Illum previous editions

ILLUM 11 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1050746

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 11 ta' Novembru 2018 | illum Pio Vassallo u l-Ironman - Vjaġġ ta' impenn, dedikazzjoni u emozzjoni minn Cristian Antony Muscat PIO Vassallo - atleta formidabbli li għandu għal qalbu ferm l-isport speċjalment l-Ironman - liem kompetizzjoni wieħed irid jipprepara għaliha bl-aktar mod intensiv u jrid juri aġilità u stamina impekkabbli. F'dan l-artiklu, Vassallo, nnifsu se jkun qed jispjegalna fid- dettall x'jinvolvi eżattament dan il-vjaġġ mimli mpenn, dedikazzjoni u emozzjoni. "L-ewwel darba li smajt bl- Ironman Challenge qabditni l-kurżità u ridt insir naf iżjed dwarha. Kont iltqajt ma' ħabib tiegħi li kien bidel ħajtu mil-lejl għan-nhar - minn ħajja ta' ħafna xogħol, tipjip u xorb għall-ħajja dedikata kważi kompletament fuq l-isport. Ma tantx dam jispjega għaliex mill- ewwel ikkonvinċieni li din l-Ironman kienet xi ħaġa li anki jien xtaqt nesperjenzaha. It-tellieqa tinvolvi kważi erba' kilometri ta' għawm, 180 kilometru ta' rota, u tispiċċab'girja ta 42 kilometru kollha wara xulxin u bla waqfien. Hija tellieqa li tieħu ħin aktar minn ġurnata xogħol! L-isport minn dejjem kien għal qalbi u sa minn età żgħira kelli sehem attiv. Il- passjoni tiegħi kien il-futbol fejn kont nilgħab mat-tim tal-Mosta FC f 'kull età sa ma rtirajt ta' 35 sena. Wara li sibt vojt kbir f 'ħajti ridt insib żvog ġdid għaliex l-isport dejjem kien mezz biex inserraħ il-menti tal- karriera f 'ħajja mgħaġġla u ferm impenjattiva. L-ewwel żvog wara l-futbol sibtu fit-taħriġ bir-rota. Thajjart nieħu sehem fil-Lifecylce Challenge biex niġbru fondi għall-pazjenti li jbatu minn xi forma ta' mard fil-kliewi. Fi żmien għaxart ijiem qdifna 2,000 kilometru bir-rota u żorna ħames pajjiiżi mill- Belarus sar-Russja. Minn dakinhar ma ħaristx lura u ċ-ċikliżmu sar parti minn ħajti fejn żort ħafna pajjiżi u għamilt ħafna ħbieb. Meta bdejt it-taħriġ għall-Ironman kelli din l-esperjenza fiċ-ċiklizmu u kont għamilt ukoll il-Half Marathon ta' Malta. Ma kellix esperjenza fit-taħriġ tal-għawm imma l-baħar minn dejjem kont inħobbu. Il-ġisem però jrid jaddatta biex jagħmel it-tliet dixxiplini sportivi wara xulxin u bla waqfien. Fil-bidu meta tmur tiġri, wara ġirja twila bir-rota saqajk lanqas tibda tħosshom imma wara ċertu żmien il-ġisem joqgħod u ħafna mit-taħriġ fit-triathlon huwa propju sabiex is-saqajn jidraw dik il-bidla minn fuq ir-rota għall-ġiri - dik li nghidulha 'Brick session' ('Bike and run'). Għalkemm għamilt xi ftit taħriġ fil-pixxina l-għawm kont nippreferi nagħmlu fil- baħar għaliex mhux l-ewwel darba li saru tlielaq fil-baħar imqalleb. Ħafna atleti jsibu l-għawm diffiċli waqt it- tlielaq għaliex ma jkunux għamlu taħriġ biżżejjed f 'kundizzjonijiet ta' baħar differenti. Bejn l-Għadira, GħajnTuffieħa u l-Ponta tal- Qawra għandek fejn issib baħar kalm biżżejjed biex tgħum matul is-sena kollha. Jien dejjem bil-basket lest fil-karozza sabiex l-ewwel ċans li jiġini fil-ġurnata, nisraq xi għawma 'l hawn u 'l hemm u mhux l-ewwel darba li laqqatna xi gidma ta' xi brama! Waħda mill-akbar sfidi li għandna Malta hija li t-toroq tagħna huma perikolużi ferm għaċ-ċiklisti. Minħabba dan il-fatt u anki peressli kont inkun imħabbat wisq bix- xogħol, it-taħriġ tar-rota kont nagħmlu ġewwa. Kemm-il darba kont nispiċċa naqdef bir-rota fuq roller xi l-għaxra ta' bil-lejl filwaqt li nsegwi lecture fuq il-komputer għaliex f 'dan iż-żmien ukoll kont qed nistudja għall- Masters. L-akbar sfida tiegħi u ta' ħafna oħrajn bħali hija l-ħin. Mhux faċli biex issib il-bilanċ bejn ix-xogħol, il-familja, il-ħbieb, it-taħriġ u l-ħajja soċjali. Għamilt ħafna riċerka sabiex sibt programm ta' taħriġ li jgħodd għalija fejn ma kellix il-ħin għad-dispożizzjoni tiegħi li jgawdu minnhom oħrajn. Il-ħin kien ikun relattivament iqsar imma aktar intensiv. Pereżempju flok tagħmel tliet sigħat rota tagħmel siegħa u nofs imma intensiva ħafna. Minflok ġirja twila, tagħmel waħda iqsar imma b'ħafna tlajja. L-istess ħaġa bir-rota kont nagħmel ħafna tlajja u ġieli kont immur nitla' l-Etna fi Sqallija. It-tellieqa li għażilt jien kienet Ironman South Afrika. L-ajruplan għall- Port Elizabeth kien mimli atleti u mill-ewwel tidħol fl-atmosfera. Dakinhar tat-tellieqa qomna xil-4 ta' filgħodu sabiex nieħdu l-kollazzjon u wara mxejna fid-dlam lejn il-bajja minn fejn tibda t-tellieqa. Ma' tlugħ ix-xemx spara l-kanun u l-ewwel atleti bdew neżlin fil-baħar. Mimli enerġija u entużjażmu kelli seba' mitt sena biex ninżel ngħum u fl-ebda ħin m'għaddieli minn rasi li konna qed ngħumu fl-Oċejan Indjan li hu tant magħruf għall-klieb il-baħar! Wara li ħriġt mill-baħar u tlajt fuq ir-rota, l-akbar sfida li kelli kien ir-riħ li beda jżid sew u li ma jinqalawlekx ħsarat fuq ir-rota. Wara aktar minn sitt sigħat għaddej kont qed inħossni għajjien u ma stajtx nemmen li kien għad fadalli xi ħames sigħat oħra ġiri. Kif tneħħi ż-żarbun tar-rota u tilbes tal-ġiri, ħaġa tal-għaġeb kif tinsa kollox u moħħok jibda jaħseb biss f 'dak it-tapit l-aħmar tal-finish- line. L-entużjażmu tan-nies li ħonqu t-toroq kollha jgħinek mhux ftit meta tkun għajjien ħafna. Fl-aħħar ġirja kien hemm missieri li newwilli l-bandiera ta' Malta u kburi mxejt biha tul it-tapit l-aħmar sa ma smajt dak il-leħen jgħajjat: "You are an ironman!" Dan kien it-tmiem ta' vjaġġ mimli mpenn, dedikazzjoni u emozzjoni. Kienet esperjenza li mhu ħa ninsiha qatt!" Pio Vassallo kburi bil- bandiera Maltija tmiem l-Ironman -Afrika ta' Isfel

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 November 2018