Illum previous editions

ILLUM 11 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1050746

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 11 ta' Novembru 2018 Aħbarijiet L-AD lil Joseph Muscat: 'Jew twarrabhom jew warrab int' F'ŻEWĠ stqarrijiet separati kemm l-Alternattiva Demokratika, kif ukoll il- Partit Demokratiku talbu għat-tneħħija ta' Konrad Mizzi u Keith Schembri wara l-aħħar żviluppi politiċi li juru illi l-kumpanija 17 Black hija ta' Direttur tal-Eletrogas, Yorgen Fenech. Il-kumpanija bbażata fid-Dubaj kienet 'target client' tal-kumpaniji fil-Panama li kienu fetħu ċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi. F'17 Black daħlu $1.4 miljun minn negozjant mill- Ażerbajġan, il-pajjiż minn fejn topera l-kumpanija Socar li mingħandha l-Electrogas tixtri l-gass u $200,000 oħrajn mill- aġent Malti tal-LNG. L-Alternattiva Demokratika (AD) sostniet li Joseph Muscat għandu "immedjatament iwarrab lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri, u jekk se jibqa' jiddefendihom għandu l-obbligu li jwarrab hu wkoll." Dan qalu Carmel Cacopardo Chairperson tal-AD huwa u jitkellem dwar l-aħħar żviluppi politiċi. "Jidher issa iktar minn qatt qabel li l-Prim Ministru hu ostaġġ ta' Konrad Mizzi u Keith Schembri u ma jistax jiċċaqlaq minħabba fihom." L-AD sostniet illi "Joseph Muscat mhux kredibbli meta joqgħod jistaħba wara riżultati ta' inkjesti għax għal raġunijiet ovvji qed iħallat il-ħass mal-fażola u jħawwad bejn responsabbiltajiet kriminali u dawk politiċi. Mhux sew li l-pajjiż kollu qed ikollu jġorr ir-reputazzjoni ta' pajjiż korrott minħabba tnejn min- nies imwaħħlin mas-siġġu li jokkupaw u Prim Ministru li iktar moħħu kif jipproteġi lil ta' madwaru milli lill-kumplament tal-pajjiż," temmet tgħid l-Alternattiva Demokratika. 17 Black: is-sistema tagħna mkissra. Jeħtieġ li nsewwuha – Godfrey Farrugia. Intant anke l-Partit Demokratiku, tenna l-għajta tiegħu għas-sospensjoni immedjata ta' Konrad Mizzi u ta' Keith Schembri minn kull attività tal-Gvern, sakemm tintemm l-investigazzjoni kriminali tal-pulizija dwar in- negozju li kienu bi ħsiebhom jagħmlu ma' 17 Black. "Il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff Keith Schembri fetħu żewġ kumpaniji sigrieti fil-Panama. Il-konsulenti tagħhom, Nexia BT, kienu qalu li dawn il-kumpaniji biħsiebhom jinnegozjaw ma' 17 Black ta' Fenech u stmaw li Mizzi u Schembri se jaqilgħu €150,000 fix-xahar. Il-pjanijiet kollha saru meta t-Tumas Group ta' Fenech tefgħet offerta għall-proġett tal-power station tal-gass ta' Delimara bħala parti mill-konsorzju tal-Electrogas u Enemalta, li kienet taqa' taħt ir-responsabbiltà politika ta' Mizzi, li kien qed jinnegozja l-offerta." "Jidher li l-pjanijiet oriġinali ta' Mizzi u Schembri ġew imfixkla biss minħabba li kull bank fid-dinja li talbu biex jiftħulhom kont bankarju qalilhom le: il-pjanijiet tagħhom kienu jintnu," sostna d-Deputat tal-PD Godfrey Farrugia. "17 Black turi kif is-sistema hi mkissra. Xogħolna hu li nsewwuha," kompla Farrugia. Ara wkoll paġna 19 X'ġara s'issa F'Diċembru tal-2015 – Nexia BT tipprova tiftaħ kontijiet bankarji fil-Bahamas għal Tillgate u Hearnville Caruana Galizia tiżvela li Tillgate u Hearnville huma kumpaniji fil-Panama tal-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff Keith Schembri Email mibgħuta minn Carl Cini tgħid li dawn il- kumpaniji se jiġġeneraw $2 miljun f 'sena Minn fejn kellhom jaslu l-flus? Mingħand il-kumpaniji 17 Black u Macbridge Ftit xhur qabel, 17 Black irċeviet $1.6 miljun. Mingħand min? • $200,000 mingħand l-aġent lokali tat-tanker tal- LNG • $1.4 miljun mingħand il-kumpanija Mayor Trans li s-sid tagħha hu mill-Ażerbajġan Fi Frar tal-2016 - jieqfu t-tentattivi biex jinfetħu l-kontijiet – Daphne ssemmi għall-ewwel darba l-kumpaniji Aktar tard Keith Schembri joħroġ stqarrija u fiha jikteb hekk: "17 Black and MacBridge were included in draft business plans for my business group as potential clients. My companies make dozens of business plans such as these. However, it is a fact that neither 17 Black nor MacBridge ever became clients of my business group, and no transactions were ever recorded with these companies, or with me personally. I have no knowledge of the transfers referred to, nor any knowledge of the alleged payment." Dan ifisser li Keith Schembri qed jirrikonoxxi li kien jaf bl-eżistenza ta' 17 Black. Konrad Mizzi jiċħad ukoll Meta mistoqsi mill-Proġett Daphne, Konrad Mizzi qal li ma kien hemm l-ebda rabta bejn il-kumpaniji, it-trust u l-kumpanija 17 Black. Kelliem insista ma' dak li dejjem qal il-Ministru Mizzi, jiġifieri li Hearnville qatt ma kellha kont bankarju u li qatt ma rċeviet flus mingħand ħadd. Konsorzju ta' 18-il kamra tal-aħbarijiet internazzjonali, fosthom Reuters, La Monde, La Repubblika, in-New York Times u The Guardian, ingħaqdu fi Proġett Daphne, bl-għan li jkompli dak li bdiet il-ġurnalista Daphne Carauana Galizia. Galizia nqatlet b'bomba f 'karozza fis-16 ta' Ottubru li għadda. Din il-ġimgħa ġie żvelat l-allegat sid ta' 17 Black. Yorgen Fenech, direttur tal-kumpanija Electro Gas li bniet u qed tmexxi l-power station. Jirriżulta li l-każ qed ikun investigat lokalment bir- rapport tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) ikun għand il-Pulizija seba' xhur ilu. 17 Black fetħet kont f 'Ġunju f 'Noor Bank f 'Dubaj. F'Marzu 2017, 17 Black bidlulha isimha għal Wings Development u dan wara li l-kumpanija ssemmiet fil- blog ta' Daphne Caruana Galizia. F'email mibgħuta lil Mossack Fonseca, allegatament intqal minn Nexia BT li dawn jinsabu fil-proċess li jiftħu kont tal-bank f 'Dubaj għal żewġ kumpaniji fil-Panama. Nexia BT fetħet iż-żewġ kumpaniji fil-Panama: ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi. Keith Schembri u Konrad Mizzi dejjem ċaħdu allegazzjonijiet ta' korruzzjoni u ħasil ta' flus. "Joseph Muscat mhux kredibbli meta joqgħod jistaħba wara riżultati ta' inkjesti għax għal raġunijiet ovvji qed iħallat il-ħass mal-fażola" Il-Partit Demokratiku u l-Alternattiva Demokratika bi stqarrijiet ibsin wara r-rivelazzjonijiet dwar il-kumpanija 17 Black.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 November 2018