità li jappella mid-deċiżjoni tal- Bank Ċentrali Ewropew hija akbar. Is-sidien tan-Nemea Bank kienu appellaw… Il-każ tal-Bank Nemea f 'Malta jista' jservi ta' indikazzjoni ta' x'jista' jseħħ fil-każ tal-Bank Pilatus. Anke f 'dan il-każ, l-MFSA kienet talbet lill-Bank Ċentrali Ewropew biex jirrevoka l-liċenzja, liema liċenzja kienet ġiet irrevokata f 'Marzu tal-2017. Il-każ ta' dan il-bank, li kien jopera online biss, kien għamel ħoss mhux ħażin għax fost id-diretturi tiegħu kien hemm l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi. L-MFSA kienet ħadet passi kontra dan il-bank minħabba "nuqqasijiet regolatorji serji." Kienu s-sidien ta' dan il-bank, Heikki Niemela u Mika Lehto, Nemea PLC, Nevestor SA u Nemea Bank PLC li appellaw mis-sentenza tal-Bank Ċentrali Ewropew li rrevvoka l-liċenzja tal-bank tagħhom. Fost oħrajn, qed jitolbu kumpens ta' €10 miljun għad- danni li ġarrbu. Skont l-informazzjoni disponibbli fuq is- sit tal-Bank Ċentrali Ewropew, id-deċiżjoni dwar dan l-appell għadha "pendenti," tant li fuq is-sit tal-MFSA, il-bank jidher li għadu attiv. Dan ifisser li sena u seba' xhur wara li l-Bank Ċentrali Ewropew irrevoka l-liċenzja, il-kumpanija għadha ma ġietx likwidata u kollox irid jistenna d-deċiżjoni finali tal- Bank Ċentrali Ewropew. Għalhekk, il-klijenti kollha li għandhom flus iddepożitati f 'dan il- bank ukoll se jkollhom jistennew din id- deċiżjoni biex jieħdu lura flushom. ċans l-liċenzja 2012: L-applikazzjoni biex Pilatus jiftaħ u jopera f 'Malta 6 ta' Diċembru 2013: Ir- reġistrazzjoni tal-Pilatus 2014: Il-Bank jingħata liċenzja kummerċjali 6 ta' Awwissu 2015: Toħroġ il- liċenzja tal-Bank 20 ta' April 2017: Daphne Caruana Galizia tikteb dwar 'safe' fil- Bank li "fih hemm dokumenti ta' klijenti Russi u ta' Maltin esposti politikament (PEPs) inkluż John Dalli... u Keith Schembri." L-akbar allegazzjoni ta' Caruana Galizia: Fl-istess 'safe' hemm dokumenti li juru li l-kumpanija Egrant fil-Panama hi ta' Michelle Muscat Ifeġġ għall-ewwel darba Hasheminejad. Għajnejn Malta fuq il-famuża bagalja. Il-Prim Ministru jiftaħ Inkjesta Maġisterjali waqt li jiċħad l-allegazzjoni ta' Egrant Il-Bank Pilatus jiftaħ libell kontra Caruana Galizia, fil-Qorti Superjuri ta' Maricopa County, fl- istat tal-Ariżona Titfaċċa Maria Efimova, eks impjegata ta' Pilatus. Carauana Galizia tgħid li għamlet 3 sigħat tixhed quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja Is-sit illum.com.mt jiżvela li Efimova tkeċċiet mill-Bank f 'Marzu 2016 u qed tiġi mfittxija talli użat fondi mill-bank għal skopijiet privati. Caruana Galizia tgħid li mhux veru li Efimova wettqet frodi u tispjega li din kienet ħadmet għal tliet xhur ma' Pilatus u qatt ma tħallset. Il-familja Aliyev, li tmexxi l-Ażerbajġan, tissemma fost l-aqwa klijenti ta' Pilatus Id-Deputat Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi tal-FIAU Anthony Buttigieg, jikkonferma li l-Bank jiddependi minn grupp żgħir ta' klijenti Skont rapport ta' MEPs li ġew Malta, John Dalli wkoll seta' kellu kont f 'dan il-Bank. L-eks Kap tal-Oppożizzjoni jallega li Keith Schembri rċieva flus minn Brian Tonna għall-bejgħ tal- passaporti. Kontijiet f 'Pilatus fil-qalba tal-allegazzjonijiet. L-MEP Nazzjonalista David Casa talab lill-Bank Ċentrali Ewropew biex jintervjeni u tiġi rrevokata l-liċenzja tal- Bank Pilatus. Is-sid tal-Bank arrestat fl-Istati Uniti Iffriżati l-assi tal-Bank Piltus L-MFSA titlob lil BĊE biex jirtira l-liċenzja tal-Bank Pilatus Ippubblikat ir-rapport Egrant. L-ebda prova li tindika li Egrant kienet ta' Michelle Muscat L-istess rapport jikkonferma li Keith Schembri u John Dalli għandhom kontijiet fil-Bank Pilatus…Dalli jispeċifika li għalqu L-istorja tintemm hawn. Pilatus jitlef il-liċenzja. Pass pass: L-istorja tal-Bank Pilatus f 'Malta Fost oħrajn, qed jitolbu kumpens ta' €10 miljun għad- danni li ġarrbu. Skont l-informazzjoni disponibbli fuq is- sit tal-Bank Ċentrali Ewropew, id-deċiżjoni dwar dan l-appell għadha "pendenti," tant li fuq is-sit tal-MFSA, il-bank jidher li għadu attiv. Dan ifisser li sena u seba' xhur wara li l-Bank Ċentrali Ewropew irrevoka l-liċenzja, il-kumpanija għadha ma ġietx likwidata u kollox irid jistenna d-deċiżjoni finali tal- Bank Ċentrali Ewropew. Għalhekk, il-klijenti kollha li għandhom flus iddepożitati f 'dan il- bank ukoll se jkollhom jistennew din id- deċiżjoni biex jieħdu lura flushom. Brian Tonna għall-bejgħ tal- passaporti. Kontijiet f 'Pilatus fil-qalba tal-allegazzjonijiet. L-MEP Nazzjonalista David Casa talab lill-Bank Ċentrali Ewropew biex jintervjeni u tiġi rrevokata l-liċenzja tal- Is-sid tal-Bank arrestat Iffriżati l-assi tal-Bank L-MFSA titlob lil BĊE biex jirtira l-liċenzja Ippubblikat ir-rapport Egrant. L-ebda prova jikkonferma li Keith Schembri u John Dalli għandhom kontijiet fil-Bank Pilatus…Dalli L-istorja tintemm hawn. Pilatus jitlef il-liċenzja.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 November 2018