Illum previous editions

ILLUM 11 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1050746

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 11 ta' Novembru 2018 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol u għaliex għażilt li tkun goalkeeper? Fil-verità bdejt nilgħab bħala plejer fl-età ta' seba' snin. F'logħba minnhom niftakar li kont għamilt awtogowl u sħabi xejn ma ħaduha tajjeb. Kont ħadt għalija u ma bqajtx nilgħab plejer. Imbagħad meta darba lgħabt logħba tal-iskola fil- kulleġġ De La Salle fejn kont nattendi, kien hemm l-għalliem Daniel Buhagiar li ħeġġiġni biex noqgħod gowler. Niftakar li kont lgħabt tajjeb, ħassejtni kuntent u minn hemm qatt ma ħarist lura tant li żammejt ir-rwol ta' gowlkiper. Int kont tilgħab mal-minors tal- Floriana. X'tiftakar minn dan iż-żmien? Iva jien ilħaqt era ta' plejers verament tajbin fejn konna waħda mill-aqwa nurseries ta' Malta. Konna ħadna l-league tal-Under 16 u l-Under 18 u kellna plejers bħal Jean Pierre Mifsud Triganza, Antoine Zahra u William Camenzuli. Jien kont iddebuttajt fil-kampjonat Premier ta' 16-il sena u niftakar li lgħabt kontra St Patrick. Konna rbaħna dik il-partita bl-iskor ta' 4-0 u kelli debutt pożittiv. X'emozzjoni ħassejt int u dieħel fil- grawnd? Kienet emozzjoni partikolari dik li ħassejt meta dħalt nilgħab. Jien kont imdawwar bi plejers ta' livell għoli bħal John Buttigieg u Richard Buhagiar fost l-oħrajn. Nista' nqishom bħala l-krema tal-futbol Malti dak iż-żmien. Jien kont nitrenja magħhom u nbaxxi rasi. Niftakar li kont nistħi nkun magħhom speċjalment ma' plejers partikolari li kellhom daqshekk kalibru. Meta kienu jgħiduli biex immur niġbor il-blalen wara t-taħriġ, kont nobdi mal-ewwel. Kien żmien partikolari li fisser il-bidu ta' karriera mill-isbaħ għalija. X'kienu s-suċċessi li għamilt ma' Floriana? Niftakar li konna rbaħna l-Lowenbrau Cup u dik is-sena partikolari konna anke għaddejna rawnd ieħor tal- kompetizzjoni Ewropea. Kienet xi ħaġa veru sabiħa li għextha mat-tim. Int lgħabt ukoll barra minn Malta wara l-perjodu ma' Floriana hux hekk? Iva fil-fatt fl-1998 Floriana kienu mmexxija minn Mark Miller u Ivailo Sokorov. Kien hemm tim imsejjaħ FC Dobrudzha mill-Bulgarija li xtaq jikseb is-servizzi tiegħi. Jien kont mort hemmhekk u għalija kien xokk minħabba diversi fatturi. L-ewwel nett jien mort f 'Jannar b'self u t-temperatura hemmhekk kienet 20 grad taħt iz-zero. Dak iż-żmien fil-Bulgarija kien hemm Chucks Nwoko u Stefan Giglio li kienu jilagħbu ma' CSKA Sofia. Darba kont iltqajt magħhom u ħadt ir-ruħ minħabba li kont ili ma nitkellem il-Malti tliet xhur. Minkejja l-perjodu ta' sitt xhur hemmhekk lgħabt biss tliet logħbiet ma' dan it-tim għalkemm nistqarr li rajt differenza kbira fit-taħriġ li jorganizzaw hemmhekk. Imbagħad wara mort lura ma' Floriana. Iżda bħal donnu l-esperjenza hemmhekk ma kinitx daqshekk pożittiva hux hekk? Iva fil-fatt kelli kwistjoni magħhom fuq il-kuntratt. Il-kumitat ried li jien niffirma kuntratt ta' ħames snin. Il-kowċ dak iż-żmien kien Ziya Yildiz u jien kont il-goalkeeper regolari tat-tim. Niftakar li konna lgħabna speċi ta' decider biex jiġi deċiż min ser jilgħab fiċ-championship pool. Konna lgħabna kontra Marsa u jien kont ilqajt żewġ penalties. Sfortunatament weġġajt u kien hemmhekk fejn il-klabb riedni niffirma l-kuntratt. Iżda jien ma ridtx hekk għax ix-xewqa tiegħi kienet li nilgħab barra minn Malta. B'hekk iddeċidejt li nitlaq u ma nġedded l-ebda kuntratt. Kien hemm żewġ timijiet li wrew interess fija u dawn kienu Birkirkara u Sliema Wanderers. Fl-aħħar mill-aħħar kont mort nilgħab ma' Birkirkara li dak iż-żmien bħala goalkeeper kellhom lil Robert Svic. Jien kont ħadtlu postu u spiċċajt l-ewwel għażla tal-kowċ. Kien ukoll iż-żmien fejn kont ħadt sehem fil-vidjo ta' Ira Losco Seventh Wonder. Żmien ferm sabiħ għalija. X'ħassejt wara li kellek tieħu post goalkeeper ta' kalibru bħalma kien Robert Savic? Ħassejt biża' kbir iżda wkoll responsabbiltà. Dakinhar Birkirkara kienu għadhom ġejjin mit-tieni post fil- kampjonat filwaqt li kienu ħadu t-trophy. Dak iż-żmien kont bdejt bir-rebħ tas- Super Cup u kelli wkoll id-debutt mat- tim nazzjonali Malti kontra l-Iżlanda. Dak iż-żmien Malta kienet immexxija minn Horst Heese. Jidher li Heese kellu fiduċja kbira fik. Iva jien kont fortunat ukoll li dak iż-żmien Malta kellha goalkeepers ta' kwalità fosthom Mario Muscat u Saviour Darmanin li għenuni ħafna fl-ewwel avventuri tiegħi mat-tim nazzjonali. Kien hemm plejers ta' kwalità bħal Daniel Theuma u David Carabott u konna nitrenjaw filgħodu u filgħaxija. Kont naqbad il-karozza tal-linja numru 81 mill-Furjana sa Ta' Qali u mbagħad kont nimxi dik il-biċċa biex tasal sal-grawnd nazzjonali. Ħaddieħor tal-età tiegħi kellu l-ewwel karozza iżda jien minn dejjem kont bilgħaqal u ridt nixtriha meta verament ikun wasal iż-żmien għaliha. Sa fl-aħħar reġa' kellek esperjenza oħra barra minn xtutna. Fejn kont mort din id-darba? Iva wara tliet snin ma' Birkirkara, fis-sena 2005 kont mort Franza sabiex lgħabt ma' US Quevilly fejn hemmhekk irbaħt it-trophy. Imbagħad wara staġun magħhom kelli offerta mingħand Sheffield United. Kont mort ma' dawn tal-aħħar iżda ma lgħabtx għal sentejn sħaħ u kienu bagħtuni b'self ma' tim mit-tieni diviżjoni Belġjana. F'dan iż-żmien ukoll kont mort nilgħab ma' Marsaxlokk u dak iż-żmien konna rbaħna l-kampjonat. Kien ukoll perjodu fejn avviċinawni tim Grieg bl-isem ta' Haidari li riedu s-servizzi tiegħi. Semmejt lil Ferencvaros. Hemmhekk nibtet il-ħbiberija ma' Andre Schembri? Ma' Andre kienet esperjenza verament sabiħa flimkien. Andre kont ili nafu għax kont nilgħab ma' ħuh. Proprjament niftakru żgħir. Għadu s'issa wieħed mill- ikbar ħbieb tiegħi. Iżda anke fil-Greċja kont għaddejt minn esperjenza negattiva. X'kien ġara? Fil-Greċja kont bdejt tajjeb u kont nilgħab regolari. Iżda mbagħad weġġajt u dak iż-żmien flok sibt is-sapport tagħhom, riedu jneħħuli l-kuntratt iżda jien m'aċċettajtx. Minkejja kollox ma kinitx esperjenza pożittiva fil-Greċja. Imbagħad ġejt lura Malta u lgħabt mal- Mosta hux hekk? Iva fis-sena 2011 kont ġej lura u lgħabt mal-Mosta. Madankollu din l-esperjenza damet biss ftit xhur minħabba li bdejt nara ċerti affarijiet li ma bdewx jogħġbuni sabiex f 'Jannar ingħaqadt għal darb'oħra ma' Birkirkara. Fil-fatt niftakar dik l-intervista partikolari li ħallejt fuq l-istazzjon nazzjonali fejn kont kritiku fuq dan it- tim. Imma x'kien ġara eżatt? Ifhem dak issa huwa passat. Iżda jien minni nnifsi nobgħod nitlef u l-proġett kbir li kellhom f 'moħħhom ma rnexxiex kif xtaqu. Minkejja kollox kont fortunat li meta mort ma' Birkirkara kont irbaħt it-trophy ukoll. Nitkellmu dwar l-esperjenza ma' Gżira United. Inkun qed ngħaġġel jekk ngħidlek li intom favoriti li tirbħu l-kampjonat? Jalla jiġri hekk. Minkejja kollox it-tir tagħna huwa li nieħdu kollox logħba wara l-oħra. Huwa sabiħ li toħlom iżda fadal ħafna għal tmiem il-kampjonat. Illum kull tim kapaċi jtik logħba u għalhekk jien xogħli huwa li nibqa' nitrenja u nħarsu 'l quddiem għal aktar suċċessi. Iżda jidher li l-kowċ Darren Abdilla u l-president Sharlon Pace għandhom fiduċja kbira fik. Iva mela. Għalkemm tajjeb ngħidu li miegħi hemm goalkeeper bravu wkoll Anthony Curmi li wkoll għandu l-potenzjal tiegħu. Int kont tilgħab ma' Floriana. Xi tħoss meta tilgħab kontrihom? Jien fil-verità xtaqt nirtira mil-logħba tal-futbol ma' Floriana. Iżda ġara li ġara m'hemmx x'tagħmel. Issa ninsab ma' Gżira u veru qiegħed kuntent għax stmat ħafna bħalma kont stmat ukoll minn Birkirkara u Hibernians. Ironikament dawn il-klabbs tawni rispett aktar minn pajjiżi. Iżda kif għedtlek m'hemmx x'tagħmel. Għalhekk il- logħba kontrihom għalija tkun waħda kwalunkwe. Nitkellmu dwar it-tim nazzjonali. Illum il-ġurnata int għandek 37 sena. Kemm tħossok validu għat-tim nazzjonali? Jien u l-familja tiegħi nħossuna onorati meta l-kowċ tat-tim nazzjonali jsejjaħli sabiex nirrappreżenta lil pajjiżi. Nixtieq li niġi mgħajjat mill-kowċ nazzjonali għax nemmen li għad fadalli x'noffri għal dan il-flokk. Naf li bħalissa hemm gowlkipers tajbin ma' Malta iżda l-esperjenza wkoll hija neċessarja f 'ċertu logħbiet. Taħseb li t-tim nazzjonali ta' żmienek aħjar minn dak tal-lum? Ifhem kien tim differenti. Dak iż-żmien it-tim nazzjonali kienu għadu ġej minn era differenti minn dik tal-lum. Illum il-ġurnata qegħdin naraw li l-kowċ Ray Farrugia jrid juża' tattika differenti minn dik li kien imdorri biha t-tim nazzjonali minħabba li wara tliet snin tiddefendi, biex tmur biex tattakka xejn mhu faċli. Jien lgħabt ukoll fi żmien ta' John Buttigieg, Dusan Fitzel u Pietro Ghedin u kull ġenerazzjoni hija differenti. Trid tqis ukoll li f 'eri partikolari intom kontu tilagħbu kontra l-ġganti tal-futbol 'Li kieku ma kienx hawn il-futbol, Cristian Antony Muscat Justin Haber - fost l-aqwa goalkeepers li qatt ipproduċa l-futbol lokali u li għal żmien twil kien anke l-goalkeeper tat-tim nazzjonali waqt li għamel unur u ġieħ kbir lil pajjiżna ma' diversi timijiet barra minn Malta. F'din l-intervista se nkunu qed insegwu l-vjaġġ tiegħu l-futbol mimli mpenn, dedikazzjoni u sagriċċji iżda li wasslu biex jilħaq l-iskop ta' ħajtu. "Qatt ma ninsa minn fejn bdejt. Kont nilgħab il-futbol fil-bandli tal-Furjana. Dawk in-nies li kienu jixxuttjawli l-blalen biex nilqagħhom bħala goalkeeper ukoll kellhom sehem fl-iżvilupp tiegħi. Jekk iż-żgħażagħ għandhom ħolma jridu jippruvaw jagħmluha. Madankollu trid tagħti kollox għal dan l-objettiv. Jien dyslexic iżda naf ħames lingwi."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 November 2018